Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0650

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/650 tas-8 ta’ Mejju 2020 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/7305/2020/INIT

ĠU L 153, 15.5.2020, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/650/oj

15.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/650

tas-8 ta’ Mejju 2020

li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Estonjan,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, fl-20 ta’ Jannar 2020, fit-3 ta’ Frar 2020 u fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2019/2157 (1), (UE) 2020/102 (2), (UE) 2020/144 (3) u (UE) 2020/511 (4) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu ta’ bejn is-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan is-Sur Siim SUURSILD (Representative of a local body with political accountability to an elected Assembly: Pärnu City Council) ġie propost,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2025:

Is-Sur Siim SUURSILD, Member of a Local Assembly: Pärnu City Council (bidla tal-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-8 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/511 tas-26 ta’ Marzu 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 18).


Top