EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0218

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/218 tas-17 ta’ Frar 2020 li jemenda għat-309 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2020/980

ĠU L 44, 18.2.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/218/oj

18.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/218

tas-17 ta’ Frar 2020

li jemenda għat-309 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda żewġ annotazzjonijiet fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi finanzjarji.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Id-data ta’ identifikazzjoni għall-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qegħda tiġi emendata kif ġej:

(1)

“Abdul Haq (alias (a) Maimaitiming Maimaiti, (b) Abdul Heq, (c) Abuduhake, (d) Abdulheq Jundullah, (e) 'Abd Al- Haq, (f) Memetiming Memeti, (g) Memetiming Aximu, (h) Memetiming Qekeman, (i) Maiumaitimin Maimaiti, (j) Abdul Saimaiti, (k) Muhammad Ahmed Khaliq, (l) Maimaiti Iman, (m) Muhelisi, (n) Qerman, (o) Saifuding). Data tat-twelid: 10.10.1971. Post tat-twelid: Il-Kontea ta’ Chele, iż-Żona ta’ Khuttan, ir-Reġjun Awtonomu ta’ Xinjiang Uighur, iċ-Ċina. Nazzjonalità: Ċiniża. Numru ta’ Identifikazzjoni nazzjonali: 653225197110100533 (karta tal-identità taċ-Ċina). Informazzjoni oħra: (a) Jinsab fil-Pakistan sa minn April 2009; (b) Allegatament miet fil-Pakistan fi Frar 2010. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.4.2009.”

tinbidel b’dan li ġej:

“Abdul Haq (alias (a) Maimaitiming Maimaiti, (b) Abdul Heq, (c) Abudu Hake, (d) Abdul Heq Jundullah, (e) 'Abd Al-Haq, (f) Memetiming Memeti, (g) Memetiming Aximu, (h) Memetiming Qekeman, (i) Maiumaitimin Maimaiti, (j) Abdul Saimaiti, (k) Muhammad Ahmed Khaliq, (l) Maimaiti Iman, (m) Muhelisi, (n) Qerman, (o) Saifuding). Data tat-twelid: 10.10.1971. Post tat-twelid: Iż-żona ta’ Hetian, ir-Reġjun Awtonomu ta’ Xinjiang Uighur, iċ-Ċina. Nazzjonalità: Ċiniża. Numru ta’ Identifikazzjoni nazzjonali: 653225197110100533 (numru tal-karta nazzjonali tal-identità taċ-Ċina). Tagħrif ieħor: (a) Mexxej fuq kulħadd u kmandant tal-Moviment Iżlamiku Turkistan tal-Lvant. Involut fil-ġbir ta’ fondi u r-reklutaġġ għal din l-organizzazzjoni, (b) Jinsab fl-Afganistan sa minn Lulju 2016, (c) Preċedentement kien jinsab fil-Pakistan sa minn April 2009. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 15.4.2009.”

(2)

“Abu Bakr Al-Jaziri (magħruf ukoll bħala Yasir Al-Jazari). Nazzjonalità: (a) Alġerina, b) Palestinjana. Tagħrif ieħor: (a) Kap tal-finanzi tal-Kumitat ta’ Appoġġ Afgan (KAA), (b) koordinatur u espert tal-komunikazzjoni tal-Al-Qaida, (c) Allegatament jinsab fl-Alġerija sa minn April 2010. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 11.1.2002.”

tinbidel b’dan li ġej:

“Boubekeur Boulghiti (magħruf ukoll bħala (a) Boubakeur Boulghit, (b) Abu Bakr al-Jaziri, (c) Abou Bakr Al Djazairi, (d) Abou Yasser El Djazairi, (e) Yasir Al-Jazari, (f) Abou Yasser Al-Jaziri). Data tat-twelid: 13.02.1970. Post tat-twelid: Rouiba, Algiers, l-Alġerija. Nazzjonalità: (a) Alġerina, b) Palestinjana. Tagħrif ieħor: (a) Kap tal-finanzi tal-Kumitat ta’ Appoġġ Afgan (KAA), (b) koordinatur u espert tal-komunikazzjoni tal-Al-Qaida, (c) Allegatament jinsab fl-Alġerija sa minn April 2010, (d) Iben Mohamed u Fatma Aribi. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 11.1.2002.”


Top