EUR-Lex Access to European Union law

?

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0126

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/126 tad-29 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882

C/2020/603

ĠU L 24, 30.1.2020, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/126/oj

30.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/126

tad-29 ta’ Jannar 2020

li jistabbilixxi l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 (3) fetaħ proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa.

(2)

Abbażi tal-offerti li waslu matul il-perjodu ta’ sottomissjoni għas-subperjodu li jintemm fis-27 ta’ Jannar 2020, il-kwantità kumplessiva massima li trid tiġi maħżuna, il-kostijiet stmati tal-ħżin u informazzjoni oħra rilevanti dwar is-suq, huwa xieraq li jiġi ffissat l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin ta’ 150 521,66 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa għal perjodu ta’ 180 jum sabiex tittaffa s-sitwazzjoni diffiċli tas-suq.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-ġestjoni effikaċi tal-miżura, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti sottomessi fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882 matul is-subperjodu li jintemm fis-27 ta’ Jannar 2020, l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun:

(a)

EUR 0,88 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ extra verġni;

(b)

EUR 0,88 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ verġni;

(c)

EUR 0,88 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ lampante.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

María Ángeles BENÍTEZ SALAS

Aġent Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 tat-8 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 290, 11.11.2019, p. 12).


Top