This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0138
Decision (EU) 2020/138 of the European Central Bank of 22 January 2020 on the paying-up of the European Central Bank’s capital by the national central banks of Member States whose currency is the euro and repealing Decision (EU) 2019/44 (ECB/2020/4)
Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2020/4)
Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2020/4)
ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023; Imħassar b' 32023D2819
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32018D0028 | 01/02/2020 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32020D0138R(01) | (SL) | |||
Repealed by | 32023D2819 | 01/01/2024 |
1.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 27/6 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/138 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2020
dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2020/4)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 28.3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/28) (1) iddeterminat kif u sa fejn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) kienu obbligati jħallsu l-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mill-1 ta’ Jannar 2019. |
(2) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) issottometta n-notifika tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data wara d-data msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 tal-Kunsill Ewropew (2). Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropew, il-Bank of England (BoE) ma jibqax ikun bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru, u b’hekk tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/3) (3) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE (iktar ’il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 u l-Artikolu 29.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 il-ponderazzjonijiet il-ġodda allokati lill-BĊNi fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar ’il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”). |
(3) |
L-aġġustament tal-iskema tal-kapital tal-BĊE ikkawżat mill-fatt li l-BoE ma jibqax bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru jeżiġi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2018/28) b’effett mill-1 ta’ Frar 2020, u jiddetermina kif, u sa fejn, il-BĊNi taż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Frar 2020. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ammont u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas
1. Meta jiġu kkunsidrati l-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/137 (BĊE/2020/3), kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jkollu, b’effett mill-1 ta’ Frar 2020, sehem mill-kapital sottoskritt fl-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:
BĊN taż-żona tal-euro |
EUR |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
320 744 959,47 |
Deutsche Bundesbank |
2 320 816 565,68 |
Eesti Pank |
24 800 091,20 |
Central Bank of Ireland |
149 081 997,36 |
Bank of Greece |
217 766 667,22 |
Banco de España |
1 049 820 010,62 |
Banque de France |
1 798 120 274,32 |
Banca d’Italia |
1 495 637 101,77 |
Central Bank of Cyprus |
18 943 762,37 |
Latvijas Banka |
34 304 447,40 |
Lietuvos bankas |
50 953 308,28 |
Banque centrale du Lussemburgu |
29 000 193,94 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
9 233 731,03 |
De Nederlandsche Bank |
515 941 486,95 |
Oesterreichische Nationalbank |
257 678 468,28 |
Banco de Portugal |
206 054 009,57 |
Banka Slovenije |
42 390 727,68 |
Národná banka Slovenska |
100 824 115,85 |
Suomen Pankki |
161 714 780,61 |
2. Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jħallas is-sottoskrizzjoni sħiħa tiegħu fil-kapital tal-BĊE b’pagamenti parzjali kif stipulat fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas is-sehem sħiħ tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Jannar 2020 taħt id-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2018/28), kull wieħed minnhom għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1. Dawn it-trasferimenti għandhom isiru minn kull BĊN taż-żona tal-euro fi tliet pagamenti parzjali. L-ewwel pagament parzjali mill-BĊNi taż-żona tal-euro għandu jsir fl-1 ta’ Frar 2020, u jammonta għal total ta’ EUR 47 539 371,66. Iż-żewġ pagamenti parzjali li jifdal, li jammontaw għal totali ta’ EUR 610 088 603,17 u EUR 610 088 603,05 rispettivament, għandhom isiru fl-2021 u fl-2022.
2. It-trasferimenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/5) (4).
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.
2. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2018/28) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2018/28) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/61 u tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (BĊE/2018/28) (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 180).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278 l, 30.10.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3) (ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2020/5) (ara paġna 9 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).