Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0255

    Deċiżjoni Tal-Kunsill (UE) 2020/255 tas-17 ta’ Frar 2020 dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    ST/11033/2019/REV/1

    ĠU L 55, 26.2.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/255/oj

    Related international agreement

    26.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 55/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/255

    tas-17 ta’ Frar 2020

    dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1152 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (il-“Ftehim”) ġie ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

    (2)

    L-objettiv tal-Ftehim huwa li jġib il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn 27 Stat Membru u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

    (3)

    Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 6(1) tal-Ftehim. (4)

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Approvazzjoni tal-15 ta’ Jannar 2020 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1152 tas-26 ta’ Ġunju 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (ĠU L 210, 21.8.2018, p. 1).

    (3)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top