This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0325
Council Decision (CFSP) 2019/325 of 25 February 2019 amending Decision 2012/642/CFSP concerning restrictive measures against Belarus
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/325 tal-25 ta' Frar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/325 tal-25 ta' Frar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
ST/6278/2019/INIT
ĠU L 57, 26.2.2019, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012D0642 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 27/02/2019 | |
Extended validity | 32012D0642 | 27/02/2019 | 28/02/2020 |
26.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/325
tal-25 ta' Frar 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
(2) |
Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2020. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 8
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2020.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).