EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2017

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/1807

ĠU L 315, 5.12.2019, p. 134–154 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2017/oj

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/134


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2017

tal-11 ta’ Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar jew tar-riklassifikazzjoni tat-tikkettar ta’ gruppi ta’ prodotti li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, fejn rilevanti, riżorsi oħra.

(2)

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (2).

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016)773 final (3) (pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn) stabbilit mill-Kummissjoni bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. Il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għat-twettiq ta’ studji preparatorji u għall-adozzjoni eventwali ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, kif ukoll għar-rieżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (5) u tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010.

(4)

Il-miżuri tal-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom potenzjal stmat li jwasslu għal total ta’ aktar minn 260 Twh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030, li huwa ekwivalenti għal tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. Il-grupp tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi huwa fost il-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma, b’iffrankar stmat annwali ta’ elettriku ta’ 2,1 TWh, li jwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ 0,7 Mt CO2 ek/sena, u ffrankar stmat ta’ ilma ta’ 16-il miljun m3 fl-2030.

(5)

Il-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi huma wieħed mill-gruppi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 11(5)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1369 li għalih il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta att delegat biex tiġi introdotta tikketta b’riklassifikazzjoni minn A sa G.

(6)

Il-Kummissjoni rieżaminat ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 skont kif jeżiġi l-Artikolu 7 tal-istess Regolament u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi kif ukoll l-impatt tal-imġiba tal-utent. L-eżami mill-ġdid sar b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u l-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(7)

Ir-rieżami kkonkluda li kien jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti riveduti dwar it-tikkettar tal-enerġija għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi.

(8)

Il-magni tal-ħasil tal-platti mhux domestiċi għandhom karatteristiċi u użi distinti. Dawn huma soġġetti għal regolamentazzjoni oħra, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u m’għandhomx jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi għandu japplika għal magni tal-ħasil tal-platti li għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi, irrispettivament mill-kuntest li fih ikunu qed jintużaw.

(9)

L-aspetti ambjentali tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija u tal-ilma fil-fażi tal-użu, il-ġenerazzjoni tal-iskart fi tmiem il-ħajja, l-emissjonijiet fl-arja u l-ilma fil-fażi tal-produzzjoni minħabba l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima u fil-fażi tal-użu minħabba l-konsum tal-enerġija elettrika.

(10)

Mir-rieżami, jidher li l-konsum tal-elettriku u tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi jista’ jkompli jitnaqqas permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri dwar it-tikketta tal-enerġija li jiffokaw fuq divrenzjar aħjar bejn il-prodotti. Dan għandu jagħti inċentiv lill-fornituri biex ikomplu jtejbu l-effiċjenza enerġetika u l-effiċjenza tar-riżorsi tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi filwaqt li jħaffu t-trasformazzjoni tas-suq lejn teknoloġiji iktar effiċjenti.

(11)

It-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati favur apparat b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla. Il-fehim u r-rilevanza tal-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta ġew ikkonfermati permezz ta’ stħarriġ speċifiku tal-konsumaturi f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(12)

Il-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi li jintwerew fil-fieri kummerċjali jenħtieġ li jkollhom it-tikketta tal-enerġija jekk l-ewwel unità tal-mudell tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew tkun qed titqiegħed fis-suq permezz tal-fiera.

(13)

Il-parametri rilevanti tal-prodott jenħtieġ li jitkejlu permezz ta’ metodi affidabbli, akkurati u riproduċibbli. Dawn il-metodi jenħtieġ li jqisu l-metodi ta’ kejl tal-iktar teknoloġiji riċenti ġeneralment rikonoxxuti, inklużi, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(14)

Filwaqt li tiġi rikonoxxuta ż-żieda fil-bejgħ ta’ prodotti relatati mal-enerġija permezz ta’ web-stores u pjattaformi ta’ bejgħ fuq l-Internet, aktar milli direttament mingħand il-fornituri, għandu jiġi ċċarat li l-fornituri ta’ servizzi tal-web-stores u tal-pjattaformi ta’ bejgħ fuq l-Internet għandhom ir-responsabbiltà li juru t-tikketta pprovduta mill-fornitur qrib il-prezz. Huma għandhom jinformaw lill-fornitur dwar dan l-obbligu, iżda ma għandhomx ikunu responsabbli mill-eżattezza jew mill-kontenut tat-tikketta u mill-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti. Madankollu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) dwar il-kummerċ elettroniku, dawn il-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet għandhom jaġixxu mingħajr dewmien biex ineħħu jew iwaqqfu l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-prodott inkwistjoni jekk ikunu konxji tan-nuqqas ta’ konformità (eż. tikketta jew skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott li jkunu nieqsa, mhux kompluti jew mhux korretti) pereżempju jekk ikunu ġew informati mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Il-fornituri li jbigħu direttament lill-utenti aħħarin permezz tas-sit web tagħhom stess għandhom l-obbligi tan-negozjanti ta’ bejgħ mill-bogħod imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv u mal-esperti tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(16)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 jenħtieġ li jitħassar.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u għall-forniment ta’ informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi li jaħdmu bil-mejns tal-elettriku, inklużi magni tal-ħasil tal-platti domestiċi inkorporati u magni tal-ħasil tal-platti domestiċi li jaħdmu bil-mejns tal-elettriku li jistgħu jitħaddmu wkoll permezz tal-batteriji.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

magni tal-ħasil tal-platti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE;

(b)

magni tal-ħasil tal-platti domestiċi li jaħdmu bil-batteriji u li jistgħu jitqabbdu mal-mejns tal-elettriku permezz ta’ konvertitur AC/DC li jinxtara separatament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volt ta’ kurrent alternat b’50 Hz;

(2)

“magna tal-ħasil tal-platti domestika” tfisser magna li tnaddaf u tlaħlaħ pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda, u li fid-Dikjarazzjoni tal-Konformità hija ddikjarata mill-manifattur li hija konformi mad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(3)

“magna tal-ħasil tal-platti domestika inkorporata” tfisser magna tal-ħasil tal-platti domestika li tkun iddisinjata, ittestjata u kkummerċjalizzata b’mod esklussiv:

(a)

biex tiġi installata f’kabinett jew imdawwra (minn fuq, taħt u l-ġnub) b’pannelli;

(b)

biex titwaħħal sod mal-ġnub, mal-parti ta’ fuq jew mal-parti ta’ taħt ta’ kabinett jew ma’ pannelli; u

(c)

biex tkun mgħammra b’wiċċ integrali b’finitura tal-fabbrika jew b’pannell frontali magħmul għall-esiġenzi tal-individwu.

(4)

“punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn il-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi jitpoġġew għall-wiri jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtraw bin-nifs.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-finijiet tal-annessi.

Artikolu 3

Obbligi tal-fornituri

1.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a)

kull magna tal-ħasil tal-platti domestika jkollha magħha tikketta stampata fil-format stabbilit fl-Anness III;

(b)

il-parametri tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti;

(c)

jekk speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata;

(d)

il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti;

(e)

kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika, ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII u l-Anness VIII;

(f)

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika, inkluż fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tagħha jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

(g)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III hija disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika;

(h)

skeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V għandha tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika.

2.   Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja huma definiti fl-Anness II u għandhom jiġu kkalkolati skont l-Anness IV.

Artikolu 4

Obbligi tan-negozjanti

In-negozjanti għandhom jiżguraw li:

(a)

kull magna tal-ħasil tal-platti domestika, fil-punt tal-bejgħ, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollha t-tikketta mogħtija mill-fornituri skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 3, u li għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi inkorporati t-tikketta tintwera b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar, filwaqt li għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi l-oħra kollha b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra ta’ quddiem jew ta’ fuq tal-magna tal-ħasil tal-platti domestika;

(b)

fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott jingħataw skont l-Annessi VII u VIII;

(c)

kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika, ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

(d)

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika, inkluż fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tagħha jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII.

Artikolu 5

Obbligi fuq il-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet

Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ magni tal-ħasil tal-platti domestiċi fuq is-sit tal-Internet tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu tad-displej skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjant bl-obbligu li jurihom.

Artikolu 6

Metodi ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

Artikolu 8

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2025.

B’mod partikolari, dan ir-rieżami għandu jivvaluta dan li ġej:

(a)

il-potenzjal ta’ titjib fir-rigward tal-konsum tal-enerġija, tal-prestazzjoni operattiva u dik ambjentali tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi;

(b)

l-effikaċja tal-miżuri eżistenti biex jiksbu bidliet fl-imġiba tal-utent aħħari fix-xiri ta’ apparat b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla u ta’ programmi b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla;

(c)

il-possibbiltà li jiġu indirizzati objettivi relatati mal-ekonomija ċirkolari.

Artikolu 9

Tħassir

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.

Artikolu 10

Miżuri tranżizzjonali

Minn mill-25 ta’ Diċembru 2019 sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda tal-prodott meħtieġa skont il-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1059/2010 tista’ tiġi magħmula disponibbli permezz tal-bażi tad-data tal-prodotti minflok ma tiġi pprovduta fil-forma stampata mal-prodott. F’dan il-każ il-fornitur għandu jiżgura li jekk jiġi speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 10 għandu jibda japplika mill-25 ta’ Diċembru 2019 u l-punt 1(a), (b) u (c) tal-Artikolu 3 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn 2016-2019 (COM(2016)773 final, Brussell, 30.11.2016).

(4)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 31).

(6)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(8)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(10)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-annessi

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” (EEI) tfisser il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija tal-programm “eco” għall-konsum tal-enerġija tal-programm standard;

(2)

“Konsum tal-enerġija tal-programm “eco”” (EPEC) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika għall-programm “eco”, espress f’kilowatts fis-siegħa għal kull ċiklu;

(3)

“Konsum tal-enerġija tal-programm standard” (SPEC) tfisser il-konsum tal-enerġija meħud bħala referenza bħala funzjoni tal-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-platti domestika, espress f’kilowatts fis-siegħa għal kull ċiklu;

(4)

“programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet definiti minn qabel u ddikjarati mill-fornitur bħala xierqa għal livelli speċifikati ta’ ħmieġ jew tipi ta’ tagħbija, jew it-tnejn;

(5)

“ċiklu” tfisser proċess sħiħ ta’ tindif, tlaħliħ u tnixxif, kif definit mill-programm magħżul, li jikkonsisti minn serje ta’ operazzjonijiet sakemm tieqaf l-attività kollha;

(6)

“kodiċi ta’ rispons rapidu (Kodiċi QR - Quick Response)” tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;

(7)

“sett individwali” (ps) tfisser sett ta’ oġġetti tal-mejda għal użu minn persuna waħda, li ma jinkludix utensili biex jiġi servut l-ikel;

(8)

“utensili biex jiġi servut l-ikel” tfisser oġġetti għall-preparazzjoni tal-ikel u biex jiġi servut l-ikel, li jistgħu jinkludu borom, skutelli, pużati biex jiġi servut l-ikel u platter;

(9)

“kapaċità nominali” tfisser l-għadd massimu ta’ settijiet individwali flimkien mal-utensili biex jiġi servut l-ikel, li jista’ jiġi mnaddaf, imlaħlaħ u mnixxef f’magna tal-ħasil tal-platti domestika f’ċiklu meta jiġi mgħobbi skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

(10)

“Konsum tal-ilma tal-programm “eco”” (EPWC) tfisser il-konsum tal-ilma ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika għall-programm “eco”, espress f’litri għal kull ċiklu;

(11)

“indiċi tal-prestazzjoni tat-tindif” (IC) tfisser il-proporzjon tal-prestazzjoni tat-tindif ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika għall-prestazzjoni tat-tindif ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika ta’ referenza;

(12)

“indiċi tal-prestazzjoni tat-tnixxif” (ID) tfisser il-proporzjon tal-prestazzjoni tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika għall-prestazzjoni tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika ta’ referenza;

(13)

“durata tal-programm” (Tt) tfisser it-tul ta’ ħin, li jibda fil-bidu tal-programm magħżul, eskluż kwalunkwe dewmien programmat mill-utent, sakemm jiġi indikat tmiem il-programm u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija;

(14)

“eco” tfisser l-isem tal-programm ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika ddikjarat mill-manifattur bħala adattat għat-tindif ta’ oġġetti tal-mejda li ma jkunux maħmuġin aktar min-normal, u li għalih tirrelata l-informazzjoni fuq it-tikketta tal-enerġija u fl-iskeda informattiva dwar il-prodott;

(15)

“modalità mitfi” tfisser kundizzjoni meta l-magna tal-ħasil tal-platti domestika tkun imqabbda mal-mejns tal-elettriku u ma tkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; il-kundizzjonijiet li ġejjin ukoll għandhom jitqiesu bħala kundizzjonijiet ta’ modalità mitfi:

(a)

kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ modalità mitfi;

(b)

kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonijiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(16)

“modalità standby” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tal-ħasil tal-platti domestika tkun imqabbda mal-mejns tal-elettriku, u tkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal żmien indefinit:

(a)

funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni biss ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni attivata, u/jew

(b)

funzjoni ta’ riattivazzjoni permezz ta’ konnessjoni ma’ netwerk; u/jew

(c)

displej ta’ informazzjoni jew tal-istatus, u/jew

(d)

funzjoni ta’ detezzjoni għal miżuri ta’ emerġenza;

(17)

“netwerk” tfisser infrastruttura ta’ komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);

(18)

“bidu differit” tfisser kundizzjoni fejn l-utent ikun għażel dewmien speċifikat għall-bidu taċ-ċiklu ta’ programm magħżul;

(19)

“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-fornitur lill-konsumatur biex:

(a)

jirrimborża l-prezz imħallas; jew

(b)

jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġja l-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi fi kwalunkwe mod jekk dawn ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti;

(20)

“mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrins tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti;

(21)

“displej ta’ immaġni f’oħra” tfisser kwalunkwe interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-data billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-data ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-data l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-data l-ieħor fuq l-iskrin tattili;

(22)

“skrin tattili” tfisser skrin li jirrispondi għall-mess, bħall-iskrin ta’ tablets, ta’ kompjuters tat-tip slate jew ta’ smartphones;

(23)

“test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista’ jtella’ l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b’sinteżi tal-vuċi.


(1)  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).


ANNESS II

A.   Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) kif stabbilit fit-Tabella 1.

L-EEI ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika

A

EEI < 32

B

32 ≤ EEI < 38

C

38 ≤ EEI < 44

D

44 ≤ EEI < 50

E

50 ≤ EEI < 56

F

56 ≤ EEI < 62

G

EEI ≥ 62

B.   Klassijiet tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja

Il-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja kif stabbilit fit-Tabella 2.

Tabella 2

Klassijiet tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja

Klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja

Storbju (dB(A)

A

n < 39

B

39 ≤ n < 45

C

45 ≤ n < 51

D

51 ≤ n


ANNESS III

Tikketta

1.   TIKKETTA

Image 1

It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.

kodiċi QR;

II.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV.

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont il-punt A tal-Anness II;

VI.

il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco” (EPEC) f’kWh għal kull 100 ċiklu, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII.

kapaċità nominali f’settijiet individwali, għall-programm “eco”;

VIII.

il-konsum tal-ilma tal-programm “eco” (EPWC) f’litri/ċiklu, imqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

IX.

id-durata tal-programm “eco” f’s:min, imqarrba sal-eqreb minuta;

X.

l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, u l-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja, iddeterminati skont il-punt B tal-Anness II;

XI.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2017.

2.   DISINN TAT-TIKKETTA

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif indikat fid-disinn hawn taħt.

Image 2

Fejn:

(a)

it-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq;

(b)

l-isfond tat-tikketta għandu jkun abjad 100 %;

(c)

it-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri;

(d)

id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi;

(e)

il-kuluri għandhom ikunu CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed, bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % magenta, 100 % isfar, 0 % iswed;

(f)

it-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika t’hawn fuq):

Image 3

il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

l-isfond: 100,80,0,0;

l-istilel: 0,0,100,0;

Image 4

il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

Image 5

il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

Image 6

l-isem tal-fornitur għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Bold, 9 pt;

Image 7

l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 9 pt;

Image 8

il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:

l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % bl-abjad u b’tipa grassa Calibri, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li tinsab 4,5 mm mill-ġenb tax-xellug tal-vleġeġ;

il-kuluri tal-vleġeġ tal-klassifikazzjoni A sa G għandhom ikunu kif ġej:

Klassi-A: 100,0,100,0;

Klassi-B: 70,0,100,0;

Klassi-C: 30,0,100,0;

Klassi-D: 0,0,100,0;

Klassi-E: 0,30,100,0;

Klassi-F: 0,70,100,0;

Klassi-G: 0,100,100,0;

Image 9

id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt, u kulur 100 % iswed;

Image 10

l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % bl-abjad u b’tipa grassa Calibri, 33 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fil-klassifikazzjoni A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, li għandu jkun 100 % iswed;

Image 11

il-valur tal-konsum tal-enerġija tal-programm “eco” għal kull 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 28 pt; “kWh” għandha tkun b’tipa Verdana Regular, 18 pt; in-numru “100” fil-pittogramma li jirrappreżenta 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Regular, 14 pt. Il-valur u l-unità għandhom ikunu ċċentrati, u bl-iswed 100 %;

Image 12

il-pittogrammi għandhom ikunu kif muri fid-disinji tat-tikketta u kif ġej:

il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu bl-iswed 100 %;

it-testi ta’ taħt il-pittogrammi għandhom ikunu b’tipa Verdana Bold, 16 pt, u l-unità b’tipa Verdana Regular, 12 pt, u dawn għandhom ikunu ċċentrati taħt il-pittogrammi;

il-pittogramma tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: in-numru ta’ decibels fil-loudspeaker għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 12 pt, u l-unità “dB” b’tipa Verdana Regular, 9 pt; il-firxa tal-klassijiet tal-istorbju (A sa D) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, bl-ittra tal-klassi tal-istorbju applikabbli b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-istorbju b’tipa Verdana Regular, 10 pt;

Image 13

in-numru tar-regolament għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 6 pt.


ANNESS IV

Metodi tal-kejl u kalkoli

Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz ta’ metodi oħra affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ġeneralment rikonoxxuti tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin.

Il-konsum tal-enerġija, l-EEI, il-konsum tal-ilma, id-durata tal-programm, il-prestazzjoni tat-tindif u tat-tnixxif u l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ mudell ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika għandhom jitkejlu u/jew jiġi kkalkulati bl-użu tal-programm “eco” bil-magna tal-ħasil tal-platti domestika mgħobbija bil-kapaċità nominali. Il-konsum tal-enerġija, il-konsum tal-ilma, id-durata tal-programm, u l-prestazzjoni tat-tindif u tat-tnixxif għandhom jitkejlu fl-istess ħin.

L-EPWC jiġi espress f’litri għal kull ċiklu u jitqarreb sa pożizzjoni deċimali waħda.

Id-durata tal-programm “eco” (Tt) hija espressa f’sigħat u minuti, imqarrba sal-eqreb minuta.

L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja jitkejlu f’dB(A) re 1 pW u jiġu mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.

1.   INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

Għall-kalkolu tal-EEI ta’ mudell ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika, l-EPEC tal-magna tal-ħasil tal-platti domestika jiġi mqabbel mal-SPEC tagħha.

(a)

L-EEI jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb sa pożizzjoni deċimali waħda:

EEI = (EPEC/SPEC) × 100

fejn:

L-EPEC huwa l-konsum tal-enerġija tal-programm “eco” tal-magna tal-ħasil tal-platti domestika, imkejjel f’kWh/ċiklu, imqarreb sa tliet pożizzjonijiet deċimali;

SPEC huwa l-konsum tal-enerġija tal-programm standard tal-magna tal-ħasil tal-platti domestika.

(b)

L-SPEC jiġi kkalkulat f’kWh/ċiklu, imqarreb sa tliet pożizzjonijiet deċimali kif ġej:

(1)

għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi b’kapaċità nominali ta’ ps ≥ 10 u wisa’ ta’ > 50 cm:

SPEC = 0,025 × ps + 1,350

(2)

għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi b’kapaċità nominali ta’ ps ≤ 9 jew wisa’ ta’ ≤ 50 cm:

SPEC = 0,090 × ps + 0,450

fejn ps huwa n-numru ta’ settijiet individwali.

2.   INDIĊI TAL-PRESTAZZJONI TAT-TINDIF

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-prestazzjoni tat-tindif (IC) ta’ mudell ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika, il-prestazzjoni tat-tindif tal-programm “eco” titqabbel mal-prestazzjoni tat-tindif ta’ magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza.

L-IC jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali:

IC = exp (ln IC)

u

Formula

fejn:

CT,i hija l-prestazzjoni tat-tindif tal-programm “eco” tal-magna tal-ħasil tal-platti domestika li tkun qed tiġi ttestjata, għal test wieħed (i), imqarrba għal żewġ pożizzjonijiet deċimali;

CR,i hija l-prestazzjoni tat-tindif tal-magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza għal test wieħed (i), imqarrba għal żewġ pożizzjonijiet deċimali;

n huwa n-numru ta’ testijiet.

3.   INDIĊI TAL-PRESTAZZJONI TAT-TNIXXIF

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-prestazzjoni tat-tnixxif (ID) ta’ mudell ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika, il-prestazzjoni tat-tnixxif tal-programm “eco” titqabbel mal-prestazzjoni tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza.

L-ID jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali:

ID = exp (ln ID)

u

Formula

fejn:

ID,i huwa l-indiċi tal-prestazzjoni tat-tnixxif tal-programm “eco” tal-magna tal-ħasil tal-platti domestika li tkun qed tiġi ttestjata, għal test wieħed (i);

n huwa n-numru ta’ testijiet kombinati tat-tindif u tat-tnixxif.

L-ID,i jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali:

ln ID,i = ln (DT,i/DR,t)

fejn:

DT,i huwa l-punteġġ medju tal-prestazzjoni tat-tnixxif tal-programm “eco” tal-magna tal-ħasil tal-platti domestika li tkun qed tiġi ttestjata, għal test wieħed (i), imqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali;

DR,t huwa l-punteġġ mira tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza, imqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

4.   MODALITAJIET B’KONSUM TAL-ENERĠIJA BAXX

Jiġu mkejla l-konsum tal-enerġija tal-modalità mitfi (Po), tal-modalità standby (Psm) u, fejn applikabbli, tal-bidu differit (Pds). Il-valuri mkejla huma espressi f’W u mqarrba sat-tieni pożizzjoni deċimali.

Matul il-kejl tal-konsum tal-enerġija f’modalitajiet b’konsum tal-enerġija baxx, dawn li ġejjin għandhom jiġu ċċekkjati u rreġistrati:

il-wiri jew le ta’ informazzjoni;

l-attivazzjoni jew le ta’ konnessjoni man-netwerk.


ANNESS V

L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

Il-parti informattiva tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3 għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti mill-fornitur skont it-Tabella 3.

Il-manwal tal-utent jew materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar ir-rabta mal-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL (Uniform Resource Locator) li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew billi jiġi pprovdut in-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.

Tabella 3

Il-kontenut, l-ordni u l-format tal-iskeda informattiva dwar il-prodott

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu:

Indirizz tal-fornitur  (2) :

Identifikatur tal-mudell:

Parametri ġenerali tal-prodott:

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Kapaċità nominali (1) (ps)

x

Dimensjonijiet f’cm

Għoli

x

Wisa’

x

Fond

x

EEI (1)

x,x

Klassi tal-effiċjenza enerġetika (1)

[A/B/C/D/E/F/G] (3)

Indiċi tal-prestazzjoni tat-tindif (1)

x,xx

Indiċi tal-prestazzjoni tat-tnixxif (1)

x,xx

“Konsum tal-enerġija f’kWh [għal kull ċiklu], abbażi tal-programm “eco” fejn il-magna timtela bl-ilma kiesaħ. Il-konsum tal-enerġija proprju jiddependi minn kif jintuża l-apparat.

x,xxx

Il-konsum tal-ilma f’litri [għal kull ċiklu], abbażi tal-programm “eco”. Il-konsum tal-ilma attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma.

x,x

Durata tal-programm (1) (s:min)

x:xx

Tip

[inkorporat/awtonomu]

L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja (1) (dB(A) re 1 pW)

x

Klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja (1)

[A/B/C/D] (3)

Modalità mitfi (W)

x,xx

Modalità standby (W)

x,xx

Bidu differit (W) (jekk applikabbli)

x,xx

Standby tan-netwerk (W) (jekk applikabbli)

x,xx

Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur  (2) :

Informazzjoni addizzjonali:

Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 6 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 (1)  (2):


(1)  għall-programm “eco”.

(2)  il-bidliet għal dawn il-punti ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(3)  jekk il-bażi tad-data tal-prodotti tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (ara l-paġna 267 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS VI

Dokumentazzjoni teknika

1.   

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi:

(a)

l-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness V;

(b)

l-informazzjoni kif stabbilit fit-Tabella 4; dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX;

Tabella 4

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika

PARAMETRU

UNITÀ

VALUR

Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco” (EPEC), imqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali

kWh/ċiklu

X,XXX

Il-konsum tal-enerġija tal-programm “standard” (SPEC), imqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali

kWh/ċiklu

X,XXX

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI)

X,X

Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco” (EPWC), imqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali

l/ċiklu

X,X

Indiċi tal-prestazzjoni tat-tindif (IC)

X,XX

Indiċi tal-prestazzjoni tat-tnixxif (ID)

X,XX

Id-durata tal-programm “eco” (Tt) imqarrba sal-eqreb minuta

s:min

X:XX

Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità mitfi (Po), imqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali

W

X,XX

Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità standby (Psm), imqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali

W

X,XX

Il-modalità standby tinkludi l-wiri ta’ informazzjoni?

Iva/Le

Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-“modalità standby” (Psm), fil-kundizzjoni ta’ standby tan-netwerk (jekk applikabbli), imqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali

W

X,XX

Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-bidu differit (Pds) (jekk applikabbli) imqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali

W

X,XX

L-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

dB(A) re 1 pW

X

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness IV;

(f)

lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, li tinkludi l-identifikatur tal-mudell.

2.   

Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna tal-ħasil tal-platti domestika tkun inkisbet permezz ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin, jew tat-tnejn li huma:

minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn fornitur differenti;

permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew ta’ estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ fornitur differenti,

id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-fornituri biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ fornituri differenti.


ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tingħata fir-reklami viżivi, f’materjal promozzjonali tekniku fil-bejgħ mill-bogħod u t-telekummerċjalizzazzjoni, għajr bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

1.   

Fir-reklami viżivi, għall-finijiet li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt (c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

2.   

Fil-materjal promozzjonali tekniku, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-anness.

3.   

Kwalunkwe bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jrid jindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-anness.

4.   

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 1, bi:

(a)

vleġġa, li fiha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika b’kulur 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;

(b)

il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;

(c)

il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; u,

(d)

id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura ħxuna ta’ 0,5 pt u b’kulur 100 % iswed madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

B’deroga, jekk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkunu stampati b’kulur wieħed, il-kulur tal-vleġġa f’dawk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti, jista’ jkun b’kulur wieħed.

Figura 1

Vleġġa lejn il-lemin/ix-xellug ikkulurita/b’kulur wieħed, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata

Image 14

5.   

Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telekummerċjalizzazzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lix-xerrej dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u li x-xerrej jista’ jaċċessa t-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott permezz tas-sit web tal-bażi tad-data tal-prodotti, jew billi jitlob kopja stampata.

6.   

Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, għandu jkun possibbli għall-konsumatur li jikseb, fuq talba, kopja stampata tat-tikketta u tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott.


ANNESS VIII

Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

1.   

It-tikketta elettronika tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li t-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fil-punt 2 tal-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, f’liema każ l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. Jekk tiġi applikata s-sistema ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.

2.   

L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, kif indikat fil-Figura 2, għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott muri fuq it-tikketta;

(b)

tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa, b’kulur 100 % abjad, b’tipa grassa Calibri u f’daqs ta’ tipa li jkun ekwivalenti għal dak tal-prezz;

(c)

turi l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; u,

(d)

ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura viżibbli b’kulur 100 % iswed ippożizzjonata madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

Figura 2

Vleġġa lejn il-lemin/ix-xellug ikkulurita, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata

Image 15

3.   

Fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, is-sekwenza tad-displej tat-tikketta għandha tkun kif ġej:

(a)

l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-immaġni għandha sservi ta’ link għat-tikketta stabbilita fl-Anness III;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs ta’ tipa bħal dak tal-prezz.

4.   

L-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra jew billi ssir referenza għall-bażi tad-data tal-prodotti, f’liema każ il-link li tintuża għall-aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara “Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik il-link fuq l-iskrin tattili.


ANNESS IX

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott m’għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

Meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità ta’ mudell ta’ prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri ddikjarati), u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet; u

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja indikati ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi ddeterminata bil-valuri dikjarati; u

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 5.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 5.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 5 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri fit-Tabella 5, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

Tabella 5

Tolleranzi tal-verifika

Parametru

Tolleranzi tal-verifika

Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco” (EPEC)

Il-valur iddeterminat (*1) m’għandux jaqbeż il-valur EPEC dikjarat b’iktar minn 5 %.

Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco” (EPWC)

Il-valur iddeterminat (*1) m’għandux jaqbeż il-valur EPWC dikjarat b’iktar minn 5 %.

Indiċi tal-prestazzjoni tat-tindif (IC)

Il-valur iddeterminat (*1) m’għandux ikun inqas mill-valur IC dikjarat b’aktar minn 14 %.

Indiċi tal-prestazzjoni tat-tnixxif (ID)

Il-valur iddeterminat (*1) m’għandux ikun inqas mill-valur ID dikjarat b’aktar minn 12 %.

Durata tal-programm (Tt)

Il-valur iddeterminat (*1) m’għandux ikun ogħla mill-valuri ddikjarati Tt b’aktar minn 5 % jew 10 minuti, skont liema minn dawn ikun l-ogħla jew l-itwal.

Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità mitfi (Po)

Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija Po m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 0,10 W.

Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-“modalità standby” (Psm)

Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija, Psm ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur dikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur dikjarat huwa inqas minn jew ugwali għal 1,00 W.

Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità “bidu differit” (Pds)

Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija, Pds ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur dikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur dikjarat huwa inqas minn jew ugwali għal 1,00 W.

Emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja

Il-valur iddeterminat (*1) m’għandux ikun ogħla mill-valur dikjarat b’aktar minn 2 dB(A) re 1pW.


(*1)  Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat tfisser il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.


Top