EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0963

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/963 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

ST/6198/2013/INIT

ĠU L 214, 6.7.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/963/oj

Related international agreement

6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/963

tas-26 ta’ Ġunju 2020

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra.

(2)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fi Brussell fit-12 ta’ Diċembru 2006.

(3)

It-Trattat li jirrigwarda l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

(4)

Protokoll li jemenda l-Ftehim hu meħtieġ sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Protokoll ġie ffirmat fit-18 ta’ Ġunju 2012.

(6)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(7)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. (3)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll (4), u jagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għal ’il-Komunità Ewropea’ jew għal ’il-Komunità’ fit-test tal-Ftehim u l-Protokoll, skont il-każ, għandhom jinqraw bħala referenzi għal ‘l-Unjoni Ewropea’ jew ‘l-Unjoni’.”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Kunsens tas-17 ta’ Ġunju 2020 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 57. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 605).

(3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fi ĠU L 200, 27.7.2012, p. 25, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top