EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1803

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1803 tat-18 ta’ Lulju 2019 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżijiet

ST/10777/2019/INIT

ĠU L 276, 29.10.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1803/oj

Related international agreement

29.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1803

tat-18 ta’ Lulju 2019

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ April 2019, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tagħha f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet (il-"Ftehim”).

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sussegwentement innegozja dak il-Ftehim.

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżijiet (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim. (1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top