Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1143

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1143 tal-14 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ċerti kunsinni ta' valur baxx

C/2019/1979

ĠU L 181, 5.7.2019, p. 2–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1143/oj

5.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1143

tal-14 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ċerti kunsinni ta' valur baxx

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(a) u 160 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 (“Kodiċi”), f'każijiet speċifiċi, id-dikjarazzjonijiet doganali jistgħu jiġu ppreżentati b'mezzi oħra għajr dawk tekniki tal-ipproċessar tad-data elettronika.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2) jipprevedi li l-merkanzija b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx it-EUR 22, tista' tiġi temporanjament dikjarata bis-sempliċi preżentazzjoni tagħha lid-dwana minflok bil-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali. Waħda mir-raġunijiet għal dan hija li l-biċċa l-kbira tal-merkanzija li taqbeż it-EUR 22 tista' tingħata eżenzjoni mill-VAT mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE (3). Din il-merkanzija tista' tibbenefika wkoll minn eżenzjoni mid-dazju doganali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 (4).

(3)

Bħalissa, il-possibbiltà li tiġi ddikjarata merkanzija b'valur li ma jaqbiżx it-EUR 22 billi tiġi ppreżentata lid-dwana, hija limitata għall-perjodu qabel ma l-Istati Membri jaġġornaw is-Sistemi Nazzjonali ta' Importazzjoni tagħhom imsemmi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 (5). Barra minn hekk, b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (6) tneħħi l-eżenzjoni mill-VAT għall-merkanzija b'valur li ma jaqbiżx it-EUR 22. B'riżultat ta' dan, fl-Istati Membri li jaġġornaw is-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni tagħhom qabel l-1 ta' Jannar 2021 se titneħħa l-possibbiltà li tiġi ddikjarata dik il-merkanzija billi tiġi ppreżentata lid-dwana u minflok se tkun meħtieġa dikjarazzjoni doganali anke jekk ma jkun hemm l-ebda obbligu li tinġabar il-VAT fuq dik il-merkanzija u tkun tapplika eżenzjoni mid-dazju doganali. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat biex jiżgura li tkun disponibbli l-possibbiltà li tiġi ddikjarata merkanzija b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx it-EUR 22 billi tiġi ppreżentata lid-dwana sakemm jitneħħa l-limitu ta' EUR 22 għall-finijiet tal-VAT.

(4)

L-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiddefinixxi r-rekwiżiti tad-data għad-dikjarazzjonijiet doganali. Iż-żieda fit-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku wriet li dawk ir-rekwiżiti tad-data mhumiex adegwati għad-dikjarazzjoni tal-merkanzija importata f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150 jew kunsinni mhux ta' natura kummerċjali mibgħuta minn individwu privat lil individwu privat ieħor (kunsinni ta' valur baxx). L-ewwel nett, parti mid-data meħtieġa fl-Anness B mhijiex neċessarja f'dak il-kuntest peress li skont l-Artikoli 23 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-biċċa l-kbira tal-merkanzija importata f'kunsinni ta' valur baxx hija eżentata mid-dazji doganali. It-tieni, id-dikjarazzjoni doganali ta' dik il-merkanzija se tkun meħtieġa l-aktar biex tikkonforma mar-regoli tal-VAT fuq il-merkanzija importata f'kunsinni b'valur intrinsiku baxx li ma jaqbiżx il-EUR 150 introdotti bid-Direttiva (UE) 2017/2455, jiġifieri għar-regoli tal-VAT relatati mal-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' merkanzija importata minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (7) jew għall-VAT imposta skont l-arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u l-pagament tal-VAT fuq l-importazzjoni fil-Kapitolu 7 tat-Titolu XII tal-istess Direttiva. It-tielet nett, il-volum għoli ta' kunsinni ta' valur baxx joħloq il-ħtieġa li jiġu adattati kemm jista' jkun is-settijiet ta' data meħtieġa għall-finijiet doganali għall-informazzjoni elettronika mibgħuta mill-operatur fil-post tad-dispaċċ tal-merkanzija (jiġifieri, f'pajjiż terz).

(5)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 biex jintroduċi l-possibbiltà li jiġu ddikjarati kunsinni ta' valur baxx għal finijiet doganali li jużaw settijiet ta' data differenti, jiġifieri wieħed li jkun fih inqas elementi minn sett ta' data ta' dikjarazzjoni doganali standard. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà tkun disponibbli mid-data ta' applikazzjoni tal-miżuri għall-VAT imposta fuq merkanzija importata f'kunsinni b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150 stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2017/2455.

(6)

Madankollu, jenħtieġ li ma tkunx disponibbli l-possibbiltà li jiġu ddikjarati kunsinni ta' valur baxx billi jintuża s-sett ta' data mnaqqas għall-merkanzija soġġetta għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet. Jenħtieġ li din il-merkanzija tkompli tiġi ddikjarata permezz tad-dikjarazzjoni doganali standard bl-informazzjoni rilevanti kollha. Jenħtieġ li ma jintużax is-sett ta' data mnaqqas biex tiġi ddikjarata merkanzija li hija eżentata mill-VAT fuq importazzjoni skont l-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (il-kodiċijiet tal-proċedura doganali 42 u 63). Is-sett ta' data mnaqqas huwa maħsub għall-każijiet fejn il-VAT tkun diġà ġiet iddikjarata skont l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' merkanzija importata minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE u għalhekk ma jkunx hemm il-ħtieġa li tinġabar il-VAT waqt l-importazzjoni; is-sett ta' data mnaqqas huwa maħsub ukoll għall-każijiet fejn l-Istat Membru tal-importazzjoni huwa wkoll l-Istat Membru ta' konsum għall-finijiet tal-VAT u għalhekk huwa l-Istat Membru li jimponi l-VAT. Min-naħa l-oħra, il-merkanzija importata taħt il-kodiċijiet tal-proċedura doganali 42 u 63 hija importata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru li se jimponi l-VAT u s-sett ta' data mnaqqas ma fihx biżżejjed informazzjoni biex jikkonforma mar-rekwiżiti kollha relatati mal-VAT applikabbli f'dawn il-każijiet.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 141(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Sad-data ta' qabel id-data stabbilita fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (*1), il-merkanzija li l-valur intrinsiku tagħha ma jaqbiżx EUR 22 għandha titqies li tkun iddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera permezz tal-preżentazzjoni tagħha lid-dwana skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi sakemm id-data meħtieġa tiġi aċċettata mill-awtoritajiet doganali.

(*1)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).”;"

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 143a li ġej:

“Artikolu 143a

Dikjarazzjoni doganali għall-kunsinni ta' valur baxx

(Artikolu 6(2) tal-Kodiċi)

(1)   Mid-data stabbilita fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2017/2455, persuna tista' tippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li jkun fiha s-sett ta' data speċifiku msemmi fl-Anness B fir-rigward ta' kunsinna li tibbenefika minn eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni skont l-Artikolu 23(1) jew l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, bil-kundizzjoni li l-merkanzija f'dik il-kunsinna ma tkunx soġġetta għal projbizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(2)   B'deroga mill-paragrafu 1, is-sett ta' data speċifiku għall-kunsinni ta' valur baxx ma għandux jintuża għal dawn li ġejjin:

(a)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li l-importazzjoni tagħha hija eżentata mill-VAT skont il-punt (d) tal-Artikolu 143(1) tad-Direttiva 2006/112/KE u, fejn ikun xieraq, ittrasportata taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/118/KE;

(b)

importazzjoni mill-ġdid b'rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li l-importazzjoni tagħha hija eżentata mill-VAT skont il-punt (d) tal-Artikolu 143(1) tad-Direttiva 2006/112/KE u, fejn ikun xieraq, ittrasportata taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/118/KE.”;

(3)

L-Anness B huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta' Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta' ċerti oġġetti (ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta' April 2016 li tistabbilixxi Programm ta' Ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Titolu I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu 2, fis-Sezzjoni 1, wara r-ringiela marbuta mal-kolonna H6, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“H7

Dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-rigward ta' kunsinna li tibbenefika minn eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni skont l-Artikolu 23(1) jew l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009

l-Artikoli 5(12), 162 u 201 tal-Kodiċi”;

(b)

fil-Kapitolu 3, is-Sezzjoni 1 hija emendata kif ġej:

(1)

fil-Grupp 1, bejn il-kolonni H6 u I1, tiddaħħal il-kolonna li ġejja:

 

 

“H

Numru tal-E.D.

Isem tal-E.D.

7

1/1

Tip ta' dikjarazzjoni

 

1/2

Tip ta' Dikjarazzjoni Addizzjonali

 

1/3

Dikjarazzjoni tat-tranżitu/Tip ta' prova tal-istatus doganali

 

1/4

Formoli

 

1/5

Listi tat-tagħbija

 

1/6

Numru tal-oġġett individwali tal-merkanzija

A

X

1/7

Indikatur ta' ċirkostanza speċifika

 

1/8

Firma/Awtentikazzjoni

 

1/9

Għadd totali ta' merkanzija individwali

 

1/10

Proċedura

 

1/11

Proċedura addizzjonali

A

X”;

(2)

fil-Grupp 2, bejn il-kolonni H6 u I1, tiddaħħal il-kolonna li ġejja:

 

 

“H

Numru tal-E.D.

Isem tal-E.D.

7

2/1

Dikjarazzjoni ssimplifikata/Dokumenti preċedenti

A

[7]

XY

2/2

Informazzjoni addizzjonali

C

XY

2/3

Dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet, referenzi addizzjonali

A

[7]

X

2/4

Numru ta' referenza/UCR

C

XY

2/5

NRL

 

2/6

Pagament differit

B

[53]

Y

2/7

Identifikazzjoni tal-maħżen”;

 

(3)

fil-Grupp 3, bejn il-kolonni H6 u I1, tiddaħħal il-kolonna li ġejja:

 

 

“H

Numru tal-E.D.

Isem tal-E.D.

7

3/1

Esportatur

A

XY

3/2

Numru ta' identifikazzjoni tal-esportatur

 

3/3

Kunsinnatur – Kuntratt prinċipali tat-trasport

 

3/4

Numru ta' identifikazzjoni tal-kunsinnatur – Kuntratt prinċipali tat-trasport

 

3/5

Kunsinnatur – Kuntratt tat-trasport fuq livell domestiku

 

3/6

Numru ta' identifikazzjoni tal-kunsinnatur – Kuntratt tat-trasport fuq livell domestiku

 

3/7

Kunsinnatur

 

3/8

Numru ta' identifikazzjoni tal-kunsinnatur

 

3/9

Destinatarju

 

3/10

Numru ta' identifikazzjoni tad-destinatarju

 

3/11

Destinatarju – Kuntratt prinċipali tat-trasport

 

3/12

Numru ta' identifikazzjoni tad-destinatarju – Kuntratt prinċipali tat-trasport

 

3/13

Destinatarju – Kuntratt tat-trasport fuq livell domestiku

 

3/14

Numru ta' identifikazzjoni tad-destinatarju – Kuntratt tat-trasport fuq livell domestiku

 

3/15

Importatur

A

[12]

Y

3/16

Nru ta' identifikazzjoni tal-importatur

A

[14]

Y

3/17

Dikjarant

A

[12]

Y

3/18

Numru ta' identifikazzjoni tad-dikjarant

A

Y

3/19

Rappreżentant

A

[12]

Y

3/20

Numru ta' identifikazzjoni tar-rappreżentant

A

Y

3/21

Kodiċi tal-istatus tar-rappreżentant

A

Y

3/22

Detentur tal-proċedura ta' tranżitu

 

3/23

Numru ta' identifikazzjoni tad-detentur tal-proċedura ta' tranżitu

 

3/24

Bejjiegħ

 

3/25

Numru ta' identifikazzjoni tal-bejjiegħ

 

3/26

Xerrej

 

3/27

Numru ta' identifikazzjoni tax-xerrej

 

3/28

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tinnotifika l-wasla

 

3/29

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tinnotifika d-devjazzjoni

 

3/30

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tippreżenta l- merkanzija lid-dwana

 

3/31

Trasportatur

 

3/32

Numru ta' identifikazzjoni tat-trasportatur

 

3/33

Parti li trid tiġi nnotifikata – Kuntratt prinċipali tat-trasport

 

3/34

Numru ta' identifikazzjoni tal-parti li trid tiġi nnotifikata – Kuntratt prinċipali tat-trasport

 

3/35

Parti li trid tiġi nnotifikata – Kuntratt tat-trasport fuq livell domestiku

 

3/36

Numru ta' identifikazzjoni tal-parti li trid tiġi nnotifikata – Kuntratt tat-trasport fuq livell domestiku

 

3/37

Numru ta' identifikazzjoni tal-attur(i) addizzjonali fil-katina tal-provvista

 

3/38

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tippreżenta d-dettalji addizzjonali tal-ENS

 

3/39

Numru ta' identifikazzjoni tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

 

3/40

Numru ta' identifikazzjoni tar-referenzi fiskali addizzjonali

A

[54]

XY

3/41

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tippreżenta l-merkanzija lid-dwana fil-każ ta' entrata fir-reġistri tad-dikjarant jew ta' dikjarazzjonijiet doganali ppreżentati qabel

 

3/42

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tippreżenta l-manifest tal-merkanzija doganali

 

3/43

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tkun qed titlob prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni

 

3/44

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tinnotifika l-wasla tal-merkanzija wara moviment taħt ħażna temporanja

 

3/45

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tipprovdi garanzija

 

3/46

Numru ta' identifikazzjoni tal-persuna li tħallas id-dazju doganali”;

 

(4)

fil-Grupp 3, fir-ringiela marbuta mal-element tad-data 3/1, fil-kolonni H1, H3, H4, H5, H6 u I1, l-ittra “B” hija sostitwita bl-ittra “A[12]”;

(5)

fil-Grupp 3, fir-ringiela marbuta mal-element tad-data 3/2, fil-kolonni H1, H3, H4, H5, H6 u I1, l-ittra “B” hija sostitwita bl-ittra “A[14]”;

(6)

fil-Grupp 4, bejn il-kolonni H6 u I1, tiddaħħal il-kolonna li ġejja:

 

 

“H

Numru tal-E.D.

Isem tal-E.D.

7

4/1

Termini tal-kunsinna

 

4/2

Metodu ta' ħlas tal-ispejjeż tat-trasport

 

4/3

Kalkolu tat-taxxi – Tip ta' taxxa

 

4/4

Kalkolu tat-taxxi – Bażi tat-taxxa

 

4/5

Kalkolu tat-taxxi – Rata tat-taxxa

 

4/6

Kalkolu tat-taxxi – Ammont tat-taxxa pagabbli

 

4/7

Kalkolu tat-taxxi – Total

 

4/8

Kalkolu tat-taxxi – Metodu ta' ħlas

B

[53]

X

4/9

Żidiet u tnaqqis

 

4/10

Munita tal-fattura

 

4/11

Ammont totali fatturat

 

4/12

Unità tal-munita interna

 

4/13

Indikaturi tal-valutazzjoni

 

4/14

Prezz/ammont ta' kull oġġett individwali

 

4/15

Rata tal-kambju

 

4/16

Metodu ta' valutazzjoni

 

4/17

Preferenza

 

4/18

Valur

A

X

4/19

Spejjeż tat-trasport lejn id-destinazzjoni finali

A

XY”;

(7)

fil-Grupp 4, fir-ringiela marbuta mal-element tad-data 4/18, fil-kolonna “Isem tal-E.D.”, il-kliem “Valur postali” huwa sostitwit bil-kelma “Valur”;

(8)

fil-Grupp 4, fir-ringiela marbuta mal-element tad-data 4/19, fil-kolonna “Isem tal-E.D.”, il-kliem “Spejjeż postali” huwa sostitwit bil-kliem “Spejjeż tat-trasport lejn id-destinazzjoni finali”;

(9)

fil-Grupp 6, bejn il-kolonni H6 u I1, tiddaħħal il-kolonna li ġejja:

 

 

“H

Numru tal-E.D.

Isem tal-E.D.

7

6/1

Massa netta (f'kg)

 

6/2

Unitajiet supplimentari

A

[55]

X

6/3

Massa grossa (f'kg) – Kuntratt prinċipali tat-trasport

 

6/4

Massa grossa (f'kg) – Kuntratt tat-trasport fuq livell domestiku

 

6/5

Massa grossa (f'kg)

A

XY

6/6

Deskrizzjoni tal-merkanzija – Kuntratt prinċipali tat-trasport

 

6/7

Deskrizzjoni tal-merkanzija – Kuntratt tat-trasport fuq livell domestiku

 

6/8

Deskrizzjoni tal-merkanzija

A

X

6/9

Tip ta' pakketti

 

6/10

Għadd ta' pakketti

A

[52]

X

6/11

Marki tat-trasport

 

6/12

Kodiċi tan-NU għall-Merkanzija Perikoluża

 

6/13

Kodiċi tas-CUS

 

6/14

Kodiċi tal-prodott bażiku – Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

A

X

6/15

Kodiċi tal-prodott bażiku – Kodiċi tat-TARIC

 

6/16

Kodiċi tal-prodott bażiku – Kodiċi(jiet) addizzjonali tat-TARIC

 

6/17

Kodiċi tal-prodott bażiku – Kodiċi(jiet) nazzjonali addizzjonali

 

6/18

Pakketti totali

 

6/19

Tip ta' merkanzija”

 

(c)

fil-Kapitolu 3, fis-Sezzjoni 2, jiżdiedu n-noti li ġejjin:

Numru tan-nota

Deskrizzjoni tan-nota

“[52]

Din l-informazzjoni mhix meħtieġa għall-kunsinni postali.

[53]

Din l-informazzjoni mhix meħtieġa:

(a)

meta l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' merkanzija importata minn pajjiżi u territorji terzi stabbiliti fit-Titolu XII tal-Kapitolu 6 it-Taqsima 4 tad-Direttiva 2006/112/KE; jew

(b)

meta l-merkanzija tkun ta' natura mhux kummerċjali mibgħuta minn pajjiż terz minn persuni privati lil persuni privati oħra fi Stat Membru u eżentata mill-VAT skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE (*1).

[54]

Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss meta l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' merkanzija importata minn pajjiżi u territorji terzi stabbiliti fit-Titolu XII tal-Kapitolu 6 it-Taqsima 4 tad-Direttiva 2006/112/KE.

[55]

Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss jekk id-dikjarazzjoni tikkonċerna merkanzija msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

(2)

It-Titolu II huwa emendat kif ġej:

(a)

fin-noti tal-element tad-data 1/6 (“Numru tal-oġġett individwali tal-merkanzija”), it-test “Il-kolonni A1 sa A3, B1 sa B4, C1, D1, D2, E1, E2, F1a sa F1d, F2a sa F2c, F3a, F4a, F4b, F4d, F5, G4, G5, H1 sa H6 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni A1 sa A3, B1 sa B4, C1, D1, D2, E1, E2, F1a sa F1d, F2a sa F2c, F3a, F4a, F4b, F4d, F5, G4, G5, H1 sa H7 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :”;

(b)

fin-noti tal-element tad-data 2/1 (“Dikjarazzjoni ssimplifikata/Dokumenti preċedenti”), jiżdied it-test li ġej:

Il-kolonna H7 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :

Jekk id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u d-dikjarazzjoni doganali jiġu ppreżentati separatament, bl-użu tal-kodiċi rilevanti tal-Unjoni, daħħal l-NRM tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew kwalunkwe dokument preċedenti ieħor.”;

(c)

fin-noti tal-element tad-data 2/2 (“Informazzjoni addizzjonali”), jiżdied it-test li ġej:

Il-kolonna H7 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :

Kwalunkwe informazzjoni pprovduta mid-dikjarant li tista' titqies utli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-oġġett ikkonċernat.”;

(d)

fin-noti tal-element tad-data 2/4 (“Numru ta' referenza/UCR”), jiżdied it-test li ġej:

Il-kolonna H7 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :

Din l-entrata tista' tintuża għall-indikazzjoni tal-identifikatur tat-tranżazzjoni jekk il-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' merkanzija importata minn pajjiżi u territorji terzi stabbiliti fit-Titolu XII tal-Kapitolu 6 it-Taqsima 4 tad-Direttiva 2006/112/KE.”;

(e)

in-noti tal-element tad-data 3/1 (“Esportatur”) huma emendati kif ġej:

(1)

il-kliem “Il-kolonni kollha rilevanti użati tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni B1 sa B4, C1 u E1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :”;

(2)

jiżdied it-test li ġej:

Il-kolonni H6 u H7 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :

Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna li tkun qed tikkunsinna l-merkanzija kif stipulat fil-kuntratt tat-trasport mill-parti li tkun qed tordna t-trasport.”;

(f)

fin-noti tal-element tad-data 3/17 (“Dikjarant”), il-kliem “Il-Kolonni H1 sa H6 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni H1 sa H7 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”;

(g)

fin-noti tal-element tad-data 3/18 (“Numru ta' identifikazzjoni tad-dikjarant”), il-kliem “Il-Kolonni B1 sa B4, C1, G4, H1 sa H5 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data ” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni B1 sa B4, C1, G4, H1 sa H7 u I1 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :”;

(h)

fin-noti tal-element tad-data 3/40 (“Numru ta' identifikazzjoni tar-referenzi fiskali addizzjonali”), jiżdied it-test li ġej:

“Meta l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' merkanzija importata minn pajjiżi u territorji terzi stabbiliti fit-Titolu XII tal-Kapitolu 6 it-Taqsima 4 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jingħata n-numru tal-VAT speċjali attribwit għall-użu ta' din l-iskema.”;

(i)

in-noti tal-element tad-data 4/18 (“Valur postali”) huma emendati kif ġej:

(1)

il-kliem “Valur postali” huwa sostitwit b'“Valur”;

(2)

il-kliem “Il-kolonni kollha rilevanti użati tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonna H6 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data:”;

(3)

jiżdied it-test li ġej:

Il-kolonna H7 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :

Il-valur intrinsiku tal-merkanzija għal kull oġġett fil-munita tal-fattura.”;

(j)

in-noti tal-element tad-data 4/19 (“Spejjeż postali”) huma emendati kif ġej:

(1)

il-kliem “Spejjeż postali” huwa sostitwit bil-kliem “Spejjeż tat-trasport lejn id-destinazzjoni finali”;

(2)

il-kliem “Il-kolonni kollha rilevanti użati tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonna H6 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :”;

(3)

jiżdied it-test li ġej:

Il-kolonna H7 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :

Spejjeż tat-trasport sal post tad-destinazzjoni finali fil-munita tal-fattura.”;

(k)

fin-noti tal-element tad-data 6/8 (“Deskrizzjoni tal-merkanzija”), il-kliem “Il-Kolonni D3, G4, G5 u H6 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :” huwa sostitwit bil-kliem “Il-kolonni D3, G4, G5, H6 u H7 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :”;

(l)

fin-noti marbuta mal-element tad-data 6/14 (“Kodiċi tal-prodott bażiku – Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda”), jiżdied it-test li ġej:

Il-kolonna H7 tat-tabella dwar ir-rekwiżiti tad- data :

Daħħal il-kodiċi b'sitt ċifri tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata tal-merkanzija ddikjarata.”.


(*1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar eżenzjonijiet mit-taxxi applikabbli għall-importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' merkanzija ta' natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (ĠU L 286, 17.10.2006, p. 15).”;


Top