This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0120
Council Decision (CFSP) 2020/120 of 28 January 2020 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/120 tat-28 ta’ Jannar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/120 tat-28 ta’ Jannar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/15148/2019/INIT
ĠU L 22I, 28.1.2020, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014D0145 | Żieda | anness Test | 28/01/2020 |
28.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 22/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/120
tat-28 ta’ Jannar 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
Wara li ġew organizzati, mill-Federazzjoni Russa, l-hekk imsejħa "elezzjonijiet lokali" fit-8 ta’ Settembru 2019 fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol fl-Ukrajna, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu seba’ persuni mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“184. |
Sergei Andreevich DANILENKO (Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 14.3.1960 Post tat-twelid: Krasnodar (eks USSR) |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
185. |
Lidia Aleksandrovna BASOVA (Лидия Александровна БАСОВА) / Lidiya Oleksandrivna BASOVA (Лiдiя Олександрiвна БАСОВА) |
Sess: mara Data tat-twelid: 1972 Post tat-twelid: Mhux magħruf |
Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
186. |
Ekaterina Eduardovna PYRKOVA (Екатерина Эдуардовна ПЫРКОВА)/ Kateryna Eduardivna PYRKOVA (Катерина Едуардiвна ПИРКОВА) |
Sess: mara Data tat-twelid: 22.8.1967 Post tat-twelid: Sevastopol (eks USSR) Mhux magħruf |
Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
187. |
Ekaterina Borisovna ALTABAEVA (Екатерина Борисовна АЛТАБАЕВА) / Kateryna Borysivna ALTABAEVA (Катерина Борисiвна АЛТАБАЄВА) |
Sess: mara Data tat-twelid: 27.5.1956 Post tat-twelid: Uglich (eks USSR) |
Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
188. |
Yuriy Mikhailovich GOTSANYUK / Yuriy Mikhailovich GOTSANIUK (Юрий Михайлович ГОЦАНЮК) / Iurii Mykhailovych HOTSANIUK (Юрiй Михайлович ГОЦАНЮК) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 18.7.1966 Post tat-twelid: Novaya Derevnya / Nove Selo (eks USSR) |
Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
189. |
Vladimir Vladimirovich NEMTSEV (Владимир Владимирович НЕМЦЕВ)/ Volodymyr Volodymyrovych NEMTSEV (Володимир Володимирович НЄМЦЕВ) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 15.11.1971 Post tat-twelid: Sevastopol (eks USSR) |
President tal-hekk imsejħa “Assemblea Leġislattiva” tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri fil-Federazzjoni Russa tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
190. |
Mikhail Vladimirovich RAZVOZHAEV (Михаил Владимирович РАЗВОЖАЕВ) / Mykhailo Volodymyrovich RAZVOZHAEV (Михайло Володимирович РАЗВОЖАЄВ) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 30.12.1980 Post tat-twelid: Krasnoyarsk (eks USSR) |
L-hekk imsejjaħ "aġent Gvernatur" tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020”. |