This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0766
Council Decision (EU) 2020/766 of 8 June 2020 appointing the members and alternate members of the Committee of the Regions for the period from 1 February 2020 to 25 January 2025
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/766 tat-8 ta’ Ġunju 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/766 tat-8 ta’ Ġunju 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025
ST/7832/2020/INIT
ĠU L 187, 12.6.2020, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/766
tat-8 ta’ Ġunju 2020
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposti magħmula mill-Gvern Estonjan, Ċiprijott u dak Lussemburgiż,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li, jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali, inkella jkunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u għadd ugwali ta' membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta' ħames snin f'konformità mal-proposti magħmula minn kull Stat Membru. |
(3) |
Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta' Jannar 2020, jenħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda. |
(4) |
Fl-10 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), f'konformità mal-proposti magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025, il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek, Daniż, Estonjan, Ċiprijott, Latvjan, Lussemburgiż, Netherlandiż, Awstrijak, Rumen, Sloven, Slovakk u dak Żvediż. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 ħatret ukoll għall-istess perijodu tliet membri proposti mill-Gvern Belġjan, 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Irlandiż, 16-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, 10 membri u 14-il membru supplenti proposti mill-Gvern Taljan, erba' membri u erba' membri supplenti proposti mill-Gvern Malti u tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Finlandiż. |
(5) |
Fl-20 ta' Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (3), f'konformità mal-proposti magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025, lill-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Grieg, Franċiż, Kroat, Litwan, Ungeriż u dak Portugiż, kif ukoll erba' membri u erba' membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan, membru wieħed propost mill-Gvern Bulgaru, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Irlandiż, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Spanjol, 14-il membru u 10 membri supplenti proposti mill-Gvern Taljan u 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk. |
(6) |
Fit-3 ta' Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/144 (4), f'konformità mal-proposti magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025, erba' membri u erba' membri supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, kif ukoll membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Finlandiż. |
(7) |
Fis-26 ta' Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/511 (5), f'konformità mal-proposti magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025, ħames membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan, membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Ġermaniż u membru wieħed propost mill-Gvern Malti. |
(8) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/852 dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tqieset li terġa' ssib il-bilanċ fl-allokazzjoni tas-siġġijiet li kien jeżisti qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/930/UE (6), u għal dak il-għan id-Deċiżjoni (UE) 2019/852 żdiedet b'wieħed l-għadd ta' membri u ta' membri supplenti allokati individwalment lill-Estonja, lil Ċipru u lil-Lussemburgu. Dik il-kompożizzjoni ġdida kellha tapplika biss f'każ ta' ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Peress li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni sar legalment effettiv fl-1 ta' Frar 2020, minn dik id-data l-għadd ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni huwa dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/852. Konsegwentement, il-Gvern Estonjan, Ċiprijott u dak Lussemburgiż huma intitolati li jipproponu membru addizzjonali wieħed u membru supplenti addizzjonali wieħed. |
(9) |
Il-Gvern Estonjan, Ċiprijott u dak Lussemburgiż ipproponew il-kandidati tagħhom għas-siġġijiet tal-membri addizzjonali u tal-membri supplenti tagħhom. Dawk il-membri u l-membri supplenti jenħtieġ li jinħatru għall-perijodu mill-1 ta' Frar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b'mod retroattiv mill-1 ta' Frar 2020, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta' Frar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025:
— |
bħala membri, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness I; |
— |
bħala membri supplenti, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness II. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2020.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta' Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta' Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta' Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/511 tas-26 ta' Marzu 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025 (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 18).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/930/UE tas-16 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 143).
ANNESS I
ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - PRILOG I - ALLEGATO I - I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I - ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I
Членове / Miembros / Členové / Medlemmer / Mitglieder / Liikmed / Μέλη / Members / Membres / Članovi / Membri / Locekļi / Nariai / Tagok / Membri / Leden / Członkowie / Membros / Membri / Členovia / Člani / Jäsenet / Ledamöter
EESTI
Mr Juri GOTMANS
Member of a Local Assembly: Võru City Council
ΚYΠΡΟΣ
Mr Christakis MELETIES
President of the Community Council of Kokkinotrimithia
LUXEMBOURG
Mr Gusty GRAAS
Member of a Local Assembly: Conseil communal de la commune de Bettembourg
ANNESS II
ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IΙ - ANNEX II - ANNEXE II - PRILOG II - ALLEGATO II - II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II - ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II
Заместник-членове / Suplentes / Náhradníci / Suppleanter / Stellvertreter / Asendusliikmed / Αναπληρωτές / Alternate members / Suppléants / Zamjenici članova / Supplenti / Aizstājēji / Pakaitiniai nariai / Póttagok / Membri Supplenti / Plaatsvervangers / Zastępcy członków / Suplentes / Supleanți / Náhradníci / Nadomestni člani / Varajäsenet / Suppleanter
EESTI
Mr Kurmet MÜÜRSEPP
Representative of a local body with political accountability to an elected Assembly: Antsla Rural Municipality Council
ΚYΠΡΟΣ
Mr Panayiotis VASILIOU
President of the Community Council of Mazotos, Larnaca
LUXEMBOURG
Mr Vincent REDING
Member of a Local Assembly: Conseil communal de la commune de Weiler-la-Tour