Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32019R1717

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1717 tal-14 ta’ Ottubru 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

    ST/12074/2019/INIT

    ĠU L 262, 15.10.2019, p. 11/12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Estatuto jurídico del documento Vigente

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1717/oj

    15.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 262/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1717

    tal-14 ta’ Ottubru 2019

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

    (2)

    Jenħtieġ li persuna titneħħa mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


    ANNESS

    Il-persuna li ġejja, u l-entrata relatata, jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686:

    1.

    Fabien CLAIN (magħruf ukoll bħala Omar).


    Arriba