Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0125

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/125 tad-29 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/392

    ĠU L 24, 30.1.2020, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/125/oj

    30.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 24/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/125

    tad-29 ta’ Jannar 2020

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 344(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex jiġi żgurat li l-indiċi tal-borża elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 (2) ikomplu jissodisfaw il-kundizzjonijiet fejn ir-riskju speċifiku tagħhom jista’ jiġi injorat, l-indiċi rilevanti ġew ivvalutati mill-ġdid fid-dawl tal-aħħar data disponibbli, li hija dik tas-sena 2018. Fid-dawl ta’ din ir-rivalutazzjoni, huwa meħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-indiċi rilevanti diversifikati b’mod xieraq.

    (2)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

    (3)

    L-emendi neċessarji fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 ma jirriżultawx bħala l-eżitu ta’ bidliet sinifikanti fil-metodoloġija tal-valutazzjoni applikata. L-awtorità Bankarja Ewropea ma wettqitx konsultazzjoni pubblika miftuħa jew analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji meta jitqies li tali konsultazzjoni jew analiżi tkun sproporzjonata fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-impatt tal-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 945/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 huwa sostitwit mit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 tal-4 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 3).


    ANNESS

    “ANNESS

    L-indiċi tal-borża li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 344 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Indiċi

    Pajjiż/Żona

    1. STOXX Asia/Pacific 600

    L-Asja/Il-Paċifiku

    2. ASX100

    L-Awstralja

    3. ASX200

    L-Awstralja

    4. S&P All Ords

    L-Awstralja

    5. ATX

    L-Awstrija

    6. ATX Prime

    L-Awstrija

    7. BEL20

    Il-Belġju

    8. SaoPaulo - Bovespa

    Il-Brażil

    9. TSX60

    Il-Kanada

    10. CETOP20 Index

    L-Ewropa Ċentrali

    11. CSI 100 Index

    Iċ-Ċina

    12. CSI 300 Index

    Iċ-Ċina

    13. FTSE China A50 Index

    Iċ-Ċina

    14. Hang Seng Mainland 100 China

    Iċ-Ċina

    15. PX Global Prague

    Ir-Repubblika Ċeka

    16. OMX Copenhagen 20 CAP

    Id-Danimarka

    17. OMX Copenhagen 25

    Id-Danimarka

    18. OMX Copenhagen Benchmark

    Id-Danimarka

    19. FTSE RAFI Developed 1000

    Swieq Żviluppati

    20. CECE Composite Index EUR

    L-Ewropa tal-Lvant

    21. FTSE RAFI Emerging Markets

    Swieq Emerġenti

    22. MSCI Emerging Markets 50

    Swieq Emerġenti

    23. Bloomberg European 500

    L-Ewropa

    24. DJ Euro STOXX 50

    L-Ewropa

    25. FTSE Euro 100

    L-Ewropa

    26. FTSE Eurofirst 100

    L-Ewropa

    27. FTSE Eurofirst 300

    L-Ewropa

    28. FTSE Eurofirst 80

    L-Ewropa

    29. FTSE EuroMid

    L-Ewropa

    30. FTSE Eurotop 100

    L-Ewropa

    31. MSCI Euro

    L-Ewropa

    32. MSCI Europe

    L-Ewropa

    33. MSCI Pan-Euro

    L-Ewropa

    34. NTX New Europe Blue Chip

    L-Ewropa

    35. S&P Euro

    L-Ewropa

    36. S&P Europe 350

    L-Ewropa

    37. STOXX All Europe 100

    L-Ewropa

    38. STOXX All Europe 800

    L-Ewropa

    39. STOXX Europe 50

    L-Ewropa

    40. STOXX Europe 600

    L-Ewropa

    41. STOXX Europe 600 Equal Weight

    L-Ewropa

    42. STOXX Europe Enlarged TMI

    L-Ewropa

    43. STOXX Europe Lrg 200

    L-Ewropa

    44. STOXX Europe Mid 200

    L-Ewropa

    45. STOXX Europe Small 200

    L-Ewropa

    46. STOXX Select Dividend 30

    L-Ewropa

    47. OMXH25

    Il-Finlandja

    48. CAC40

    Franza

    49. SBF 120

    Franza

    50. DAX

    Il-Ġermanja

    51. HDAX

    Il-Ġermanja

    52. MDAX

    Il-Ġermanja

    53. SDAX

    Il-Ġermanja

    54. FTSE RAFI All World

    Globali

    55. MSCI World Index

    Globali

    56. Athens General

    Il-Greċja

    57. FT ASE Large Cap

    Il-Greċja

    58. Hang Seng

    Hong Kong

    59. Hang Seng China Enterprises

    Hong Kong

    60. NIFTY 50

    L-Indja

    61. ISEQ 20

    L-Irlanda

    62. FTSE MIB

    L-Italja

    63. Nikkei225

    Il-Ġappun

    64. Nikkei300

    Il-Ġappun

    65. TOPIX 400

    Il-Ġappun

    66. TOPIX Core 30

    Il-Ġappun

    67. S&P Latin America 40

    L-Amerka Latina

    68. FTSE Bursa Malaysia KLCI

    Il-Malasja

    69. FTSE Bursa Malaysia Top100

    Il-Malasja

    70. MSE Share Index

    Malta

    71. INMEX Index

    Il-Messiku

    72. IPC Index

    Il-Messiku

    73. AMX

    In-Netherlands

    74. AEX

    In-Netherlands

    75. NZSE50

    New Zealand

    76. OBX

    In-Norveġja

    77. OBXP

    In-Norveġja

    78. mWIG40

    Il-Polonja

    79. WIG20

    Il-Polonja

    80. MOEX

    Ir-Russja

    81. MSCI Russia Index

    Ir-Russja

    82. MSCI Singapore Free Index

    Singapore

    83. Straits Times Index

    Singapore

    84. FTSE JSE Top 40

    L-Afrika t’Isfel

    85. IBEX35

    Spanja

    86. OMX Stockholm 30

    L-Iżvezja

    87. SMI

    L-Iżvizzera

    88. SMI MID

    L-Iżvizzera

    89. FTSE NASDAQ Dubai 20

    L-Emirati Għarab Magħquda

    90. FTSE 100

    Ir-Renju Unit

    91. FTSE AIM 100

    Ir-Renju Unit

    92. FTSE AIM UK 50

    Ir-Renju Unit

    93. FTSE Fledgling

    Ir-Renju Unit

    94. FTSE mid-250

    Ir-Renju Unit

    95. FTSE Small Cap

    Ir-Renju Unit

    96. Dow Jones Ind. Av.

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    97. NASDAQ 100

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    98. S&P 500

    L-Istati Uniti tal-Amerka


    Top