Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1114

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1114 tat-28 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    ST/9564/2019/INIT

    ĠU L 176, 1.7.2019, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1114/oj

    1.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 176/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1114

    tat-28 ta' Ġunju 2019

    li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-1 ta' Lulju 2013.

    (2)

    Fid-29 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/942 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendiet l-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.

    (3)

    Wara r-Reviżjoni Strateġika tal-EUPOL COPPS, jenħtieġ li l-EUPOL COPPS tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2020.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/354/PESK tiġi emendata skont dan.

    (5)

    L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 12(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020 għandu jkun ta' EUR 12 430 000.”;

    (2)

    fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2020.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2019.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. CIAMBA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/942 tad-29 ta' Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 166, 3.7.2018, p. 17).


    Top