Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1814

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1814 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/12751/2019/INIT

    ĠU L 278, 30.10.2019, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1814/oj

    30.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 278/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1814

    tal-24 ta’ Ottubru 2019

    li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta’ Jannar 2015, fil-5 ta’ Frar 2015 u fit-23 ta’ Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020. Fit-18 ta’ Settembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1571 (4), is-Sur Pedro SANZ ALONSO ġie sostitwit mis-Sur José Ignacio CENICEROS GONZÁLEZ bħala membru. Fl-1 ta’ Ottubru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1774 (5), is-Sur Emilio DEL RÍO SANZ ġie sostitwit mis-Sa Begoña MARTÍNEZ ARREGUI bħala membru supplenti.

    (2)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur José Ignacio CENICEROS GONZÁLEZ, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sa Begoña MARTÍNEZ ARREGUI, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2020:

    (a)

    bħala membru:

    Is-Sa Concepción ANDEU RODRÍGUEZ, Presidenta de la Comunidad Autónoma de La Rioja ,

    (b)

    bħala membru supplenti:

    Is-Sur Francisco Celso GONZÁLEZ GONZÁLEZ, Consejero de Hacienda de la Comunidad Autónoma de La Rioja.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.-K. PEKONEN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta’ Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta’ Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta’ Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1571 tat-18 ta’ Settembru 2015 li taħtar żewġ membri Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 245, 22.9.2015, p. 8).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1774 tal-1 ta’ Ottubru 2015 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 258, 3.10.2015, p. 10).


    Top