EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32020D0144

Deċiżjoni Tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjunigħall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025

ST/5485/2020/INIT

ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16-19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Statutul juridic al documentului care este în vigoare

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/144/oj

4.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/144

tat-3 ta’ Frar 2020

li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjunigħall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti magħmula mill-Gvern Spanjol u l-Gvern Finlandiż,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u numru ugwali ta’ membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ ħames snin skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta’ Jannar 2020, jenħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda.

(4)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2). Dik id- Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek, Daniż, Estonjan, Ċiprijott, Latvjan, Lussemburgiż, Netherlandiż, Awstrijak, Rumen, Sloven, Slovakk u dak Żvediż. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 ħatret ukoll għall-istess perijodu tliet 3 membri proposti mill-Gvern Belġjan, 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Irlandiż, 16-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Spanjol,, 10 membri u 14-il membru supplenti proposti mill-Gvern Taljan, 4 membri u 4 membri supplenti proposti mill-Gvern Malti u 8 membri u 8 membri supplenti proposti mill-Gvern Finlandiż. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel il-15 ta’ Novembru 2019 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2019/2157.

(5)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (3). Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu, mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, lill-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Grieg, Franċiż, Kroat, Litwan, Ungeriż u dak Portugiż, kif ukoll erba’ 4 membri u erba’ 4 membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan, membru wieħed propost mill-Gvern Bulgaru, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Irlandiż, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Spanjol, 14-il membru u 10 membri supplenti proposti mill-Gvern Taljan u 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel l-20 ta’ Diċembru 2019 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2020/102.

(6)

Spanja u l-Finlandja pproponew il-kandidati tagħhom għas-siġġijiet tal-membri u l-membri supplenti tagħhom li fadal. Dawk il-membri u l-membri supplenti jenħtieġ li jinħatru għall-perijodu ta’ mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b’mod retroattiv mis-26 ta’ Jannar 2020.

(7)

Il-ħatra tal-membri u l-membri supplenti l-oħrajn li għalihom għad ma ġewx ikkomunikati proposti lill-Kunsill ser issir fi stadju aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025:

bħala membri, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness I;

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness II.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mis-26 ta’ Jannar 2020.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).


ANNESS I

ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - PRILOG I - ALLEGATO I - I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I - ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA -

Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter

ESPAÑA

Mr Jorge Antonio AZCÓN NAVARRO

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Zaragoza

Mr Abel Ramón CABALLERO ÁLVAREZ

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Vigo (Pontevedra)

Mr Juan ESPADAS CEJAS

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Sevilla

Mr José María GARCÍA URBANO

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Estepona (Málaga)

SUOMI

Mr Bert HÄGGBLOM

Member of a Regional Assembly: the Parliament of Åland


ANNESS II

ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙΙ - ANNEX II - ANNEXE II - PRILOG II - ALLEGATO II - II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II - ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II

Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/

ESPAÑA

Mr José Francisco BALLESTA GERMÁN

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Murcia

Mr Manuel GARCÍA FÉLIX

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de La Palma del Condado (Huelva)

Mr Carlos MARTÍNEZ MÍNGUEZ

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Soria

Ms Lidia MUÑOZ CÁCERES

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Sant Feliu de Llobregat (Barcelona)

SUOMI

Ms Annette BERGBO

Member of a Regional Assembly: the Parliament of Åland


Sus