Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1420

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1420 tal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 330, 9.10.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1420/oj

    Related international agreement

    9.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1420

    tal-15 ta’ Ottubru 2018

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Lulju 1995. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998.

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013.

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim irid ikun hemm qbil dwarha permezz ta’ protokoll għall-Ftehim (“il-Protokoll”). Skont il-proċedura simplifikata, irid jiġi konkluż protokoll bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiż terz ikkonċernat.

    (4)

    Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni. In-negozjati mar-Repubblika tat-Tuneżija ġew konklużi b’suċċess fil-11 ta’ Mejju 2018.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u jenħtieġ li jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal- imsemmi Protokoll.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 3

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Lulju 2013,. sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.


    Top