This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R2025
Council Regulation (EU) 2018/2025 of 17 December 2018 fixing for 2019 and 2020 the fishing opportunities for Union fishing vessels for certain deep-sea fish stocks
Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020
Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020
ST/14418/2018/INIT
ĠU L 325, 20.12.2018, p. 7–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2019
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32018R2025R(01) | ||||
Modified by | 32019R1601 | Sostituzzjoni | anness tabella | 01/07/2019 |
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/7 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/2025
tas-17 ta' Diċembru 2018
li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jistipula li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, irid jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jitqies il-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mfasslin mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
(3) |
Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, fosthom ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, kif xieraq. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jitqassmu fost l-Istati Membri b'mod li tkun żgurata l-istabbiltà relattiva għal kull Stat Membru fl-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew għal kull tip ta' sajd u billi jitqiesu kif imiss l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd (il-PKS) stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(4) |
Jenħtieġ li l-qabdiet totali permissibbli (“TACs”) jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi, u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet li jkunu ngħadu waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari mal-kunsilli konsultattivi kkonċernati. |
(5) |
Meta TAC marbuta ma' stokk partikolari tiġi allokata lil Stat Membru wieħed biss, ikun xieraq li dak l-Istat Membru jingħata s-setgħa jiddeċiedi l-livell tat-tali TAC skont l-Artikolu 2(1) tat-Trattat. Jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li, meta jkun qed jistabbilixxi dak il-livell tat-TAC, l-Istat Membru kkonċernat jaġixxi b'mod li jkun konsistenti għalkollox mal-prinċipji u mar-regoli tal-PKS. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (2) daħħal kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni tat-TACs minn sena għall-oħra li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi skont l-Artikolu 3 u 4 ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4 ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari abbażi tal-istat bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal mekkaniżmu ta' flessibbiltà ieħor minn sena għall-oħra għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika l-obbligu ta' ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta' sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-għanijiet tal-PKS u li twassal għad-deterjorament tal-qagħda bijoloġika tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(7) |
L-obbligu tal-ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 qed jiddaħħal bil-mod il-mod għat-tipi ta' sajd differenti. Fir-reġjuni koperti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li mill-1 ta' Jannar 2019 'il quddiem jinħattu l-art il-qabdiet kollha tal-ispeċijiet li għalihom hemm limiti tal-qbid. L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li, meta jiddaħħal l-obbligu ta' ħatt l-art għal stokk ta' ħut partikolari, l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu stabbiliti billi titqies il-bidla mill-istabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-ħatt l-art għall-istabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-qabdiet. Madankollu, jingħataw eżenzjonijiet speċifiċi mill-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4) sa (7) ta' dak ir-Regolament. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti li ppreżentaw l-Istati Membri u skont l-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni adottat għadd ta' regolamenti delegati li jistabbilixxu pjanijiet speċifiċi għall-iskartar tal-ħut applikabbli għal perijodu inizjali ta' mhux aktar minn tliet snin, li jista' jiġġedded bi tliet snin oħra, u li jimplimentaw l-obbligu tal-ħatt l-art. |
(8) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu f'konformità mal-ftehimiet u l-prinċipji internazzjonali, bħall-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut transżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (3), u skont il-prinċipji dettaljati ta' ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Fond fl-Ibħra Internazzjonali maħruġa mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2008, li skonthom, b'mod partikolari, jenħtieġ li regolatur ikun iktar kawt meta ma jkunx ċert mill-informazzjoni jew meta l-informazzjoni ma tkunx affidabbli jew ma tkunx biżżejjed. Jenħtieġ li n-nuqqas ta' biżżejjed informazzjoni xjentifika ma jservix ta' raġuni biex jiġu posposti l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni jew biex dawn ma jittiħdux. |
(9) |
Il-kwota tat-TAC u tal-Unjoni għaċ-ċinturin iswed f'ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6, 7 u 12 jenħtieġ li tiġi stabbilita filwaqt li jittieħed kont li hemm qabdiet ta' pajjiżi terzi minn dak l-istokk u li l-Unjoni jenħtieġ li jkollha opportunitajiet għas-sajd li jikkorrispondu għas-sehem ta' qabdiet storiċi minn dak l-istokk. |
(10) |
Fid-dawl tal-parir tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd, minħabba livell għoli ta' adozzjoni tal-kwota u fid-dawl tal-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art sħiħ fl-2019, is-sajd dirett ma għandux ikun permess għall-fonsa l-ħamra fis-subżoni 3 sa 10, 12 u 14 (fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Majjistral u tal-Lbiċ) u t-TAC jenħtieġ li jiġi stabbilit għall-qabdiet aċċessorji biss. |
(11) |
Skont il-parir tal-ICES, l-osservazzjonijiet limitati abbord juru li l-grenadier rasu raffa kien jammonta għal inqas minn 1 % mill-qabdiet irrappurtati tal-grenadier imnieħru tond. Abbażi ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-ICES huwa tal-parir li ma għandu jkun hemm l-ebda sajd dirett għall-grenadier rasu raffa u li l-qabdiet aċċessorji tiegħu għandhom jingħaddu mat-TAC għall-grenadier imnieħru tond sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-potenzjal li jkun hemm irrappurtar żbaljat tal-ispeċijiet. L-ICES jindika li hemm differenzi konsiderevoli, li jmorru lil hinn minn ordni wieħed ta' kobor (jiġifieri ta' iktar minn għaxar darbiet), bejn il-proporzjonijiet relattivi tal-grenadier imnieħru tond u tal-grenadier rasu raffa rrappurtati fil-ħatt l-art uffiċjali u fil-qabdiet osservati u fl-istħarriġ xjentifiku fiż-żoni fejn bħalissa jsir is-sajd għall-grenadier rasu raffa. Id-data disponibbli għal din l-ispeċi hija limitata ħafna, u l-ICES iqis li xi data tal-ħatt l-art irrappurtata kienet każ ta' rrappurtar żbaljat tal-ispeċijiet. Minħabba f'hekk, ma jistax jiġi stabbilit rekord storiku preċiż tal-qabdiet tal-grenadier rasu raffa. Għalhekk, skont il-parir xjentifiku, jenħtieġ li l-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa jkunu limitati għal 1 % mill-kwota ta' kull Stat Membru għall-grenadier imnieħru tond u li dawn il-qabdiet jingħaddu ma' dik il-kwota. Jekk il-grenadier rasu raffa jitqies biss bħala qabda aċċessorja tal-qabdiet tal-grenadier imnieħru tond u jitqies li jifforma parti mill-istess TAC, ma jkunx hemm iktar żbalji fir-rappurtar tiegħu. |
(12) |
Fid-dawl tal-parir tal-ICES, huwa xieraq li t-TAC għall-paġella ħamra fis-subżoni 6, 7 u 8 tal-ICES (fl-ilmijiet tal-Majjistral) tinżamm bħala TAC għall-qabdiet aċċessorji biss. |
(13) |
Il-paġella ħamra tinqabad fiż-żoni rilevanti tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (is-CECAF) u tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM), li l-konfini tagħhom imissu mas-subżona 9 tal-ICES. Minħabba li d-data tal-ICES għal dawk iż-żoni li jmissu ma' dik is-subżona mhix kompluta, jenħtieġ li l-ambitu tat-TAC jibqa' limitat għas-subżona 9 tal-ICES. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta' ġestjoni jseħħu fuq l-aqwa bażi disponibbli, saru dispożizzjonijiet għar-rappurtar tad-data b'rabta ma' dawk iż-żoni li jmissu ma' dik is-subżona. |
(14) |
Fil-każ tal-paġella ħamra fis-subżona 10 tal-ICES, l-ICES ma ta l-ebda parir għall-2020. Madankollu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd kemm għall-2019 u kemm għall-2020. Huwa possibbli li meta jinħareġ il-parir xjentifiku għall-2020, ikun hemm bżonn jiġu emendati kif opportun l-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti minn dan ir-Regolament. |
(15) |
Fid-dawl tal-livell baxx ta' adozzjoni tal-kwota u minħabba l-fatt li mhu qed isir l-ebda sajd immirat lejn dan l-istokk, jenħtieġ li ma tkomplix tiġi stabbilita t-TAC għaċ-ċinturin l-iswed fis-subżoni 1 sa 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak). |
(16) |
Jenħtieġ li ma jkomplux jiġu stabbiliti t-TACs għall-grenadier imnieħru tond fis-subżoni 1, 2 u 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana) u għal-lipp abjad fis-subżoni 1 sa 10, 12 u 14 tal-ICES. Il-parir tal-ICES jistabbilixxi li n-nuqqas ta' TACs mhu se jwassal għall-ebda riskju ta' sfruttament mhux sostenibbli jew se jwassal għal riskju baxx ħafna ta' dan. |
(17) |
L-ICES jagħti parir li l-mera tal-Atlantiku ma tinqabadx qabel l-2020. Huwa xieraq li jkunu pprojbiti s-sajd, iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' dik l-ispeċi minħabba li l-istokk tagħha naqas ferm u mhux qed jirkupra. Skont l-ICES, mill-2010 'l hawn ma sar l-ebda sajd dirett għall-mera tal-Atlantiku fil-Grigal tal-Atlantiku min-naħa tal-Unjoni. |
(18) |
L-ICES jagħti parir li l-mortalità mis-sajd ta' klieb il-baħar tal-fond jenħtieġ li titnaqqas u ma jiġi permess l-ebda sajd immirat. Il-klieb il-baħar tal-fond huma speċijiet li jgħixu fit-tul b'rati baxxi ta' riproduzzjoni u malajr ġew sfruttati żżejjed. Għalhekk, l-opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet bħal dawn jenħtieġ li jkunu ristretti bis-sħiħ permezz ta' projbizzjoni ġenerali tas-sajd għal dawk l-ispeċijiet. Madankollu, sajd artiġjanali dirett fil-baħar fond għaċ-ċinturin iswed li juża konzijiet ikollu qabdiet inċidentali inevitabbli ta' klieb il-baħar tal-baħar fond li bħalissa qed jiġu mormija mejtin. Il-konzijiet huma rikonoxxuti bħala rkaptu tas-sajd selettiv f'dan is-sajd. Madankollu anki b'dan l-irkaptu kien inevitabbli li l-klieb il-baħar tal-baħar fond jinqabdu b'mod aċċidentali. Għalhekk, jenħtieġ li tinżamm TAC restrittiva għall-qabdiet inċidentali inevitabbli ta' dawk l-ispeċijiet f'sajd diretti għaċ-ċinturin l-iswed li juża l-konzijiet. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jiżviluppaw aktar miżuri reġjonali ta' ġestjoni għas-sajd taċ-ċinturin l-iswed bil-ħsieb li jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond. Barra minn hekk, jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' ġbir tad-data għall-klieb il-baħar tal-fond sabiex jiġi żgurat li dawk l-istokkijiet jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib. L-iffissar ta' allowance għall-qabdiet inċidentali fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżoni 5 sa 9 tal-ICES, fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżona 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-istabbiltà relattiva fir-rigward ta' klieb il-baħar tal-fond f'dawk iż-żoni. |
(19) |
Biex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2019. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw l-applikazzjoni fil-ħin ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mill-ewwel malli jiġi ppubblikat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd annwali għall-2019 u għall-2020 li huma disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet tal-ħut ta' ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:
|
(b) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru; |
(c) |
“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-ebda Stat; |
(d) |
“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjonijiet kwantitattivi tax-xejriet fi stokk partikolari, abbażi ta' data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament ta' dak l-istokk, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija ta' kwalità biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qabdiet fil-ġejjieni. |
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:
(a) |
iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
(b) |
iż-żoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
Artikolu 3
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni jew f'ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, l-allokazzjoni tat-tali TACs fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn hu xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
TACs li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri
1. Il-Portugall għandu jistabbilixxi t-TAC għaċ-ċinturin l-iswed fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF.
2. It-TAC li l-Portugall irid jistabbilixxi għandha:
(a) |
tkun konsistenti mal-prinċipji u mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, b'mod partikolari mal-prinċipju tal-isfruttament sostenibbli tal-istokk; u |
(b) |
twassal għal dan li ġej:
|
3. Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena li matulha jkun japplika dan ir-Regolament, il-Portugall għandu jibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif li ġej:
(a) |
it-TAC li jkun adotta; |
(b) |
id-data li jkun ġabar u jkun ivvaluta u li fuqha jkun sejjes it-TAC li jkun adotta; |
(c) |
id-dettalji dwar kif it-TAC li jkun adotta tkun tikkonforma mal-paragrafu 2. |
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
1. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit f'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għas-segwenti:
(a) |
għall-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(b) |
għat-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (6); |
(c) |
għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
(d) |
għall-ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(e) |
għall-kwantitajiet miżmumin skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(f) |
għat-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
2. L-Anness ta' dan ir-Regolament jidentifika l-istokkijiet li għalihom hemm TACs prekawzjonarji jew analitiċi għall-finijiet tal-ġestjoni tat-TACs u tal-kwoti previsti fir-Regolament (KE) Nru 847/96 minn sena għall-oħra.
3. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet li għalihom hemm TACs prekawzjonarji, filwaqt li l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet li għalihom hemm TACs analitiċi, ħlief fejn hu speċifikat mod ieħor fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
4. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet biex jinħattu l-art il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji
Il-qabdiet li għalihom ma japplikax l-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk dawn:
(a) |
ikunu saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li jkollu kwota għalihom u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita; jew |
(b) |
ikunu jikkonsistu f'sehem minn kwota tal-Unjoni li ma tkunx ġiet allokata fost l-Istati Membri fil-forma ta' kwoti, u dik il-kwota tal-Unjoni ma tkunx ġiet eżawrita. |
Artikolu 7
Projbizzjoni
1. Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistadu għall-mera tal-Atlantiku (Hoplostethus atlanticus) fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżoni 1 sa 10, 12 u 14 tal-ICES u li dawn iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art il-mera tal-Atlantiku maqbuda f'dawk iż-żoni.
2. Għandu jkun ipprojbit għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għal klieb il-baħar tal-fond fis-subżoni 5 sa 9 tal-ICES, fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżona 10 tal-ICES, fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 12 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 u biex iżommu abbord, jittrażbordaw, jirrilokaw jew iħottu l-art klieb il-baħar tal-fond maqbuda f'dawk iż-żoni, bl-eċċezzjoni ta' każijiet fejn it-TACs japplikaw għal qabdiet inċidentali għaċ-ċinturin l-iswed li juża l-konzijiet kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 8
Trażmissjoni tad-data
Meta l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KÖSTINGER
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(3) Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 relatati mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut transżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).
(4) Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
(5) Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).
(6) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(7) Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).
ANNESS
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
PARTI 1
Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet
1. |
Fil-lista stabbilita fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, l-istokkijiet tal-ħut jissemmew skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Madankollu, il-klieb il-baħar tal-fond huma mniżżlin fil-bidu ta' dik il-lista. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva segwenti tal-ismijiet komuni u tal-ismijiet bil-Latin:
|
2. |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “il-klieb il-baħar tal-fond” tfisser il-lista tal-ispeċijiet segwenti:
|
PARTI 2
L-opportunitajiet tas-sajd annwali (f'tunnellati ta' piż ħaj)
Speċi: |
Klieb il-baħar tal-fond |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6, 7, 8 u 9 (DWS/56789-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
L-Unjoni |
7 (1) |
7 (1) |
|
|
|
It-TAC |
7 (1) |
7 (1) |
|
TAC prekawzjonarja Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 |
Speċi: |
Klieb il-baħar tal-fond |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 10 (DWS/10-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Il-Portugall |
7 (2) |
7 (2) |
|
|
|
L-Unjoni |
7 (2) |
7 (2) |
|
|
|
It-TAC |
7 (2) |
7 (2) |
|
TAC prekawzjonarja Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 |
Speċi: |
Klieb il-baħar tal-fond |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 tas-CECAF (DWS/F3412C) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
L-Unjoni |
7 (3) |
7 (3) |
|
|
|
It-TAC |
7 (3) |
7 (3) |
|
TAC prekawzjonarja Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 |
Speċi: |
Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6, 7 u 12 (BSF/56712-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
28 |
28 |
|
|
|
L-Estonja |
14 |
14 |
|
|
|
L-Irlanda |
71 |
71 |
|
|
|
Spanja |
140 |
140 |
|
|
|
Franza |
1 976 |
1 976 |
|
|
|
Il-Latvja |
92 |
92 |
|
|
|
Il-Litwanja |
1 |
1 |
|
|
|
Il-Polonja |
1 |
1 |
|
|
|
Ir-Renju Unit |
140 |
140 |
|
|
|
Pajjiżi oħrajn |
7 (4) |
7 (4) |
|
|
|
L-Unjoni |
2 470 |
2 470 |
|
|
|
It-TAC |
2 470 |
2 470 |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċi: |
Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9 u 10 (BSF/8910-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Spanja |
9 |
9 |
|
|
|
Franza |
22 |
22 |
|
|
|
Il-Portugall |
2 801 |
2 801 |
|
|
|
L-Unjoni |
2 832 |
2 832 |
|
|
|
It-TAC |
2 832 |
2 832 |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċi: |
Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 34.1.2 tas-CECAF (BSF/C3412-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Il-Portugall |
Għad irid jiġu stabbiliti |
Għad irid jiġu stabbiliti |
|
|
|
L-Unjoni |
Għad irid jiġu stabbiliti (5) |
Għad irid jiġu stabbiliti (5) |
|
|
|
It-TAC |
Għad irid jiġu stabbiliti (5) |
Għad irid jiġu stabbiliti (5) |
|
TAC prekawzjonarja Japplika l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. |
Speċi: |
Fonsa ħamra Beryx spp. |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14 (ALF/3X14-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
L-Irlanda |
8 (6) |
8 (6) |
|
|
|
Spanja |
57 (6) |
57 (6) |
|
|
|
Franza |
15 (6) |
15 (6) |
|
|
|
Il-Portugall |
164 (6) |
164 (6) |
|
|
|
Ir-Renju Unit |
8 (6) |
8 (6) |
|
|
|
L-Unjoni |
252 (6) |
252 (6) |
|
|
|
It-TAC |
252 (6) |
252 (6) |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċi: |
Grenadier imnieħru tond Coryphaenoides rupestris |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 3 (RNG/03-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Id-Danimarka |
|
|
|||
Il-Ġermanja |
|
|
|||
L-Iżvezja |
|
|
|||
L-Unjoni |
|
|
|||
It-TAC |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċi: |
Grenadier imnieħru tond Coryphaenoides rupestris |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7 (RNG/5B67-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
|
|
|||
L-Estonja |
|
|
|||
L-Irlanda |
|
|
|||
Spanja |
|
|
|||
Franza |
|
|
|||
Il-Litwanja |
|
|
|||
Il-Polonja |
|
|
|||
Ir-Renju Unit |
|
|
|||
Pajjiżi oħrajn |
|
|
|||
L-Unjoni |
|
|
|||
It-TAC |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċi: |
Grenadier imnieħru tond Coryphaenoides rupestris |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9, 10, 12 u 14 (RNG/8X14-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
|
|
|||
L-Irlanda |
|
|
|||
Spanja |
|
|
|||
Franza |
|
|
|||
Il-Latvja |
|
|
|||
Il-Litwanja |
|
|
|||
Il-Polonja |
|
|
|||
Ir-Renju Unit |
|
|
|||
L-Unjoni |
|
|
|||
It-TAC |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċi: |
Paġella ħamra Pagellus bogaraveo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6, 7 u 8 (SBR/678-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
L-Irlanda |
3 (14) |
3 (14) |
|
|
|
Spanja |
94 (14) |
84 (14) |
|
|
|
Franza |
5 (14) |
4 (14) |
|
|
|
Ir-Renju Unit |
12 (14) |
11 (14) |
|
|
|
Pajjiżi oħrajn |
3 (14) |
3 (14) |
|
|
|
L-Unjoni |
117 (14) |
105 (14) |
|
|
|
It-TAC |
117 (14) |
105 (14) |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċi: |
Paġella ħamra Pagellus bogaraveo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 9 (15) (SBR/9-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Spanja |
117 |
117 |
|
|
|
Il-Portugall |
32 |
32 |
|
|
|
L-Unjoni |
149 |
149 |
|
|
|
It-TAC |
149 |
149 |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċi: |
Paġella ħamra Pagellus bogaraveo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 10 (SBR/10-) |
||
Sena |
2019 |
2020 |
|
|
|
Spanja |
5 |
5 |
|
|
|
Il-Portugall |
566 |
566 |
|
|
|
Ir-Renju Unit |
5 |
5 |
|
|
|
L-Unjoni |
576 |
576 |
|
|
|
It-TAC |
576 |
576 |
|
TAC prekawzjonarja
|
(1) Esklussivament għal qabdiet inċidentali fis-sajd għaċ-ċinturin iswed li juża l-konzijiet. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.
(2) Esklussivament għal qabdiet inċidentali fis-sajd għaċ-ċinturin iswed li juża l-konzijiet. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.
(3) Esklussivament għal qabdiet inċidentali fis-sajd għaċ-ċinturin iswed li juża l-konzijiet. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.
(4) Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.
(5) Stabbiliti fl-istess kwantità bħall-kwota għall-Portugall.
(6) Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.
(7) Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota
(8) Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/03-) għandhom jingħaddu ma' din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.
(9) Fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9, 10, 12 u 14 jista' jiġi mistad ammont massimu ta' 10 % minn kull kwota (RHG/*8X14 - għall-grenadier imnieħru tond; RHG/*8X14 - għall-qabdiet inċidentali tal-grenadier rasu raffa).
(10) Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/5B67-) għandhom jingħaddu ma' din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.
(11) Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett.
(12) Fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7 jista' jiġi mistad ammont massimu ta' 10 % minn kull kwota (RNG/*5B67- għall-grenadier imnieħru tond; RHG/*5B67 - għall-qabdiet inċidentali tal-grenadier rasu raffa).
(13) Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/8X14-) għandhom jingħaddu ma' din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.
(14) Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.
(15) Madankollu, il-qabdiet fiż-żona 37.1.1 tal-GFCM għandhom jiġu rrappurtati (SBR/F3711). Madankollu, il-qabdiet fiż-żona 34.1.11 tas-CECAF għandhom jiġu rrappurtati (SBR/F34111).