Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0071

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 tad-9 ta' Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2018/7361

    ĠU L 16, 18.1.2019, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32021R2115

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/71/oj

    18.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 16/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/71

    tad-9 ta' Novembru 2018

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 11(1) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta' pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi għal kalendarja speċifikata, skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta' dak ir-Regolament, b'mill-inqas 5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż EUR 150 000. Skont l-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis għandu jkun disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għal miżuri tal-iżvilupp rurali.

    (2)

    Sal-1 ta' Awwissu 2018 il-Litwanja nnotifikat lill-Kummissjoni kemm bid-deċiżjoni tagħha li tnaqqas l-ammont tal-pagamenti diretti kif ukoll il-prodott stmat tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2019.

    (3)

    Għalhekk jeħtieġ li jiġu adattati l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sabiex il-limiti massimi netti annwali għall-pagamenti diretti jirriflettu d-deċiżjoni meħuda mil-Litwanja. Jeħtieġ ukoll li jiġi adattat l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sabiex it-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jirrifletti ugwalment dik id-deċiżjoni.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu emendati skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

    (2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-entrata għal-Litwanja hija sostitwita b'dan li ġej:

    Il-Litwanja

    230 392 975

    230 412 316

    230 431 887

    230 451 686

    230 472 391

    247 213 599

    264 151 386

    1 663 526 240 ”

    (2)

    L-entrata għat-Total tal-EU-28 hija sostitwita b'dan li ġej:

    Total tal-EU-28

    5 264 723 001

    18 149 536 729

    18 649 599 495

    14 337 026 697

    14 346 899 509

    14 656 460 137

    14 675 251 797

    100 079 497 365 ”

    (3)

    L-entrata għat-Total hija sostitwita b'dan li ġej:

    Total

    5 298 853 700

    18 183 668 706

    18 683 732 774

    14 371 161 305

    14 381 035 473

    14 690 597 483

    14 709 390 553

    100 318 439 994 ”


    ANNESS II

    Fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-entrata għal-Litwanja hija sostwita b'dan li ġej:

    “Il-Litwanja

    417,9

    442,5

    467,1

    475,3

    483,3

    517,0”


    Top