EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0389

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/389 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE (Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) u Direttiva MiFID II) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ST/6001/2019/INIT

ĠU L 70, 12.3.2019, p. 25–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/389/oj

12.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/389

tal-4 ta' Marzu 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE (Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) u Direttiva MiFID II)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IX għal dak il-Ftehim li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) iridu jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness IX għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANTON


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


ABOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2019

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (3), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (4) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Direttiva 2014/65/UE tħassar id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jispeċifika l-każijiet li fihom l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jistgħu temporanjament jipprojbixxu jew jirrestrinġu ċerti attivitajiet finanzjarji, u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet neċessarji f'konformità, rispettivament, mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont il-punti 31g u 31i tal-Anness IX għall-Ftehim ŻEE. Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-ABE u tal-ESMA fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri taż-ŻEE, tali deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser jiġu adottati abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-ABE jew mill-ESMA, skont il-każ. Dan jippreserva l-vantaġġi ewlenin ta' superviżjoni minn awtorità waħda.

(7)

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim rifless fil-konklużjonijiet (8) tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Għalhekk, l-Anness IX għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 13b (id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendata bi:

32014 L 0065: Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116.”

2.

It-test tal-punt 31ba (id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b'dan li ġej:

32014 L 0065: Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, kif emendata bi:

32016 L 1034: Id-Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 8).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini ‘Stat Membru/i’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ għandhom jinftiehmu li qed jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fid-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Referenzi għal membri tas-SEBĊ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fid-Direttiva, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Referenzi għal atti oħrajn fid-Direttiva għandhom jitqiesu rilevanti sal-punt u b'mod illi dawk l-atti jiġu inkorporati fil-Ftehim.

(d)

Fl-Artikolu 3(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘2 ta' Lulju 2014’ għandu jsir ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-Deċiżjoni]’ u l-kliem ‘3 ta' Lulju 2019’ għandu jsir ‘ħames snin minn hemm 'il quddiem’.

(e)

Fl-Artikolu 16(11), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘2 ta' Lulju 2014’ għandu jsir ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-Deċiżjoni]’.

(f)

Fl-Artikolu 41(2), il-kelma ‘Unjoni’ għandha tinbidel bil-kelma ‘ŻEE’.

(g)

Fl-Artikolu 57:

(i)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, il-kliem ‘għandha tieħu azzjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘ESMA jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tieħu azzjoni’;

(ii)

fil-paragrafu 6, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’.

(h)

Fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 70(6), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘2 ta' Lulju 2014’ għandu jsir ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-Deċiżjoni]’.

(i)

Fl-Artikolu 79:

(i)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’;

(ii)

fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem ‘, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘il-Kummissjoni, l-ESMA’.

(j)

Fl-Artikolu 81(5), fl-Artikolu 82(2) u fl-Artikolu 87(1), il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’.

(k)

Fl-Artikolu 86, il-kliem ‘ESMA, li’ għandu jinbidel bil-kliem ‘ESMA. L-ESMA jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

(l)

Fl-Artikolu 95(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘3 ta' Jannar 2018’ għandu jsir ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-Deċiżjoni]’.”

3.

It-test tal-punt 31baa (imħassar) jinbidel b'dan li ġej:

32014 R 0600: Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, kif emendat bi:

32016 R 1033: Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 175, 30.6.2016. p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini ‘Stat Membru/i’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ għandhom jinftiehmu li qed jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Referenzi għal membri tas-SEBĊ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) jew l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), skont il-każ, u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-finijiet tar-Regolament, b'mod partikolari qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni.

(d)

Referenzi għal atti oħrajn fir-Regolament għandhom jitqiesu rilevanti sal-punt u b'mod illi dawk l-atti jiġu inkorporati fil-Ftehim.

(e)

Referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jinsabu fir-Regolament jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fi u f'konformità mal-punt 31i ta' dan l-Anness, għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(f)

Fil-punt (e) tal-Artikolu 1(1):

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-ABE’ għandu jsir ‘l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’;

(ii)

il-kliem ‘jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘setgħat tal-ESMA’.

(g)

Fl-Artikolu 4:

(i)

fil-paragrafu 4, il-kliem‘u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘il-Kummissjoni’;

(ii)

fil-paragrafu 7, il-kliem ‘jew, fir-rigward ta' derogi mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-Deċiżjoni]’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘3 ta' Jannar 2018’.

(h)

Fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 19(1), il-kliem ‘u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘il-Kummissjoni’.

(i)

Fl-Artikolu 36(5):

(i)

fl-ewwel u fit-tieni sentenza, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘ESMA’ għandha ssir ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’;

(ii)

il-kliem ‘u għandha tinkludi fil-lista n-notifiki kollha rċevuti mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘L-ESMA għandha tippubblika lista tan-notifiki kollha li tirċievi’.

(j)

Fl-Artikolu 37(2):

(i)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘3 ta' Jannar 2018’ għandu jsir ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-Deċiżjoni]’;

(ii)

il-kliem ‘Artikoli 101 u 102 tat-TFUE’ għandu jinbidel bil-kliem ‘Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim ŻEE’.

(k)

Fl-Artikolu 40:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 1 sa 4, 6 u 7, il-kelma ‘ESMA’ għandha ssir ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kliem ‘dritt tal-Unjoni’ għandu jsir ‘Ftehim ŻEE’;

(iii)

fil-paragrafu 3, il-kliem ‘wara konsultazzjoni mal-korpi pubbliċi’ għandu jinbidel bil-kliem ‘wara konsultazzjoni mal-korpi pubbliċi min-naħa tal-ESMA’;

(iv)

fil-paragrafu 3, il-kliem ‘mingħajr il-ħruġ tal-opinjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘mingħajr il-ħruġ tal-opinjoni min-naħa tal-ESMA’;

(v)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘kwalunkwe deċiżjoni li tieħu azzjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘kull deċiżjoni tagħha li tieħu azzjoni’;

(vi)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż dwar kull deċiżjoni tagħha li tieħu xi azzjoni skont dan l-Artikolu. Referenza għall-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha titqiegħed fuq is-sit web tal-ESMA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘dan l-Artikolu’.

(l)

Fl-Artikolu 41:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 1 sa 4, 6 u 7, il-kelma ‘ABE’ għandha ssir ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kliem ‘dritt tal-Unjoni’ għandu jsir ‘Ftehim ŻEE’;

(iii)

fil-paragrafu 3, il-kliem ‘mingħajr il-ħruġ tal-opinjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘mingħajr il-ħruġ tal-opinjoni min-naħa tal-ABE’;

(iv)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘kwalunkwe deċiżjoni li tieħu azzjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘kull deċiżjoni tagħha li tieħu azzjoni’;

(v)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż dwar kull deċiżjoni tagħha li tieħu xi azzjoni skont dan l-Artikolu. Referenza għall-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha titqiegħed fuq is-sit web tal-ABE’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘dan l-Artikolu’.

(m)

Fl-Artikolu 45:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem ‘jew, fil-każ tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’;

(ii)

fil-paragrafi 2, 4, 5, 8 u 9 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’;

(iii)

fit-tieni u fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem ‘jew, skont il-każ, tħejji abbozzi għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘qabel tieħu kwalunkwe miżura’;

(iv)

fil-paragrafu 6, il-kliem ‘kwalunkwe deċiżjoni’ għandu jsir ‘kull deċiżjoni tagħha'’;

(v)

fil-paragrafu 6, il-kliem ‘. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż dwar kull deċiżjoni tagħha li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1(c). Referenza għall-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha titqiegħed fuq is-sit web tal-ESMA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘paragrafu 1(c)’;

(vi)

fil-paragrafu 7, il-kliem ‘fuq is-sit web tal-ESMA jew, fir-rigward ta' miżuri meħuda mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, meta l-avviż jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘meta jiġi ppubblikat l-avviż’.”.

4.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32014 R 0600: Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 600/2014, kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, u (UE) 2016/1033 u tad-Direttivi 2014/65/UE, kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, u (UE) 2016/1034 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(4)  ĠU L 175, 30.6.2016, p. 8.

(5)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(7)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(8)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti għad-Deciżjoni Nru …/2019 li tinkorpora d-Direttiva 2014/65/UE fil-Ftehim ŻEE

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-inkorporazzjoni fil-Ftehim ŻEE tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE hija bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali ta' applikazzjoni ġenerali li jikkonċernaw il-kontroll tal-investiment dirett barrani għall-finijiet ta' sigurtà jew ta' ordni pubbliku.


Top