Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0209

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/209 tal-14 ta’ Frar 2020 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja (notifikata bid-dokument C(2020) 962) (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/962

    ĠU L 43, 17.2.2020, p. 74–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/04/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/209/oj

    17.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 43/74


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/209

    tal-14 ta’ Frar 2020

    li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja

    (notifikata bid-dokument C(2020) 962)

    (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista’ jkollu impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi.

    (2)

    F’każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered lejn azjendi oħrajn tal-ħnieżer u fil-ħnieżer selvaġġi. B’hekk, jista’ jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-każ ta’ tifqigħat ta’ dik il-marda, fejn iridu japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva.

    (4)

    Wara li faqqa’ d-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-unità reġjonali ta’ Serres fil-Greċja, dak l-Istat Membru għarraf lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni fit-territorju tiegħu fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbilixxa żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmijin fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva.

    (5)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/181 (4) ġiet adottata wara li ġew stabbiliti ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Greċja, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE.

    (6)

    Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/181 ’l hawn, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-Greċja ma komplietx tevolvi fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-unità reġjonali ta’ Serres u, għaldaqstant, il-Greċja implimentat il-miżuri ta’ kontroll meħtieġa u ġabret data ta’ sorveljanza addizzjonali.

    (7)

    Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati l-ostakoli għall-kummerċ mhux ġustifikati imposti mill-pajjiżi terzi, jeħtieġ li, fil-livell tal-Unjoni, jiġu deskritti ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja, f’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. Dawn iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jqisu x-xenarju epidemjoloġiku attwali f’dak l-Istat Membru.

    (8)

    Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Greċja jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tiġi stabbilita d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni.

    (9)

    Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/181 jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Greċja għandha tiżgura li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jkunu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/181 hija mħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ April 2020.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/181 tas-7 ta’ Frar 2020 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja (ĠU L 37, 10.2.2020, p. 8).


    ANNESS

    Il-Greċja

    Żoni kif imsemmijin fl-Artikolu 1

    Data sa meta huma applikabbli

    Iż-żona ta’ protezzjoni

    Municipality of Visaltias (Serres Regional Unit)

    Is-6 ta’ April 2020

    Iż-żona ta’ sorveljanza

    In Thessaloniki Regional Unit:

    Municipality of Lagada,

    Municipality of Volvis.

    In Serres Regional Unit:

    Munipality of Iraklia,

    Municipality of Serron,

    Municipality of Amfipolis,

    Municipality of Emmanouil Pappa,

    Municipality of Neas Zichnis.

    Is-6 ta’ April 2020


    Top