Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1193

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1193 tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja (It-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/4529

    ĠU L 262, 12.8.2020, p. 18–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1193/oj

    12.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 262/18


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1193

    tat-2 ta’ Lulju 2020

    dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja

    (It-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 35(3) tagħha,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-akkwist pubbliku,

    Billi:

    1.   FATTI

    1.1.   IT-TALBA

    (1)

    Fit-13 ta’ Diċembru 2019, SJ AB (“l-applikant”) ressaq talba lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2014/25/UE (“it-talba”). It-talba hija konformi mal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1804 (2).

    (2)

    It-talba tikkonċerna t-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja. B’mod partikolari, it-talba tkopri t-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija li jikkostitwixxi attività relatata mal-operat tan-networks f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/25/UE, u mhijiex maħsuba sabiex tkopri l-akkwist minn awtoritajiet reġjonali tat-trasport pubbliku, minn awtoritajiet nazzjonali tat-trasport pubbliku jew minn awtoritajiet oħra (3).

    (3)

    It-Taqsima 24 tal-Kapitolu 3 tal-Att Żvediż dwar l-akkwist pubbliku fis-setturi tal-utilitajiet (4) tippermetti lill-entitajiet kontraenti jissottomettu talbiet skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE. L-applikant huwa entità kontraenti f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/25/UE u jwettaq attività relatata mal-operat ta’ networks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, skont it-tifsira tal-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva.

    (4)

    It-talba kienet akkumpanjata minn pożizzjonijiet motivati u sostanzjati adottati minn żewġ awtoritajiet nazzjonali indipendenti li huma kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati – l-Aġenzija Żvediża tat-Trasport u l-Awtorità Żvediża tal-Kompetizzjoni. Dawk il-pożizzjonijiet janalizzaw bir-reqqa l-kundizzjoni għall-applikabbiltà tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE għall-attivitajiet ikkonċernati, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu. F’konformità mal-punt 1(b) tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, peress li l-aċċess liberu għas-suq ma jistax jiġi preżunt abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni dwar it-talba fi żmien 130 jum ta’ xogħol. L-iskadenza inizjali tagħlaq fit-3 ta’ Lulju 2020 (5).

    (5)

    Il-Kummissjoni organizzat żewġ konferenzi telefoniċi mar-rappreżentanti tal-applikant fit-30 ta’ Marzu 2020 u fid-29 ta’ Mejju 2020 u l-applikant għamel aktar sottomissjonijiet fl-4 ta’ Mejju u fl-4 ta’ Ġunju 2020.

    1.2.   L-APPLIKANT

    (6)

    L-applikant huwa impriża pubblika, 100 % proprjetà tal-Istat Żvediż, li nħolqot fl-2001 bħala waħda mis-sitt diviżjonijiet ifformati mis-separazzjoni u mill-korporizzazzjoni tal-eks kumpanija ferrovjarja storika tal-istat Affärsverket Statens Järnvägar. L-applikant huwa attiv fis-settur tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija.

    (7)

    Fl-2018, huwa rrapporta 31,8 miljun vjaġġ (6) filwaqt li indika li kien jopera 1 200 vjaġġ li jitilqu kuljum minn 284 stazzjon (7). Huwa jopera prinċipalment fl-Iżvezja, iżda jħaddem ukoll ferroviji lejn Oslo, Halden, Narvik u Copenhagen.

    (8)

    Il-mudell ta’ negozju tal-applikant huwa msejjes fuq żewġ pilastri: il-provvista ta’ servizzi ferrovjarji kummerċjali bil-marka tiegħu stess u l-provvista ta’ servizzi ferrovjarji akkwistati minn awtoritajiet reġjonali u nazzjonali tat-trasport pubbliku bil-marka tiegħu stess jew b’dik tal-awtorità tal-akkwist (8).

    (9)

    L-ivvjaġġar bil-ferrovija fl-Iżvezja qed jiżdied minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni u l-urbanizzazzjoni, id-deregolamentazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni, u minħabba żieda fis-sensibilizzazzjoni ambjentali. Fl-2018, iż-żieda fl-ivvjaġġar meta mqabbla mas-sena ta’ qabel kienet ta’ 2 fil-mija f’termini ta’ kilometri tal-passiġġieri (9).

    2.   QAFAS LEGALI

    (10)

    Id-Direttiva 2014/25/UE tapplika għall-għoti ta’ kuntratti għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-provvista jew mal-operat ta’ networks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, bit-trammijiet, bit-trolley bus, bix-xarabank jew b’kejbil, sakemm l-attività ma tkunx eżentata skont l-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.

    (11)

    Skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, kuntratti intiżi sabiex jippermettu t-twettiq ta’ attività li għaliha tapplika d-Direttiva mhumiex soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, dik l-attività tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li għalihom l-aċċess ma jkunx ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. (10) Madankollu, din il-valutazzjoni hija limitata bl-iskadenzi qosra applikabbli u bil-ħtieġa li wieħed joqgħod fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni — jew minn sorsi diġà disponibbli jew mill-informazzjoni miksuba fil-kuntest tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 35 — li ma jistgħux jiġu ssupplimentati b’metodi li jieħdu aktar żmien, inklużi, b’mod partikolari, inkjesti pubbliċi indirizzati lejn l-operaturi ekonomiċi kkonċernati (11).

    (12)

    L-aċċess jitqies mhux ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu. Dik il-leġiżlazzjoni hija elenkata fl-Anness III tad-Direttiva 2014/25/UE. Għas-servizzi ferrovjarji domestiċi, dak l-Anness ma jelenka l-ebda leġiżlazzjoni rilevanti li tilliberalizza dan is-settur. Konsegwentement, skont l-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE, l-aċċess liberu għas-suq ma jistax jiġi preżunt, u jrid jintwera de facto u de jure.

    (13)

    Jenħtieġ li l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni jiġi evalwat abbażi ta’ diversi indikaturi, li l-ebda wieħed minnhom ma jkun neċessarjament deċiżiv waħdu. Fir-rigward tas-suq ikkonċernat minn din id-Deċiżjoni, l-ishma tas-suq jikkostitwixxu kriterju wieħed li jenħtieġ li jitqies, flimkien ma’ kriterji oħra, bħall-ostakli għad-dħul jew il-kompetizzjoni intermodali (12).

    (14)

    Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u għal oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-kriterji u l-metodoloġija użati għall-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE mhumiex neċessarjament identiċi għal dawk użati sabiex titwettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (13) kif ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali (14).

    (15)

    L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi jekk is-servizzi kkonċernati mit-talba humiex esposti għal livell tali ta’ kompetizzjoni (fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE) li jiżgura li, anke fin-nuqqas tad-dixxiplina miġjuba mir-regoli dettaljati dwar l-akkwist stipulati fid-Direttiva 2014/25/UE, l-akkwist għat-twettiq tal-attivitajiet ikkonċernati jitwettaq b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi tal-kriterji li jippermettu lill-akkwirenti jidentifikaw is-soluzzjoni li b’mod ġenerali tkun l-aktar waħda ekonomikament vantaġġuża.

    3.   VALUTAZZJONI

    3.1.   AĊĊESS MHUX RISTRETT GĦAS-SUQ

    (16)

    L-aċċess għas-suq jitqies mhux ristrett jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu. Dik il-leġiżlazzjoni hija elenkata fl-Anness III tad-Direttiva 2014/25/UE. Fir-rigward tas-servizzi ferrovjarji, dak l-Anness jelenka d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija iżda ma fih l-ebda entrata għat-trasport nazzjonali tal-passiġġieri. Konsegwentement, irid jintwera li l-aċċess għas-suq huwa ħieles de facto u de jure.

    (17)

    Id-Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) testendi l-liberalizzazzjoni tas-settur ferrovjarju għall-ferroviji domestiċi.

    (18)

    L-Iżvezja għadha ma ttrasponietx bis-sħiħ (17) id-Direttiva (UE) 2016/2370 fil-liġi nazzjonali tagħha - l-Att dwar il-Ferroviji (18).

    (19)

    F’Jannar 2019, il-Kummissjoni indirizzat ittra ta’ avviż formali lill-Iżvezja dwar il-proċedura ta’ ksur 2019/0087 għat-traspożizzjoni parzjali tad-Direttiva (UE) 2016/2370. Fis-17 ta’ Mejju 2019, l-Iżvezja nnotifikat it-12-il miżura ta’ traspożizzjoni tagħha għal dik id-Direttiva filwaqt li ddikjarat li kienet ikkonkludiet it-traspożizzjoni. Madankollu, fit-13 ta’ Diċembru 2019 (id-data tal-wasla tat-talba) u sa Ġunju 2020, il-każ kien għadu pendenti.

    (20)

    Fil-pożizzjoni (19) tagħha li takkumpanja t-talba, l-Aġenzija Żvediża tat-Trasport eżaminat jekk l-aċċess għas-suq rilevanti huwiex ħieles de facto u de jure, u kkonkludiet li dan huwa l-każ.

    (21)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess ħieles de jure, l-Iżvezja estendiet id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħha li jittrasponu d-Direttiva 2012/34/UE sabiex tipprovdi aċċess għas-suq ħieles anki għat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija. Għalhekk, dan it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport huwa kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att tal-Iżvezja dwar il-Ferroviji [2004:519].

    (22)

    Kif speċifikat mill-Aġenzija Żvediża tat-Trasport f’dan il-kuntest, l-Att dwar il-Ferroviji jirrikjedi li l-maniġers tal-infrastruttura jallokaw kapaċità tal-infrastruttura lill-impriżi ferrovjarji b’mod newtrali f’termini ta’ kompetizzjoni u mhux diskriminatorju.

    (23)

    Barra minn hekk, mill-Att dwar il-ferroviji (Kapitolu 6, Taqsima 5) jirriżulta li d-dettalji tal-infrastruttura disponibbli u l-informazzjoni dwar it-termini għall-aċċess għall-infrastruttura u l-użu tagħha u dwar il-proċeduri u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjoni dwar in-network, f’konformità mal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2012/34/UE.

    (24)

    Jista’ jiġi konkluż li l-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq ħieles huma ssodisfati de jure.

    (25)

    Fir-rigward tal-aċċess ħieles de facto, il-Kummissjoni tinnota li, sa mill-1990, il-kompetituri diġà kienu bdew jidħlu b’mod progressiv fis-suq ferrovjarju Żvediż. Illum, flimkien mal-applikant, hemm ħmistax-il kumpanija differenti oħra attivi fis-suq domestiku tal-passiġġieri tal-ferroviji.

    (26)

    Abbażi tal-analiżi legali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti u tal-pożizzjoni tal-Aġenzija Żvediża tat-Trasport, il-Kummissjoni tikkonkludi li, filwaqt li xi wħud mill-preokkupazzjonijiet identifikati fil-proċedura ta’ ksur 2019/0087 għadhom jippersistu, u mingħajr ħsara għal dik il-proċedura ta’ ksur, l-aċċess għas-suq huwa meqjus de jure u de facto ħieles fit-territorju tal-Iżvezja għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

    3.2.   VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

    3.2.1.   DEFINIZZJONI TAS-SUQ TAL-PRODOTT

    (27)

    Fil-prattika preċedenti tad-deċiżjonijiet dwar il-fużjonijiet (20), il-Kummissjoni sabet li jista’ jkun xieraq li s-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri skont l-obbligu ta’ servizz pubbliku (OSP), u s-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jiġu kkunsidrati bħala swieq distinti. Din id-distinzjoni hija dovuta għall-fatt li s-servizzi tat-trasport operati permezz ta’ kuntratti ta’ OSP huma kkaratterizzati minn kompetizzjoni għas-suq, li jfisser li l-impriżi ferrovjarji qed jikkompetu sabiex jingħataw id-dritt li joffru servizzi tat-trasport fuq rotta partikolari, filwaqt li s-servizzi tat-trasport kummerċjali huma kkaratterizzati mill-kompetizzjoni fis-suq, li jfisser li l-impriżi ferrovjarji jikkompetu sabiex jattiraw il-passiġġieri.

    (28)

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, rotta hija meqjusa li tinkludi l-vjaġġi kollha bejn kwalunkwe stazzjon tul dik ir-rotta (jiġifieri l-kombinazzjonijiet kollha minn punt sa punt tul dik ir-rotta). Bl-istess mod, rotta sekondarja hija meqjusa bħala segment ta’ rotta, li jinkludi l-vjaġġi kollha bejn l-istazzjonijiet tul dik ir-rotta sekondarja (jiġifieri l-kombinazzjonijiet kollha possibbli minn punt sa punt tul dik ir-rotta sekondarja). L-ivvjaġġar minn tarf sa tarf huwa mifhum bħala vjaġġ (minn punt sa punt) bejn żewġ stazzjonijiet ta’ tmiem ta’ rotta partikolari.

    (29)

    L-applikant jipproponi li ssir din id-distinzjoni bejn dawn iż-żewġ swieq kif imsemmi fil-premessa 27.

    (30)

    Anki l-Awtorità Nazzjonali Żvediża tal-Kompetizzjoni (NCA) u l-Aġenzija Żvediża tat-Trasport, fil-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar it-talba, jaqblu (21) ma’ din id-distinzjoni.

    3.2.1.1.    Is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri permezz ta’ kuntratti ta’ OSP

    (31)

    Il-kuntratti ta’ OSP jingħataw permezz ta’ proċessi kompetittivi ta’ sejħiet għall-offerti, jew permezz ta’ għotja diretta, li permezz tagħha entità kontraenti tagħti lil offerent kuntratt sabiex jopera servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri f’żona partikolari jew fuq rotta speċifika waħda jew aktar.

    (32)

    Il-kuntratti ta’ OSP reġjonali u interreġjonali jiġu offruti mill-awtoritajiet reġjonali tat-trasport pubbliku, filwaqt li l-Amministrazzjoni Żvediża tat-Trasport tmexxi l-proċess tas-sejħa għall-offerti għal ferroviji ssussidjati ta’ billejl bejn Stokkolma u t-Tramuntana tal-Iżvezja.

    (33)

    L-Aġenzija Żvediża tat-Trasport tindika (22) li l-entitajiet tal-għoti jipprovdu l-ferroviji u huma responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom.

    (34)

    Għall-finijiet tal-valutazzjoni skont din id-Deċiżjoni u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-ewwel suq rilevanti huwa s-suq tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri skont OSP, fejn il-kompetizzjoni sseħħ “għas-suq”.

    3.2.1.2.    Is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment

    (35)

    L-applikant isostni li, fil-prinċipju, fl-Iżvezja s-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jistgħu jiġu offruti minn kwalunkwe operatur u jkopru kwalunkwe rotta.

    (36)

    L-applikant isostni li qed jiffaċċja kompetizzjoni minn operaturi tal-OSP fuq ir-rotot operati kummerċjalment.

    (37)

    Madankollu, minn kif qed tifhem il-Kummissjoni, is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment b’mod ġenerali huma servizzi tat-trasport fuq distanzi twal. F’dawk iċ-ċirkostanzi, huwa probabbli li l-operaturi tal-OSP li jipprovdu servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq distanzi twal jikkompetu ma’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment, sabiex jattiraw il-passiġġieri. Ir-raġuni hija li, fuq in-naħa tad-domanda, is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati skont OSP u operati kummerċjalment jistgħu jkunu sostitwibbli. Madankollu, jista’ jkun inqas ovvju li l-operaturi tal-OSP li jipprovdu servizzi ferrovjarji reġjonali tal-passiġġieri jikkompetu ma’ servizzi tal-passiġġieri operati kummerċjalment. Fil-prattika deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni sabet (23) li s-servizzi ferrovjarji reġjonali (fuq distanzi qosra) u fuq distanzi twal tal-passiġġieri kienu swieq distinti, l-aktar minħabba li l-karatteristiċi tat-traffiku huma differenti, pereżempju, f’termini ta’ frekwenzi u ta’ waqfiet.

    (38)

    [Kunfidenzjali] (24).

    (39)

    Madankollu, f’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni tas-suq tista’ titħalla miftuħa minħabba li r-riżultat tal-valutazzjoni huwa l-istess fiż-żewġ xenarji (jiġifieri jekk is-servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment jitqisux li huma fl-istess suq bħas-servizzi ferrovjarji fuq distanzi twal skont OSP u dawk reġjonali skont OSP, jew jekk jitqisux li huma fl-istess suq ma’ servizzi ferrovjarji fuq distanzi twal skont OSP biss).

    (40)

    Madankollu, fil-każ tas-servizzi kummerċjali, huwa importanti li jiġi ċċarat jekk u sa liema punt għandha titqies il-kompetizzjoni intermodali. L-applikant isostni li l-kompetizzjoni bejn l-operaturi ferrovjarji hija biżżejjed sabiex wieħed jikkonkludi li s-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment huma direttament esposti għall-kompetizzjoni, mingħajr il-bżonn li tiġi vvalutata l-kompetizzjoni intermodali (25). Minkejja dan, f’dan il-każ, id-definizzjoni eżatta tas-suq ma tistax titħalla miftuħa, kif propost mill-applikant peress li, għal xi rotot, l-ishma mis-suq tal-applikant jindikaw saħħa sinifikanti fis-suq (jekk jitqies biss it-trasport bil-ferrovija) u, għalhekk, il-kapaċità li l-applikant jaġixxi b’mod indipendenti mill-kompetituri tiegħu.

    (41)

    Fir-rigward tal-kompetizzjoni intermodali, fil-passat il-Kummissjoni sabet (26) li modi oħra tat-trasport kienu swieq distinti. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar din hija kwistjoni empirika u l-Kummissjoni ħalliet id-definizzjoni miftuħa f’każijiet oħra (27).

    (42)

    Il-pressjoni kompetittiva minn modi oħra tat-trasport hija analizzata aktar fid-dettall fuq il-bażi tal-ħin tal-ivvjaġġar, tal-prezzijiet, tal-kumdità u tad-disponibbiltà. Bħala kumment ġenerali, il-Kummissjoni tinnota li l-ivvjaġġar bl-ajru ma jistax jiġi preżunt li jixħet pressjoni kompetittiva fuq ir-rotot jew fuq ir-rotot sekondarji kollha, iżda potenzjalment biss fuq l-ivvjaġġar minn tarf sa tarf, u għalhekk l-importanza ekonomika tal-ivvjaġġar minn tarf sa tarf se tiġi kkunsidrata. Barra minn hekk, il-valutazzjoni kompetittiva turi li modi oħra tat-trasport ġeneralment mhumiex sostitwibbli b’servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment (ara t-Taqsima 3.2.3.2).

    (43)

    Għall-finijiet tal-valutazzjoni skont din id-Deċiżjoni u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tqis li s-suq rilevanti huwa s-suq għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fejn il-kompetizzjoni sseħħ “fis-suq”. Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, dan is-suq jinkludi servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq distanzi twal operati skont OSP. Il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk is-servizzi ferrovjarji reġjonali tal-passiġġieri operati skont OSP humiex parti mis-suq rilevanti.

    3.2.2.   DEFINIZZJONI TAS-SUQ ĠEOGRAFIKU

    3.2.2.1.    Is-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri offruti permezz ta’ kuntratti ta’ OSP

    (44)

    F’deċiżjonijiet tal-passat, il-Kummissjoni ddefiniet (28) dan is-suq fil-livell nazzjonali.

    (45)

    Id-definizzjoni tas-suq proposta mill-applikant hija konformi mal-prattika tal-Kummissjoni.

    (46)

    L-NCA ukoll taqbel ma’ dan l-approċċ.

    (47)

    Għall-finijiet tal-valutazzjoni skont din id-Deċiżjoni u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku tas-suq għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri offruti permezz ta’ kuntratti ta’ OSP huwa nazzjonali.

    3.2.2.2.    Is-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment

    (48)

    Fil-prattika preċedenti tagħha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-antitrust u l-fużjonijiet b’rabta mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, meta analizzat il-kompetizzjoni fis-suq, il-Kummissjoni ddefiniet is-suq ġeografiku fil-livell ta’ network ferrovjarju nazzjonali sħiħ (29), fil-livell ta’ rotta (30), jew fil-livell ta’ vvjaġġar minn punt sa punt bejn post ta’ oriġini u destinazzjoni (31), skont l-ispeċifiċitajiet ta’ kull każ u l-livell li fih il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu simili jew omoġenji biżżejjed.

    (49)

    L-applikant jiddikjara li s-suq huwa delinjat fuq bażi ta’ punt ta’ oriġini lejn punt ta’ destinazzjoni, peress li l-kundizzjonijiet kompetittivi jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti f’dawn id-delinjazzjonijiet minn punt sa punt. L-applikant jipproponi wkoll li d-definizzjoni tas-suq titħalla miftuħa, peress li l-esponiment għall-kompetizzjoni jrid jiġi evalwat fuq bażi usa’, billi l-kostijiet tal-operaturi ferrovjarji mhumiex iddeterminati fuq bażi minn punt sa punt iżda fuq livell usa’. Minħabba l-għadd kbir ħafna ta’ swieq minn punt sa punt, u l-impossibbiltà li jiġi analizzat kull wieħed minn dawk is-swieq, l-applikant jipproponi li jiġu analizzati l-aktar ħames rotot importanti fl-Iżvezja (jiġifieri: Stokkolma-Malmö(-Copenhagen), Stokkolma-Gothenburg, Gothenburg-Malmö, Stokkolma-Sundsvall-Umeå u Stokkolma-Karlstad(-Oslo)).

    (50)

    [Kunfidenzjali].

    (51)

    [Kunfidenzjali].

    (52)

    [Kunfidenzjali].

    (53)

    Il-Kummissjoni tinnota li hemm indikazzjonijiet li s-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fl-Iżvezja jista’ jiġi ddefinit fil-livell nazzjonali. L-ewwel nett, il-qafas regolatorju (bħar-rekwiżiti għall-operar bħala impriża ferrovjarja) huwa ta’ livell nazzjonali. Għalhekk, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni x’aktarx li jkollhom ċertu grad ta’ omoġeneità fil-livell nazzjonali. It-tieni nett, ċerti fornituri (bħall-applikant jew Transdev) jikkompetu kontra xulxin fuq rotot differenti fl-Iżvezja u x’aktarx li huma kapaċi jħaddmu l-ferroviji tagħhom fuq diversi rotot fl-Iżvezja. It-tielet nett, iridu jitqiesu l-karatteristiċi inerenti tan-network ferrovjarju. B’mod partikolari, l-eżistenza ta’ effetti tan-network, jiġifieri, il-ġenerazzjoni ta’ traffiku addizzjonali permezz tal-ħolqien ta’ konnessjonijiet bejn diversi rotot, hija element ieħor li jindika l-eżistenza ta’ suq ta’ livell nazzjonali.

    (54)

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, għall-finijiet tal-valutazzjoni skont din id-Deċiżjoni u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk l-ambitu ġeografiku tas-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment huwiex nazzjonali jew jekk jikkorrispondix għal kull rotta minħabba li taħt kwalunkwe waħda miż-żewġ definizzjonijiet possibbli tas-suq ġeografiku, il-konklużjoni milħuqa mill-Kummissjoni mhijiex affettwata.

    (55)

    Definizzjoni tas-suq ibbażata fuq ivvjaġġar minn punt sa punt hija eskluża, meta jitqies li, kif spjegat mill-applikant u mill-NCA (32), ma jkunx possibbli li tiġi vvalutata l-pressjoni kompetittiva għal kull vjaġġ individwali minn punt sa punt li potenzjalment jista’ jkun iddefinit.

    3.2.3.   ANALIŻI TAS-SUQ

    3.2.3.1.    Is-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri offruti permezz ta’ kuntratti ta’ OSP

    (56)

    Il-kuntratti ta’ OSP jistgħu jingħataw permezz ta’ sejħiet għall-offerti kompetittivi jew permezz ta’ għotja diretta. B’mod ġenerali, fl-Iżvezja, il-kuntratti ta’ OSP jingħataw wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti u l-għotjiet diretti huma l-eċċezzjoni għal dik ir-regola.

    (57)

    L-applikant jirrapporta (33) dwar lista ta’ kuntratti għal OSP mogħtija mill-2009. Mill-20 kuntratt elenkati, tlieta ngħataw direttament. F’termini ta’ valur, il-kuntratti mogħtija direttament jirrappreżentaw biss [Kunfidenzjali] mill-kuntratti kollha ta’ OSP. Il-bqija tal-kuntratti huma offruti permezz ta’ sejħa kompetittiva għall-offerti. Jista’ jiġi osservat li Arriva, Transdev, Vy u MTR huma offerenti regolari flimkien mal-applikant. Il-maġġoranza tal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti jkollha bejn żewġ u erba’ offerenti u fil-maġġoranza tal-każijiet, ir-rebbieħ ikun differenti minn dak stabbilit.

    (58)

    Minn 17-il kuntratt ta’ OSP b’sejħa kompetittiva għall-offerti, l-applikant offra għal 11 u rebaħ sitta (rata ta’ suċċess ta’ 54 %). Il-prestazzjoni tal-kompetituri l-oħra turi l-proporzjonijiet li ġejjin ta’ (rebħiet/offerti): Arriva 4/7, Transdev 2/9, Keolis 0/4, Vy 3/8 MTR 1/2. L-applikant jidher li għandu rata medja ta’ suċċess.

    (59)

    F’termini ta’ dħul, l-applikant kiseb [Kunfidenzjali] min-numru totali ta’ kuntratti ta’ OSP u [Kunfidenzjali] f’termini ta’ valur.

    (60)

    B’mod ġenerali, l-applikant jidher (34) li għandu sehem moderat ta’ kuntratti ta’ OSP fl-Iżvezja [Kunfidenzjali] bit-tieni u bit-tielet l-akbar operaturi li għandhom ishma ta’ [Kunfidenzjali] u [Kunfidenzjali], rispettivament. Madankollu, l-ishma mis-suq huma anqas indikattivi dwar in-natura tal-kompetizzjoni fi swieq soġġetti għal offerti jew għal għotjiet diretti.

    (61)

    [Kunfidenzjali].

    (62)

    [Kunfidenzjali]. Barra minn hekk, mis-16-il kuntratt ta’ OSP akkwistat 11 biddlu l-operatur wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Fil-15-il sejħa għall-offerti li għalihom kienet disponibbli data dwar l-offerenti kollha, ġew sottomessi total ta’ 46 offerta.

    (63)

    Mit-tliet kuntratti ta’ OSP irrapportati mogħtija direttament, it-tlieta li huma jidhru (35) li bħalissa huma soġġetti għal proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva li warajha se jiġu aġġudikati lil kumpaniji ġodda sabiex jibdew bl-operat.

    (64)

    [Kunfidenzjali].

    (65)

    L-NCA tikkonkludi (36) li s-suq għall-kuntratti ta’ OSP, “bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti mogħtija direttament lill-kumpaniji proprji”, huwa direttament espost għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE.

    (66)

    Sabiex l-operaturi ferrovjarji jkollhom suċċess f’sejħa għall-offerta għal kuntratt ta’ OSP, iridu jippreżentaw offerti kompetittivi. Dan jimplika li ladarba kuntrattur jingħata kuntratt ta’ OSP, l-imġiba tiegħu tkun ristretta mill-offerta tiegħu. Konsegwentement, l-akkwist għat-twettiq tal-attivitajiet skont il-kuntratt ta’ OSP, anke fin-nuqqas tad-dixxiplina miġjuba mir-regoli dettaljati tal-UE dwar l-akkwist, jitwettaq b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju bbażat fuq il-kriterji li jippermettu lill-operatur tal-OSP jidentifika s-soluzzjoni li, b’mod ġenerali, tkun l-aktar ekonomikament vantaġġuża.

    (67)

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni u mingħajr ħsara għad-dritt tal-kompetizzjoni jew għal oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni, il-fatturi deskritti hawn fuq, jenħtieġ li jitqiesu bħala indikazzjoni tal-esponiment għall-kompetizzjoni tal-attività ta’ provvista ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri offruti permezz ta’ OSP.

    3.2.3.2.    Is-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operat kummerċjalment

    Livell nazzjonali

    (68)

    Fis-suq kumplessiv, li jkopri servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment u servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati permezz ta’ kuntratti ta’ OSP (inklużi servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri reġjonali u fuq distanzi twal operati skont OSP) fl-2018, l-applikant, f’termini ta’ dħul, kellu sehem mis-suq ta’ [Kunfidenzjali]. Fl-istess sena, l-attur tas-suq li jsegwih kien [Kunfidenzjali]. Is-sehem mis-suq tal-applikant jikkostitwixxi indikazzjoni ta’ saħħa sinifikanti fis-suq.

    (69)

    Fis-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment (inklużi servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq distanzi twal, iżda mhux reġjonali, operati skont OSP), l-applikant għandu sehem ferm akbar mill-kompetituri tiegħu, li baqa’ pjuttost stabbli matul l-aħħar tliet snin irrapportati (mill-2016 sal-2018). Fl-2018, l-applikant kellu [Kunfidenzjali] f’termini ta’ dħul u [Kunfidenzjali] f’termini ta’ kilometri-passiġġieri. Għalhekk, l-ishma mis-suq tal-applikant fis-suq għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment huma wkoll indikattivi ta’ saħħa sinifikanti fis-suq.

    (70)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll l-eżistenza ta’ ostakli għad-dħul fis-suq għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment. Dawn l-ostakli jikkonċernaw b’mod partikolari l-kostijiet ta’ investiment għoljin meħtieġa u r-riskji ekonomiċi assoċjati għall-akkwist tal-materjal fuq ir-roti, u r-rekwiżiti tekniċi u regolatorji, bħal dawk għall-omologazzjoni tal-materjal fuq ir-roti f’pajjiż. [Kunfidenzjali]. Dawn l-argumenti huma validi għas-suq għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija operati kummerċjalment, irrispettivament mid-definizzjoni tas-suq ġeografiku.

    (71)

    Fir-rigward tal-kompetizzjoni intermodali, minħabba d-differenzi osservati f’termini ta’ prezz u ta’ ħin tal-ivvjaġġar, ma jistax jiġi konkluż li l-ivvjaġġar bl-ajru jew bix-xarabank jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment kif muri hawn taħt fil-premessi 93, 102, 120, 126, 149, 168, 174, 189 u 195.

    (72)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fil-livell nazzjonali fl-Iżvezja, irrispettivament minn kif jiġi ddefinit is-suq tal-prodott, hija esposta direttament għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE.

    Il-livell ta’ rotta

    (73)

    Fl-analiżi tas-suq fil-livell ta’ rotta (b’enfasi fuq kull waħda mill-ħames rotot identifikati hawn fuq), l-ewwel il-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni kompetittiva meta (i) servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu għall-passiġġieri ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal u ta’ OSP reġjonali, u (ii) servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal. It-tieni, se jiġi eżaminat ukoll jekk u sa liema punt teżisti pressjoni kompetittiva minn modi oħra tat-trasport f’kull waħda mir-rotot imsemmija hawn fuq.

    3.2.3.2.1.   Stokkolma-Malmö (-Copenhagen)

    (74)

    [Kunfidenzjali].

    (75)

    A. Jekk is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal u ta’ OSP reġjonali, is-sitwazzjoni hija kif deskritt fil-premessi li ġejjin.

    (76)

    F’din ir-rotta l-applikant għandu kompetitur wieħed (li jopera ferrovija kummerċjali minn tarf sa tarf) Snälltåget (Transdev), li daħal fis-suq fl-2009. Is-servizzi ta’ OSP reġjonali qed joperaw rotot sekondarji differenti.

    (77)

    Transdev għandha żewġ vjaġġi li jitilqu kuljum meta mqabbel mal-applikant, li għandu 15-il vjaġġ li jitilqu kuljum (minbarra l-ferrovija ta’ billejl, li, madankollu, topera skont kuntratt ta’ OSP). Il-ħin tal-ivvjaġġar ta’ Transdev huwa bejn 4 sigħat u 52 minuta u 5 sigħat, filwaqt li l-applikant għandu ħin tal-ivvjaġġar ta’ inqas minn 4 sigħat u 33 minuta. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-prezzijiet ta’ Transdev huma ferm orħos minn dawk tal-applikant. Barra minn hekk, Transdev ma tkoprix ir-rotta kollha lejn Copenhagen u l-applikant bħalissa huwa l-uniku operatur ferrovjarju li jmur minn Stokkolma lejn Copenhagen (37).

    (78)

    L-ishma mis-suq tal-applikant huma indikattivi ta’ saħħa sinifikanti fis-suq f’din ir-rotta. [Kunfidenzjali].

    (79)

    [Kunfidenzjali].

    (80)

    [Kunfidenzjali].

    (81)

    [Kunfidenzjali].

    (82)

    [Kunfidenzjali].

    (83)

    [Kunfidenzjali].

    (84)

    [Kunfidenzjali].

    (85)

    [Kunfidenzjali].

    (86)

    [Kunfidenzjali].

    (87)

    L-applikant u l-NCA jindikaw li fir-rebbiegħa tal-2020 FlixTrain kienet qed tippjana li tidħol b’ferroviji operati kummerċjalment b’żewġ vjaġġi li jitilqu kuljum fis-segment b’kost baxx fuq ir-rotta Stokkolma-Malmö. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li sal-lum il-ġurnata ma jidhirx li FlixTrain qed topera ferroviji fuq din ir-rotta. Barra minn hekk, minħabba l-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, huwa ferm inċert jekk it-theddida kompetittiva potenzjali minn FlixTrain hijiex se timmaterjalizza ruħha fil-futur qarib.

    (88)

    B. Jekk is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu biss ma’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ta’ OSP fuq distanzi twal, il-Kummissjoni tinnota li l-applikant għandu kompetitur wieħed biss – Transdev, li jipprovdi servizzi kummerċjali. Ma hemm l-ebda kompetitur ta’ OSP fuq distanzi twal f’din ir-rotta. Għalhekk, l-applikant igawdi minn pożizzjoni fis-suq saħansitra aktar b’saħħitha [Kunfidenzjali].

    (89)

    L-NCA tikkonkludi fil-pożizzjoni tagħha li “filwaqt li l-pressjoni kompetittiva fuq ir-rotta inkwistjoni hija tali li l-applikant ma jistax jaġixxi b’mod kompletament indipendenti fil-prattika tal-ipprezzar tiegħu, din mhijiex b’saħħitha biżżejjed, skont il-pożizzjoni tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni, sabiex hija tikkonkludi li r-rotta hija esposta direttament għall-kompetizzjoni” (38).

    (90)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u jekk jitqies biss it-trasport tal-passiġġieri, f’kull konfigurazzjoni possibbli tas-suq tal-prodotti, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ ferroviji operati kummerċjalment fuq ir-rotta Stokkolma-Malmö (-Copenhagen) hija esposta għall-kompetizzjoni.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bix-xarabank

    (91)

    L-applikant jikkalkula li, meta jitqiesu s-servizzi tat-trasport bix-xarabank u bil-ferrovija, is-sehem mis-suq intermodali għas-servizzi tax-xarabank fuq din ir-rotta huwa [Kunfidenzjali].

    (92)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-ħin tal-ivvjaġġar bix-xarabank huwa ta’ minimu ta’ 9 sigħat (meta mqabbel ma’ inqas minn 5 sigħat bil-ferrovija). FlixBus għandha żewġ vjaġġi (diretti) li jitilqu kuljum lejn Malmö (u żewġ vjaġġi diretti li jitilqu kuljum lejn Copenhagen) u l-prezzijiet huma bejn 10 % u 20 % orħos mill-prezzijiet tal-applikant (it-tieni klassi).

    (93)

    Fid-dawl tad-differenzi fil-ħin tal-ivvjaġġar, ma jistax jiġi konkluż li l-ivvjaġġar bix-xarabank jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bl-ajru

    (94)

    Tliet kumpaniji tal-ajru joffru titjiriet diretti bejn l-ajruporti ta’ Stokkolma Arlanda (ARL) u Bromma (BRM) u l-ajruporti fir-reġjun ta’ Öresund: Copenhagen (CPH) u Malmö (MMX).

    (95)

    L-ajruport ta’ Arlanda jinsab 40 km ’il bogħod miċ-ċentru tal-belt ta’ Stokkolma.

    (96)

    Il-ħin tal-ivvjaġġar bl-ajru huwa ta’ siegħa u 10 minuti (lejn Copenhagen) u ta’ siegħa (lejn Malmö), meta mqabbel ma’ ħin tal-ivvjaġġar bil-ferrovija ta’ 4 sigħat u 38 minuta (lejn Copenhagen) u ta’ 4 sigħat u 22 minuta (lejn Malmö).

    (97)

    Scandinavian Airlines System (SAS) għandha tmien titjiriet diretti lejn Malmö (ARN-MMX) u 15-il vjaġġ li jitilqu kuljum lejn Copenhagen: (ARN-CPH).

    (98)

    Norwegian Air Shuttle ASA (Norwegian) għandha sitt vjaġġi li jitilqu kuljum lejn Copenhagen (ARN- CPH)

    (99)

    BRA Sverige AB (BRA) għandha 13-il vjaġġ li jitilqu kuljum lejn Malmö (BMA-MMX).

    (100)

    [Kunfidenzjali].

    (101)

    Il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-prezzijiet reali, bil-ferrovija u bl-ajruplan għal din ir-rotta, u analizzat l-informazzjoni rispettiva pprovduta mill-Applikant. Il-prezzijiet tal-biljetti tal-ajru huma kważi d-doppju meta mqabbla mal-prezzijiet tal-ferrovija għal STO-MMX, u għal STO-CPH, għall-ewwel klassi u għat-tieni klassi, bl-eċċezzjoni ta’ Norvegian għal STO-CPH biss.

    (102)

    Minħabba d-differenzi osservati f’termini ta’ ħin tal-ivvjaġġar, u tal-prezzijiet tal-biljetti, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-ivvjaġġar bl-ajru jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta.

    Konklużjonijiet

    (103)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u anki meta titqies il-kompetizzjoni intermodali, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment fuq ir-rotta Stokkolma-Malmö (-Copenhagen) hija esposta direttament għall-kompetizzjoni.

    3.2.3.2.2.   Stokkolma-Gothenburg

    (104)

    [Kunfidenzjali].

    (105)

    A. Jekk is-servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu għall-passiġġieri ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal u ta’ OSP reġjonali, is-sitwazzjoni hija kif deskritta fil-premessi li ġejjin.

    (106)

    L-operaturi kummerċjali fuq din ir-rotta huma l-applikant u MTR (ferrovija minn tarf sa tarf). AB Galia (Blå Tåget) waqqfet l-operazzjonijiet kummerċjali fuq din ir-rotta fl-2019. Is-servizzi ta’ OSP reġjonali qed joperaw rotot sekondarji differenti.

    (107)

    MTR għandha tmien vjaġġi (b’veloċità għolja) li jitilqu kuljum filwaqt li l-applikant għandu 18-il vjaġġ (b’veloċità għolja) li jitilqu kuljum u hemm seba’ vjaġġi oħra li jitilqu kuljum b’ferroviji reġjonali ta’ OSP.

    (108)

    Il-ħinijiet tal-ivvjaġġar għall-ferroviji b’veloċità għolja tal-applikant u ta’ MTR huma komparabbli (3 sigħat u 5 minuti u 3 sigħat u 20 minuta rispettivament), filwaqt li l-ferroviji reġjonali tal-applikant għandhom ħinijiet tal-ivvjaġġar ta’ madwar 4 sigħat u 50 minuta. Il-prezzijiet huma komparabbli, b’MTR li b’mod ġenerali għandha prezzijiet ftit orħos kemm għall-biljetti tal-ewwel klassi kif ukoll għal dawk tat-tieni klassi.

    (109)

    L-ishma mis-suq tal-Applikant huma indikattivi ta’ saħħa sinifikanti fis-suq. [Kunfidenzjali].

    (110)

    [Kunfidenzjali].

    (111)

    [Kunfidenzjali].

    (112)

    [Kunfidenzjali].

    (113)

    [Kunfidenzjali].

    (114)

    L-NCA telenka (39) żewġ fatturi oħra, li, fil-fehma tagħha, wasslu għall-konklużjoni li l-attività tal-applikant hija esposta għall-kompetizzjoni fuq din ir-rotta: il-bidu futur tal-operat ta’ FlixTrain u l-pressjoni mill-ivvjaġġar bl-ajru.

    (115)

    Il-Kummissjoni tifhem li mir-rebbiegħa tal-2020 FlixTrain ġiet allokata mogħdijiet għal tliet vjaġġi li jitilqu kuljum fuq din ir-rotta. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li sal-lum il-ġurnata ma jidhirx li FlixTrain qed topera ferroviji fuq din ir-rotta. Barra minn hekk, minħabba l-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, huwa ferm inċert jekk it-theddida kompetittiva potenzjali minn FlixTrain hijiex se timmaterjalizza ruħha fil-futur qarib.

    (116)

    B. Jekk servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jitqiesu li jikkompetu biss ma’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ta’ OSP fuq distanzi twal, il-Kummissjoni tinnota li s-sitwazzjoni hija simili ħafna għal dik deskritta fil-premessa 109, peress li servizzi ta’ OSP reġjonali oħra jirrappreżentaw anqas minn [Kunfidenzjali] f’termini ta’ dħul u ta’ passiġġieri-kilometri.

    (117)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u jekk jitqies biss it-trasport tal-passiġġieri, f’kull konfigurazzjoni possibbli tas-suq tal-prodotti, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment fuq ir-rotta Stokkolma-Gothenburg hija esposta għall-kompetizzjoni.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bix-xarabank

    (118)

    L-applikant jikkalkula li, meta jitqiesu s-servizzi tat-trasport bix-xarabank u bil-ferrovija, is-sehem mis-suq intermodali kumplessiv għas-servizzi tax-xarabank f’din ir-rotta huwa [Kunfidenzjali].

    (119)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-ħin tal-ivvjaġġar bix-xarabank huwa ta’ minimu ta’ 6 sigħat u 30 minuta (meta mqabbel ma’ 3 sigħat u 20 minuta bil-ferrovija). FlixBus għandha sitt vjaġġi (diretti) li jitilqu kuljum lejn Gothenburg u l-prezzijiet huma 30 % orħos mill-prezzijiet tal-biljetti tat-tieni klassi tal-applikant.

    (120)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, minkejja d-differenzi fil-prezzijiet, id-differenzi fil-ħin tal-ivvjaġġar ma jippermettux li jiġi konkluż li l-ivvjaġġar bix-xarabank jixħet pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bl-ajru

    (121)

    Tliet kumpaniji tal-ajru joffru titjiriet bejn l-ajruporti ta’ Stokkolma Arlanda u Bromma u l-ajruport ta’ Gothenburg (GOT).

    (122)

    SAS għandha 12-il titjira li jitilqu kuljum (ARN-GOT), Norwegian għandha titjira jew tnejn li jitilqu kuljum (ARN-GOT) u BRA għandha 12-il titjira li jitilqu kuljum (BMA-GOT).

    (123)

    Skont l-NCA, jenħtieġ li t-trasport bl-ajru jitqies li jeżerċita pressjoni “minn fuq għal isfel” fis-segment primjum, peress li l-ħin tal-ivvjaġġar miċ-ċentru tal-belt lejn iċ-ċentru tal-belt l-oħra huwa l-istess, li huwa fattur importanti għall-vjaġġaturi fuq xogħol.

    (124)

    Il-ħin tal-ivvjaġġar ta’ titjira diretta huwa ta’ siegħa meta mqabbel mal-ħin tal-ivvjaġġar ta’ tliet sigħat bil-ferrovija.

    (125)

    Il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-prezzijiet reali tal-biljetti, bil-ferrovija u bl-ajru għal din ir-rotta, u analizzat l-informazzjoni rispettiva pprovduta mill-applikant. Il-prezzijiet tal-biljetti tal-ajruplan huma d-doppju tal-prezzijiet tal-biljetti tal-ferrovija għall-biljetti tal-ewwel klassi u tat-tieni klassi, bl-eċċezzjoni ta’ Norwegian, għall-biljetti tat-tieni klassi, fejn id-differenzi fil-prezzijiet huma anqas sinifikanti.

    (126)

    Fid-dawl tad-differenzi osservati fil-prezzijiet, ma jistax jiġi konkluż li l-ivvjaġġar bl-ajru jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta.

    Konklużjonijiet

    (127)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u anki meta titqies il-kompetizzjoni intermodali, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment fuq ir-rotta Stokkolma-Gothenburg hija esposta direttament għall-kompetizzjoni.

    3.2.3.2.3.   Gothenburg-Malmö

    (128)

    [Kunfidenzjali]

    (129)

    A. Jekk is-servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu għall-passiġġieri ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal u ta’ OSP reġjonali, is-sitwazzjoni hija deskritta fil-premessi li ġejjin.

    (130)

    L-applikant bħalissa għandu seba’ vjaġġi li jitilqu kuljum (ferrovija kummerċjali minn tarf sa tarf) b’ferroviji b’veloċità għolja. Transdev, li topera Öresundståg permezz ta’ kuntratt ta’ OSP fuq distanzi twal, toffri 11-il vjaġġ li jitilqu kuljum. Il-ħin tal-ivvjaġġar għall-ferrovija b’veloċità għolja tal-applikant huwa ta’ sagħtejn u 30 minuta filwaqt li l-ferrovija ta’ Transdev għandha ħin tal-ivvjaġġar ta’ 3 sigħat u 10 minuti.

    (131)

    Madankollu, minn Diċembru 2020 l-applikant se jieħu f’idejh il-kuntratt ta’ OSP fuq distanzi twal ta’ Öresundståg u se jopera l-ferroviji kollha minn tarf sa tarf fuq din ir-rotta wara l-għoti tal-kuntratt ta’ OSP rispettiv għall-perjodu mill-2020 sal-2030. Il-kuntratt ta’ OSP attwali ma’ Transdev jiskadi fil-bidu ta’ Diċembru 2020.

    (132)

    L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li, minkejja li għandu, bħala medja, ħinijiet tal-ivvjaġġar iqsar, l-applikant għandu prezzijiet orħos minn Transdev (skont il-kuntratt ta’ OSP) għall-biljetti kemm tal-ewwel klassi kif ukoll tat-tieni klassi.

    (133)

    It-tielet kompetitur fuq din ir-rotta huwa Arriva (Pågatåg), li jopera fir-reġjun tan-Nofsinhar ta’ Skåne biss permezz ta’ kuntratt ta’ OSP reġjonali.

    (134)

    [Kunfidenzjali].

    (135)

    [Kunfidenzjali].

    (136)

    [Kunfidenzjali].

    (137)

    Minn Diċembru 2020, meta l-applikant jibda jopera skont il-kuntratt ta’ OSP fuq din ir-rotta, is-sitwazzjoni x’aktarx li tinbidel, u tirriżulta fil-konsolidazzjoni tal-pożizzjoni tiegħu fis-suq. [Kunfidenzjali].

    (138)

    L-NCA tindika li filwaqt li jista’ jiġi argumentat li Transdev teżerċita pressjoni kompetittiva ġenwina fuq is-segment primjum għall-ivvjaġġar minn tarf sa tarf, hija nnotat li SAS toffri titjiriet bejn Gothenburg u Copenhagen li jenħtieġ li jkollhom impatt fuq l-ipprezzar tal-applikant. L-NCA kkonkludiet (40) li fuq din ir-rotta l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni.

    (139)

    B. Jekk is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu biss ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal, il-Kummissjoni tinnota li l-applikant għandu kompetitur wieħed biss, Transdev, li jipprovdi servizzi skont kuntratt ta’ OSP fuq distanzi twal (Öresundståg) [Kunfidenzjali].

    (140)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u jekk jitqies biss it-trasport tal-passiġġieri, f’kull konfigurazzjoni possibbli tas-suq tal-prodotti, il-Kummissjoni tqis li bħalissa l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment fuq ir-rotta Gothenburg-Malmö tista’ titqies li hija esposta direttament għall-kompetizzjoni. Madankollu, is-sitwazzjoni tkun teħtieġ li tiġi evalwata mill-ġdid ladarba l-applikant jibda jopera n-network ferrovjarju ta’ Öresundståg.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bix-xarabank

    (141)

    L-Applikant jikkalkula li, meta jitqiesu s-servizzi tat-trasport bix-xarabank u bil-ferrovija, is-sehem mis-suq intermodali kumplessiv għas-servizzi tax-xarabank f’din ir-rotta huwa [Kunfidenzjali].

    (142)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-ħin tal-ivvjaġġar bix-xarabank huwa ta’ 3 sigħat u 5 minuti u ta’ 3 sigħat u 30 minuta, meta mqabbel ma’ sagħtejn u 30 minuta b’ferrovija tal-applikant. FlixBus għandha erba’ vjaġġi (diretti) li jitilqu kuljum lejn Malmö u l-prezzijiet huma tal-anqas 25 % orħos minn dawk tal-applikant (biljetti tat-tieni klassi).

    (143)

    Fid-dawl tad-differenzi msemmija hawn fuq fil-ħin tal-ivvjaġġar u b’kunsiderazzjoni tad-differenza fil-prezz, ma jistax jiġi eskluż li l-ivvjaġġar bix-xarabank jista’ jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta. Madankollu, din il-kwistjoni tista’ titħalla miftuħa għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, peress li, irrispettivament minn jekk l-ivvjaġġar bix-xarabank ikunx jikkompeti mal-ivvjaġġar bil-ferrovija, il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-livell ta’ kompetizzjoni fuq din ir-rotta ma tinbidilx.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bl-ajru

    (144)

    [Kunfidenzjali]. Spjegazzjoni possibbli minnhom hija li ma hemm l-ebda titjira diretta minn Gothenburg għal Malmö. Madankollu, SAS għandha ħames titjiriet diretti fl-istaġun tax-xitwa u seba’ titjiriet diretti fl-istaġun tas-sajf minn Gothenburg lejn Copenhagen.

    (145)

    Il-ħin tal-ivvjaġġar bl-ajru huwa ta’ sagħtejn u 35 minuta (GOT-MMX), jew ta’ 45 minuta (GOT-CPH). L-ebda titjira diretta ma hija disponibbli fuq ir-rotta GOT-MMX, u għal dik ir-rotta jittieħed kont ta’ tal-anqas waqfa waħda.

    (146)

    Skont (41) l-NCA, filwaqt li mhuwiex ċar li Öresundståg teżerċita pressjoni kompetittiva ġenwina fuq is-segment primjum tal-applikant, jenħtieġ li t-trasport bl-ajru minn SAS ikollu impatt fuq il-prezzijiet tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li SAS ma għandha l-ebda titjira diretta bejn Gothenburg u Malmö. It-titjiriet kollha bejn Gothenburg u Malmö jinvolvu tal-anqas waqfa waħda.

    (147)

    [Kunfidenzjali].

    (148)

    Il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-prezzijiet reali, bil-ferrovija u bl-ajru għal din ir-rotta, u analizzat l-informazzjoni rispettiva pprovduta mill-applikant. L-ivvjaġġar bl-ajru jidher li huwa ogħla d-doppju tal-ivvjaġġar bil-ferrovija, kemm għall-ewwel kif ukoll għat-tieni klassi.

    (149)

    Fid-dawl tad-differenzi osservati fil-prezzijiet, il-Kummissjoni ma tistax issostni l-konklużjoni li l-ivvjaġġar bl-ajru jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta.

    Konklużjoni

    (150)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq ir-rotta Gothenburg-Malmö hija esposta direttament għall-kompetizzjoni. Madankollu, is-sitwazzjoni tkun teħtieġ li tiġi evalwata mill-ġdid ladarba l-applikant jibda jopera n-network ferrovjarju ta’ Öresundståg (bħalissa operat minn Transdev skont il-kuntratt ta’ OSP).

    3.2.3.2.4.   Stokkolma-Sundsvall-Umeå

    (151)

    [Kunfidenzjali].

    (152)

    A. Jekk is-servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu għall-passiġġieri ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal u ta’ OSP reġjonali, is-sitwazzjoni hija deskritta fil-premessi li ġejjin.

    (153)

    Din ir-rotta bħalissa hija operata mill-applikant biss (b’ferrovija kummerċjali minn tarf sa tarf). Is-servizzi ta’ OSP reġjonali qed joperaw rotot sekondarji differenti.

    (154)

    [Kunfidenzjali].

    (155)

    [Kunfidenzjali].

    (156)

    [Kunfidenzjali].

    (157)

    [Kunfidenzjali].

    (158)

    [Kunfidenzjali].

    (159)

    [Kunfidenzjali].

    (160)

    [Kunfidenzjali].

    (161)

    L-NCA tikkonkludi li r-rotta sħiħa mhijiex esposta għall-kompetizzjoni, iżda minħabba s-sitwazzjoni kompetittiva fuq ir-rotot sekondarji u l-importanza ekonomika ġenerali tagħhom meta mqabbla mar-rotta kollha, l-applikant ma jistax jaġixxi b’mod kompletament indipendenti fl-ipprezzar tiegħu.

    (162)

    [Kunfidenzjali].

    (163)

    B. Jekk servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu biss ma’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ta’ OSP fuq distanzi twal, il-Kummissjoni tinnota li l-applikant huwa l-uniku operatur tas-servizzi ferrovjarji kummerċjali tal-passiġġieri fuq din ir-rotta u ma hemmx kompetituri li jipprovdu servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal fuq din ir-rotta.

    (164)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u jekk jitqies biss it-trasport tal-passiġġieri, fi kwalunkwe konfigurazzjoni possibbli tas-suq tal-prodotti, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment fuq ir-rotta Stokkolma-Sundsvall-Umeå hija esposta għall-kompetizzjoni.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bix-xarabank

    (165)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-ħin tal-ivvjaġġar (minn tarf sa tarf) bix-xarabank huwa ta’ aktar minn 10 sigħat, meta mqabbel ma’ 6 sigħat u 20 minuta b’ferrovija b’veloċità għolja.

    (166)

    [Kunfidenzjali].

    (167)

    [Kunfidenzjali].

    (168)

    Fid-dawl tad-differenzi msemmija hawn fuq fil-ħin tal-ivvjaġġar, ma jistax jiġi konkluż li l-ivvjaġġar bix-xarabank jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bl-ajru

    (169)

    L-NCA tindika (42) li din ir-rotta hija twila wisq u l-ħinijiet tal-ivvjaġġar huma twal wisq sabiex l-ivvjaġġar bil-ferrovija jkun jista’ jikkompeti mal-ivvjaġġar bl-ajru.

    (170)

    SAS tipprovdi sitt vjaġġi li jitilqu kuljum (ARN–UME), Norwegian tipprovdi ħames vjaġġi li jitilqu kuljum (ARN-UME) u BRA tipprovdi ħames vjaġġi li jitilqu kuljum (BMA-UME).

    (171)

    Il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-prezzijiet reali, bil-ferrovija, bl-ajru u bix-xarabank għal din ir-rotta, u analizzat l-informazzjoni rispettiva pprovduta mill-applikant.

    (172)

    Il-ħin tal-ivvjaġġar bl-ajru huwa ta’ siegħa filwaqt li bil-ferrovija (b’veloċità għolja) l-vjaġġ jieħu tal-anqas 6 sigħat u 20 minuta.

    (173)

    Il-prezzijiet tal-biljetti tat-titjiriet bejn Stokkolma u Umeå huma aktar għaljin mill-prezzijiet tal-biljetti tal-ferroviji għall-biljetti tal-ewwel klassi. Dan jgħodd ukoll għall-biljetti tat-tieni klassi, ħlief fil-każ ta’ Norwegian.

    (174)

    Fid-dawl tad-differenzi msemmija hawn fuq fil-prezzijiet u fil-ħin tal-ivvjaġġar, u fid-dawl ta’ [Kunfidenzjali], ma jistax jiġi konkluż li l-ivvjaġġar bl-ajru jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta.

    Konklużjonijiet

    (175)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u anki jekk titqies il-kompetizzjoni intermodali, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq ir-rotta Stokkolma-Sundsvall-Umeå hija esposta direttament għall-kompetizzjoni.

    3.2.3.2.5.   Stokkolma-Karlstad (-Oslo)

    (176)

    [Kunfidenzjali].

    (177)

    A. Jekk is-servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu għall-passiġġieri ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal u ta’ OSP reġjonali, is-sitwazzjoni hija deskritta fil-premessi li ġejjin.

    (178)

    Il-ħin tal-ivvjaġġar minn Stokkolma lejn Karlstad huwa ta’ sagħtejn u 30 minuta (bil-ferrovija b’veloċità għolja), u minn Stokkolma lejn Oslo huwa ta’ tal-anqas 6 sigħat (bil-ferrovija bejn il-bliet). L-applikant għandu tmien vjaġġi diretti bil-ferrovija li jitilqu kuljum lejn Karlstad u żewġ vjaġġi diretti bil-ferrovija li jitilqu kuljum lejn Oslo.

    (179)

    Din ir-rotta bħalissa hija operata mill-applikant biss (b’ferrovija kummerċjali minn tarf sa tarf minn Stokkolma lejn Oslo). Tagab qed tipprovdi servizzi skont kuntratt ta’ OSP bejn Stokkolma u Karlstad.

    (180)

    L-applikant għandu saħħa sinifikanti fis-suq skont l-ishma mis-suq tiegħu. [Kunfidenzjali]

    (181)

    [Kunfidenzjali].

    (182)

    [Kunfidenzjali].

    (183)

    L-NCA tqis (43) li r-rotta mhijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-NCA tindika li kemm it-titjiriet kif ukoll ix-xarabanks jeżerċitaw ċerta “pressjoni fuq il-prezzijiet minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq bl-istess mod bħal kif iseħħ għar-rotta Stokkolma Malmö.”

    (184)

    B. Jekk is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jiġu preżunti li jikkompetu biss ma’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ta’ OSP fuq distanzi twal, il-Kummissjoni tinnota li l-applikant għandu kompetitur wieħed biss – Tagab, li madankollu ma jipprovdix servizzi minn tarf sa tarf. Għalhekk, l-applikant igawdi minn pożizzjoni fis-suq saħansitra aktar b’saħħitha [Kunfidenzjali].

    (185)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u jekk jitqies biss it-trasport tal-passiġġieri, fi kwalunkwe konfigurazzjoni possibbli tas-suq tal-prodotti, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizz tal-passiġġieri operat kummerċjalment fuq ir-rotta Stokkolma-Karlstad (-Oslo) hija esposta għall-kompetizzjoni.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bix-xarabank

    (186)

    L-Applikant jikkalkula (44) li fuq ir-rotta kumplessiva Stokkolma-Karlstad (-Oslo), is-servizzi bix-xarabank għandhom [Kunfidenzjali].

    (187)

    Il-Kummissjoni tinnota li Flixbus għandha tliet vjaġġi li jitilqu kuljum minn Stokkolma lejn Karlstad, u l-ħin tal-ivvjaġġar huwa ta’ 4 sigħat u 20 minuta (meta mqabbel ma’ 3 sigħat u 50 minuta bil-ferrovija) u l-prezz jidher li huwa nofs il-prezz tal-ferrovija tat-tieni klassi.

    (188)

    Flixbus għandha wkoll żewġ vjaġġi diretti li jitilqu kuljum minn Stokkolma lejn Oslo, u l-ħin tal-ivvjaġġar huwa ta’ 7 sigħat u 30 minuta (meta mqabbel ma’ 6 sigħat bil-ferrovija) u l-prezzijiet huma madwar 30 % orħos mill-prezz tal-biljetti tal-ferrovija tat-tieni klassi.

    (189)

    Fid-dawl tad-differenzi kumplessivi msemmija hawn fuq fil-ħin tal-ivvjaġġar, u l-karatteristiċi (jiġifieri, bħall-kumdità) ma jistax jiġi konkluż li l-ivvjaġġar bix-xarabank jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta.

    Kompetizzjoni intermodali — Ivvjaġġar bl-ajru

    (190)

    L-applikant isostni li l-kompetizzjoni mit-trasport bl-ajru hija b’saħħitha fuq ir-rotta minn tarf sa tarf.

    (191)

    SAS għandha 14-il vjaġġ li jitilqu kuljum lejn Oslo (OSL): ARN–OSL u Norwegian għandhom seba’ vjaġġi li jitilqu kuljum: ARN- OSL. Ma hemm l-ebda titjira minn Stokkolma lejn Karlstad (KAR).

    (192)

    Il-ħin tal-ivvjaġġar bl-ajru huwa ta’ siegħa u 10 minuti, filwaqt li l-vjaġġ bil-ferrovija huwa ta’ 6 sigħat.

    (193)

    Il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-prezzijiet reali, bil-ferrovija u bl-ajru għal din ir-rotta, u analizzat l-informazzjoni rispettiva pprovduta mill-applikant.

    (194)

    Il-prezzijiet tat-titjiriet bejn Stokkolma u Oslo huma aktar għaljin mill-prezzijiet tal-ferroviji għall-ewwel klassi. Dan jgħodd ukoll għall-prezzijiet tat-tieni klassi iżda l-varjazzjonijiet huma iżgħar għal Norwegian għall-biljetti tat-tieni klassi.

    (195)

    Fid-dawl tad-differenzi osservati fil-prezzijiet u fil-ħin tal-ivvjaġġar, ma jistax jiġi konkluż li l-ivvjaġġar bl-ajru jeżerċita pressjoni kompetittiva fuq is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment fuq din ir-rotta.

    Konklużjonijiet

    (196)

    Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, u anki jekk titqies il-kompetizzjoni intermodali, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment fuq ir-rotta Stokkolma-Karlstad (-Oslo) hija esposta direttament għall-kompetizzjoni.

    4.   KONKLUŻJONI

    4.1.   IS-SUQ GĦAS-SERVIZZI FERROVJARJI TAL-PASSIĠĠIERI OFFRUTI PERMEZZ TA’ KUNTRATTI TA’ OSP

    (197)

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, is-sejbiet tal-analiżi tas-suq elenkati fil-premessi 56 sa 67 jenħtieġ li jitqiesu bħala indikazzjoni tal-esponiment għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri skont OSP fl-Iżvezja. Konsegwentement, peress li l-kundizzjonijiet ta’ aċċess mhux ristrett għas-suq stabbiliti fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE huma ssodisfati, jenħtieġ li jiġi stabbilit li d-Direttiva 2014/25/UE ma tapplikax għal kuntratti maħsuba sabiex jippermettu t-twettiq ta’ din l-attività fl-Iżvezja.

    4.2.   IS-SUQ GĦAS-SERVIZZI TAL-PASSIĠĠIERI TAL-FERROVIJA OPERATI KUMMERĊJALMENT

    (198)

    Fid-dawl tal-analiżi stabbilita fit-taqsima 3.2.3.2 hawn fuq, taħt kull konfigurazzjoni possibbli tas-suq, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-attività tal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment fl-Iżvezja hija esposta direttament għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE. Fil-livell nazzjonali taħt kull konfigurazzjoni possibbli tas-suq, l-ishma mis-suq tal-applikant huma indikattivi ta’ saħħa sinifikanti fis-suq.

    (199)

    Fuq livell tar-rotta, f’erbgħa mill-ħames rotot ivvalutati, l-attività ta’ provvista ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment mhijiex direttament esposta għall-kompetizzjoni. Fuq dawk ir-rotot, l-applikant għandu ishma mis-suq [Kunfidenzjali], meta jiġi preżunt li servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment jikkompetu ma’ servizzi ferrovjarji ta’ OSP fuq distanzi twal u ta’ OSP reġjonali. Il-pożizzjoni tal-applikant hija saħansitra aktar b’saħħitha meta servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jitqiesu li jikkompetu ma’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ta’ OSP fuq distanzi twal biss.

    (200)

    L-attività ta’ provvista ta’ ferroviji operati kummerċjalment hija esposta direttament għall-kompetizzjoni [Kunfidenzjali] fuq rotta waħda biss (Gothenburg-Malmö).

    (201)

    [Kunfidenzjali].

    (202)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, is-sejbiet tal-analiżi tas-suq elenkati fil-premessi 68 sa 196 jenħtieġ li jitqiesu bħala indikazzjoni tal-fatt li l-attività ta’ provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment fl-Iżvezja mhijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġi konkluż li d-Direttiva 2014/25/UE tibqa’ tapplika għal kuntratti maħsuba sabiex jippermettu t-twettiq ta’ dik l-attività fl-Iżvezja.

    Konklużjoni tal-NCA

    (203)

    Wara l-valutazzjoni tagħha, l-NCA kkonkludiet li ż-żewġ rotot (jiġifieri Stokkolma-Gothenburg u Gothenburg-Malmö) huma direttament esposti għall-kompetizzjoni. [Kunfidenzjali]. L-NCA tindika wkoll li l-pressjoni kompetittiva hija mistennija tiżdied fuq ir-rotta Stokkolma–Malmö (-Copenhagen) jekk Flixtrain tibda topera din ir-rotta, iżda tistabbilixxi li dan mhuwiex biżżejjed biex jiġi konkluż li din ir-rotta hija direttament esposta għall-kompetizzjoni. [Kunfidenzjali]. Fir-rigward taż-żewġ rotot li fadal (Stokkolma-Umeå u Stokkolma-Oslo), l-NCA kkonkludiet li dawn mhumiex direttament esposti għall-kompetizzjoni iżda, fil-fehma tal-NCA, huma soġġetti għal livell ta’ pressjoni kompetittiva li jżomm lill-applikant milli jaġixxi b’mod kompletament indipendenti fl-imġiba tiegħu tal-ipprezzar. [Kunfidenzjali].

    (204)

    L-NCA kkonkludiet li s-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-Iżvezja, inkluż is-suq għas-servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment (li jikkombinaw ir-rotot kollha), u l-provvista ta’ servizzi ferrovjarji skont kuntratti ta’ OSP jenħtieġ li jitqiesu bħala direttament esposti għall-kompetizzjoni.

    (205)

    Il-Kummissjoni ma tasalx għal din il-konklużjoni: kif intqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rotta Gothenburg-Malmö biss hija direttament esposta għall-kompetizzjoni. [Kunfidenzjali]. Rigward l-erba’ rotot l-oħra, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li huma esposti għall-kompetizzjoni għar-raġunijiet stabbiliti aktar ’il fuq. Konsegwentement, anki jekk kien possibbli li jinħarġu konklużjonijiet dwar il-livell ta’ kompetizzjoni fil-livell nazzjonali abbażi tal-livell ta’ kompetizzjoni fuq ir-rotot individwali li ġew analizzati, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għall-istess konklużjoni bħall-NCA għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 198 sa 202.

    Il-kunsiderazzjoni tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni għal ċerti rotot biss

    (206)

    Fl-4 ta’ Mejju 2020 l-applikant issottometta elementi addizzjonali sabiex jispjega għaliex, fl-opinjoni tiegħu, eżenzjoni li tkopri s-suq tal-OSP u t-tliet rotot operati kummerċjalment Stokkolma-Gothenburg, Stokkolma-Malmö u Malmö-Gothenburg tkun ġustifikata (45). Barra minn hekk, ġie sottomess li eżenzjoni tkun ġustifikata wkoll għar-rotta Stokkolma- Uppsala (46).

    (207)

    [Kunfidenzjali]

    (208)

    L-applikant iddikjara li peress li “l-akkwisti tiegħu jkopru b’mod konġunt ir-rotot fejn SJ kienet tiffaċċja kompetizzjoni sinifikanti kif ukoll ir-rotot fejn SJ kienet l-uniku operatur ferrovjarju, SJ sostniet li l-kompetizzjoni taffettwa wkoll lir-rotot fejn SJ ma kinitx qed tiffaċċja kompetizzjoni” (47).

    (209)

    [Kunfidenzjali].

    (210)

    Il-Kummissjoni tqis li anki li kieku kellha taqbel mal-approċċ tal-applikant u tal-NCA deskritt fil-premessa 209 [Kunfidenzjali], ma setgħetx tasal għall-konklużjoni mixtieqa mill-applikant. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li l-attività ta’ provvista ta’ ferroviji operati kummerċjalment hija esposta għall-kompetizzjoni fuq rotta waħda biss (jiġifieri r-rotta Gothenburg-Malmö). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma tistax tingħata eżenzjoni għal dik ir-rotta [Kunfidenzjali].

    (211)

    Dan ifisser li mhuwiex possibbli li tingħata eżenzjoni għal dik ir-rotta biss, għaliex ma jistax jiġi eskluż li akkwirenti konġunti formalment stabbiliti għal dik ir-rotta u eżentati mid-Direttiva setgħu jiġu allokati għar-rotot l-oħra fejn ma jeżisti l-ebda esponiment dirett għall-kompetizzjoni. Din il-konklużjoni hija kkonfermata ulterjorment mill-ispjegazzjonijiet ta’ hawn taħt.

    (212)

    Fl-opinjoni tagħha, l-NCA indikat b’mod espliċitu li “ħafna mill-inputs u mis-servizzi li qed jiġu akkwistati huma kostijiet konġunti.” (48).

    (213)

    [Kunfidenzjali].

    (214)

    Fl-4 ta’ Ġunju 2020 l-applikant ippreżenta sottomissjoni ġdida sabiex jispjega għaliex, fl-opinjoni tiegħu, eżenzjoni għal punt ta’ oriġini partikolari (eż. Stokkolma) sa punt ta’ destinazzjoni partikolari (eż. Gothenburg) tkun possibbli skont id-Direttiva.

    (215)

    L-applikant sostna li l-valutazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE għandha ssir fir-rigward tal-attività u tas-suq ġeografiku ta’ referenza, u li fil-każ attwali s-swieq ta’ referenza huma minn punt ta’ oriġini sa punt ta’ destinazzjoni.

    (216)

    Fl-istess ittra l-applikant isostni li “Għalhekk, il-metodoloġija użata sabiex jiġi evalwat jekk rotta individwali hijiex direttament esposta għall-kompetizzjoni hija eżattament l-istess bħal dik użata fil-livell nazzjonali. Fil-fatt, il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni fil-livell tar-rotot individwali tikkostitwixxi element importanti għall-valutazzjoni tal-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali” (49).

    (217)

    [Kunfidenzjali].

    (218)

    Kif ġie nnotat fil-premessa 216 hawn fuq, peress li l-Kummissjoni sabet li rotta waħda biss [Kunfidenzjali], minn fost l-aktar ħames rotot importanti, kienet direttament esposta għall-kompetizzjoni, il-konklużjoni ma tistax tkun li jenħtieġ li tingħata eżenzjoni fil-livell nazzjonali.

    (219)

    Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-fini tal-analiżi tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE huwa li tiġi stabbilita l-pertinenza tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, kif spjegat fil-premessa 15. Il-livell ta’ kompetizzjoni fuq rotta bħal Gothenburg-Malmö li hija [Kunfidenzjali] għall-applikant, ma jistax jiġi preżunt li jeżerċita dixxiplina fuq l-akkwist tagħha, fid-dawl tal-fatt li l-akkwist jiġi operat fuq bażi konġunta. Barra minn hekk, l-applikant ma pprovda l-ebda eżempju ta’ akkwist speċifiku għal din ir-rotta biss.

    (220)

    Fl-aħħar nett, li kieku l-eżenzjoni tingħata għar-rotta Gothenburg-Malmö biss, fiċ-ċirkustanzi deskritti hawn fuq, ikun hemm riskju għoli li sehem kbir mill-akkwist li jsir formalment għal dik ir-rotta u li jkun eżentat mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jista’ jintuża b’mod effettiv għar-rotot l-oħra fejn ma jeżisti l-ebda esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

    (221)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-NCA ma ssuġġeriet l-ebda eżenzjoni fuq bażi ta’ rotta b’rotta lanqas.

    Konklużjoni

    (222)

    Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, is-sejbiet tal-analiżi tas-suq elenkati fil-premessi 68 sa 221 jenħtieġ li jitqiesu bħala indikazzjoni tal-fatt li l-attività ta’ provvista ta’ servizzi ferrovjarji operati kummerċjalment mhijiex esposta għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġi stabbilit li d-Direttiva 2014/25/UE tibqa’ tapplika għal kuntratti maħsuba sabiex jippermettu t-twettiq ta’ dik l-attività fl-Iżvezja.

    4.3.   KUMMENTI FINALI

    (223)

    Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Diċembru 2019 sa Ġunju 2020 u fuq l-informazzjoni sottomessa mill-applikant, mill-Aġenzija Żvediża tat-Trasport u mill-NCA u fuq l-informazzjoni pubblikament disponibbli.

    (224)

    Peress li s-servizzi relatati mas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri operati kummerċjalment jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għad-Direttiva 2014/25/UE, huwa mfakkar li l-kuntratti ta’ akkwist li jkopru diversi attivitajiet għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva. Dan ifisser li, meta entità kontraenti tkun involuta f’akkwist “imħallat”, jiġifieri akkwist użat sabiex jingħata appoġġ għall-prestazzjoni kemm tal-attivitajiet eżentati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE kif ukoll tal-attivitajiet li mhumiex eżentati mill-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, huwa neċessarju li jitqiesu l-attivitajiet li għalihom ikun primarjament intiż il-kuntratt. F’każ ta’ tali akkwist imħallat, fejn il-fini ikun primarjament l-appoġġ tal-attivitajiet li mhumiex eżentati, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE. Meta jkun oġġettivament impossibbli li wieħed jiddetermina għal liema attività jkun primarjament intiż il-kuntratt, il-kuntratt għandu jingħata f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2014/25/UE.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2014/25/UE ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba sabiex jippermettu li jitwettqu attivitajiet relatati mal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri skont kuntratt ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku fit-territorju tal-Iżvezja.

    Artikolu 2

    Id-Direttiva 2014/25/UE għandha tkompli tapplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba sabiex jippermettu li jitwettqu attivitajiet relatati mal-provvista ta’ servizzi ferrovjarji kummerċjali tal-passiġġieri fit-territorju tal-Iżvezja.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Iżvezja.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Thierry BRETON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 94, 28.2.2014, p. 243.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1804 tal-10 ta’ Ottubru 2016 dwar ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 39).

    (3)  Ara t-Talba, il-paragrafu 30.

    (4)  Lag (2016:1146) om upphandling inom försörjningssektorerna.

    (5)  ĠU C 53 17.2.2020, p. 11.

    (6)  Ir-Rapport Annwali 2018 tal-Applikant, p. 4.

    (7)  Rapport Annwali 2018 tal-Applikant, p. 30.

    (8)  Ir-Rapport Annwali 2018 tal-Applikant, p. 22.

    (9)  Ir-Rapport Annwali 2018 tal-Applikant, p. 21.

    (10)  Id-Direttiva 2014/25/UE, il-premessa 44.

    (11)  Ibid.

    (12)  Il-kompetizzjoni minn modi tat-trasport oħra li mhumiex ferrovjarji, f’dan il-każ, b’mod partikolari, l-ivvjaġġar bix-xarabank u l-ivvjaġġar bl-ajru.

    (13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

    (14)  Is-Sentenza tas-27 ta’ April 2016, Österreichische Post AG vs Il-Kummissjoni, T-463/14, EU:T:2016:243, il-paragrafu 28. Ara wkoll il-premessa 44 tad-Direttiva 2014/25/UE.

    (15)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

    (16)  Id-Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 1).

    (17)  Il-Pożizzjoni tal-NCA, p. 4.

    (18)  L-Att dwar il-Ferroviji (2004:519).

    (19)  Il-Pożizzjoni tal-Aġenzija Żvediża tat-Trasport, p. 2.

    (20)  Il-Kawżi M.7897. Arriva Rail North/Northern Franchise, il-paragrafi 15 sa 18; M.5855 – DB/Arriva, il-paragrafi 64-69 u 131-133; M.5557 - SNCF-P/CDPQ/KEOLIS/EFFIA, il-paragrafu 17; M.7146 - Govia/Thameslink, Southern and Great Northern Passenger Rail Franchise, il-paragrafi 16 sa 19; M.4797 - Govia/West Midlands Passenger Rail Franchise, il-paragrafu 13.

    (21)  Il-Pożizzjoni tal-NCA, p. 7 u l-Pożizzjoni tal-Aġenzija Żvediża tat-Trasport, p. 2.

    (22)  L-opinjoni tal-Aġenzija Żvediża tat-Trasport, paġna 5.

    (23)  Ara l-Kawża AT.39678 – Deutsche Bahn I u AT.39731 – Deutsche Bahn II, il-paragrafu 33; M.5855 – DB/Arriva, il-paragrafi 126 - 130.

    (24)  Informazzjoni kunfidenzjali.

    (25)  It-Talba, il-paragrafu 39.

    (26)  AT.39678 – Deutsche Bahn I u AT.39731 – Deutsche Bahn II, il-paragrafu 33; M.2446 – Govia/Connex South Central, il-paragrafu 13; M.5855 – DB/Arriva, il-paragrafi 137 sa 140, M.5557 - SNCF-P/CDPQ/KEOLIS/EFFIA, il-paragrafi 32 sa 36.

    (27)  Ara M.6150 - Veolia Transport/Trenitalia/JV, il-paragrafi 26-34; M.5655 - SNCF/LCR/Eurostar, il-paragrafu 29, M.7011 SNCF/SNCB/Thalys, il-paragrafi 66-69, M.4797 - Govia/West Midlands Passenger Rail Franchise, il-paragrafu 12.

    (28)  Il-Kawża M.5855 DB/Arriva tal-11.8.2010, il-paragrafu 72.

    (29)  Il-Kawżi COMP AT.39678 u AT.39731, il-paragrafi 34 u 35; il-Kawża M.5855, il-paragrafi 159 u 160.

    (30)  Il-Kawża M.7011 SNCF/SNCB/Thalys JV, il-paragrafi 41-46.

    (31)  Il-Kawża M.7897 Arriva/Rail North/Northern Franchise, il-paragrafi 19 sa 23.

    (32)  Il-Pożizzjoni tal-NCA, p. 11.

    (33)  It-Talba, l-illustrazzjoni 6.

    (34)  It-Talba, l-illustrazzjoni 2.

    (35)  It-Talba, il-paragrafu 119.

    (36)  Il-Pożizzjoni tal-NCA, p. 11, u l-Anness 1 tal-pożizzjoni tal-NCA.

    (37)  Il-Pożizzjoni tal-NCA, il-paragrafu 3, fuq il-p. 13.

    (38)  Il-Pożizzjoni tal-NCA, p. 14.

    (39)  Il-pożizzjoni tal-NCA, p. 15.

    (40)  Il-pożizzjoni tal-NCA, p. 15.

    (41)  Il-pożizzjoni tal-NCA, p. 15.

    (42)  Il-pożizzjoni tal-NCA, p. 15.

    (43)  Il-Pożizzjoni tal-NCA, p. 17.

    (44)  It-Talba, il-paragrafu 176.

    (45)  Is-sottomissjoni tal-Applikant tal-4 ta’ Mejju 2020, il-paragrafu 4.

    (46)  Is-sottomissjoni tal-Applikant tal-4 ta’ Mejju 2020, il-paragrafu 4.

    (47)  Is-sottomissjoni tal-Applikant tal-4 ta’ Mejju 2020, il-paragrafu 30.

    (48)  Il-Pożizzjoni tal-NCA, p. 11.

    (49)  Is-sottomissjoni tal-Applikant tal-4 ta’ Ġunju 2020, il-paragrafu 15.


    Top