This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1977
Council Regulation (EU) 2018/1977 of 11 December 2018 opening and providing for the management of autonomous Union tariff quotas for certain fishery products for the period 2019–2020
Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1977 tal-11 ta' Diċembru 2018 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019 – 2020
Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1977 tal-11 ta' Diċembru 2018 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019 – 2020
ST/14460/2018/INIT
ĠU L 317, 14.12.2018, p. 2–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2019
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32018R1977R(01) | (RO) | |||
Corrected by | 32018R1977R(02) | ||||
Corrected by | 32018R1977R(03) | (HU) | |||
Modified by | 32020R0231 | Żieda | anness Test | 01/01/2019 | |
Modified by | 32020R0231 | Sostituzzjoni | anness Test | 01/01/2019 |
14.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1977
tal-11 ta' Diċembru 2018
li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019 – 2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bħalissa, il-provvisti tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd jiddependu fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar 21 sena, l-Unjoni saret tiddependi aktar fuq l-importazzjoni biex tissodisfa l-konsum tagħha tal-prodotti tas-sajd. Sabiex il-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd fl-Unjoni ma titqegħidx f'periklu u sabiex tiġi żgurata provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li d-dazji tal-importazzjoni jiġu sospiżi jew jitnaqqsu għal għadd ta' prodotti tas-sajd fil-kuntest ta' kwoti tariffarji ta' volum xieraq. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni, jenħtieġ li titqies is-sensittività tal-prodotti tas-sajd individwali fis-suq tal-UE.. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 (1), li ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1184 (2), fetaħ u ppreveda l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016 – 2018. Minħabba li l-perijodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/2265 jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018, jenħtieġ li jiġi adottat Regolament ġdid li jipprevedi l-kwoti tariffarji għall-perijodu 2019 – 2020. |
(3) |
Aċċess ugwali u mingħajr interruzzjoni għall-kwoti tariffarji previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi żgurat għall-importaturi kollha tal-Unjoni, u jenħtieġ li r-rati stabbiliti għall-kwoti tariffarji jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm ikunu ntużaw il-kwoti tariffarji kollha. |
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3) jipprevedi sistema ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġiku tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jamministraw il-kwoti tariffarji miftuħin permezz ta' dan ir-Regolament skont dik is-sistema. |
(5) |
Huwa importanti li jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati kollha. Minħabba li l-kwoti tariffarji huma maħsubin biex jiżguraw provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm rekwiżit ta' trattament minimu jew operazzjoni minima biex wieħed ikollu dritt għall-kwota. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-ġestjoni komuni tal-kwoti tariffarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu l-kwantitajiet neċessarji mill-ammont tal-kwota tariffarja li jkunu jikkorrispondu mal-importazzjonijiet reali tagħhom. Minħabba li dan il-metodu ta' ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tagħmel monitoraġġ tar-rata li biha jkunu qed jintużaw il-kwoti tariffarji u li hija tgħarraf lill-Istati Membri b'dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jitnaqqsu jew jiġu sospiżi fil-kuntest tal-kwoti tariffarji bir-rati, għall-perijodi u sal-ammonti indikati fih.
Artikolu 2
Il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandha ssir skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament (UE) 2015/2447.
Artikolu 3
Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni doganali tal-użu aħħari skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Artikolu 4
1. It-tnaqqis jew is-sospensjoni tad-dazji tal-importazzjoni għandhom japplikaw biss għall-prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.
2. Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għal dawk il-prodotti li jiġu pproċessati fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew tal-catering.
3. Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin biss għal waħda jew iktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:
— |
it-tindif, it-tiswija u l-qtugħ tad-denb u tar-ras; |
— |
il-qtugħ; |
— |
l-ippakkjar mill-ġdid ta' fletti ffriżati malajr individwalment; |
— |
it-teħid ta' kampjuni u l-għażla; |
— |
it-tikkettar; |
— |
l-ippakkjar; |
— |
it-tkessiħ; |
— |
l-iffriżar; |
— |
l-iffriżar qawwi; |
— |
l-igglejżjar; |
— |
it-taħlil; |
— |
is-separazzjoni. |
4. Minkejja l-paragrafu 3, il-kwoti tariffarji għandhom ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin għal waħda jew iktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:
— |
it-tqattigħ f'kubi; |
— |
it-tqattigħ fi ċrieki u fi strixxi tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0307 43 91, 0307 43 92, 0307 43 99; |
— |
l-iffilettjar; |
— |
il-produzzjoni tal-qatgħat; |
— |
il-qtugħ ta' blokok iffriżati; |
— |
is-separazzjoni ta' blokok iffriżati ta' fletti b'folja bejniethom biex jinkisbu fletti individwali; |
— |
it-tqattigħ f'fetet tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM ex 0303 66 11, 0303 66 12, 0303 66 13, 0303 66 19, 0303 89 70, 0303 89 90; |
— |
l-ipproċessar tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0306 16 99 (fis-sottodiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 0306 17 92 (fis-sottodiviżjoni 20 tat-TARIC), 0306 17 99 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC), 0306 35 90 (fis-sottodiviżjonijiet 12, 14, 92 u 93 tat-TARIC), 0306 36 90 (fis-sottodiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 1605 21 90 (fis-sottodiviżjonijiet 45, 55 u 62 tat-TARIC) u 1605 29 00 (fis-sottodiviżjonijiet 50, 55 u 60 tat-TARIC) bil-gassijiet tal-ippakkjar kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
— |
id-diviżjoni tal-prodott iffriżat jew trattament bis-sħana tal-prodott iffriżat biex jippermetti t-tneħħija ta' skart intern għal prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0306 11 10 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC), 0306 11 90 (fis-sottodiviżjoni 20 tat-TARIC) u 0306 31 00 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC). |
Artikolu 5
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll tajbin tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016-2018 (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 4).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1184 tat-18 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2265 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018 (ĠU L 196, 21.7.2016, p. 1).
(3) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(4) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5) Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
ANNESS
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tat-TARIC |
Deskrizzjoni |
Ammont annwali tal-kwota (f'tunnellati) (1) |
Dazju fuq il-kwota |
Perijodu tal-kwota |
09.2746 |
ex 0302 89 90 |
30 |
Red snapper tan-Nofsinhar (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar |
1 500 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
09.2748 |
ex 0302 91 00 |
95 |
Bajd tal-ħut kontenut fil-membrana tal-ovarju, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar |
5 700 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0303 91 90 |
91 |
|||||
ex 0305 20 00 |
30 |
|||||
09.2750 |
ex 0305 20 00 |
35 |
Bajd tal-ħut, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-manifattura ta' sostituti tal-kavjar |
1 500 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
09.2754 |
ex 0303 59 10 |
10 |
Inċova (Engraulis anchoita u Engraulis capensis), iffriżata, għall-ipproċessar |
500 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
09.2759 |
ex 0302 51 10 |
20 |
Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, minbarra l-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar |
95 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0302 51 90 |
10 |
|||||
ex 0302 59 10 |
10 |
|||||
ex 0303 63 10 |
10 |
|||||
ex 0303 63 30 |
10 |
|||||
ex 0303 63 90 |
10 |
|||||
ex 0303 69 10 |
10 |
|||||
09.2760 |
ex 0303 66 11 |
10 |
Merluzz (Merluccius spp., minbarra Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u pink cusk-eel (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżati, għall-ipproċessar |
12 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0303 66 12 |
10 |
|||||
ex 0303 66 13 |
10 |
|||||
ex 0303 66 19 |
11 |
|||||
|
91 |
|||||
ex 0303 89 70 |
10 |
|||||
ex 0303 89 90 |
30 |
|||||
09.2761 |
ex 0304 79 50 |
10 |
Grenadier ikħal (Macruronus spp.), fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar |
17 500 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0304 79 90 |
11 |
|||||
|
17 |
|||||
ex 0304 95 90 |
11 |
|||||
|
17 |
|||||
09.2765 |
ex 0305 62 00 |
20 |
Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew affumikat, għall-ipproċessar |
3 500 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
|
25 |
|||||
|
29 |
|||||
ex 0305 69 10 |
10 |
|||||
09.2770 |
ex 0305 63 00 |
10 |
Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew iffumikata, għall-ipproċessar |
2 500 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
09.2772 |
ex 0304 93 10 |
10 |
Surimi, iffriżat, għall-ipproċessar |
60 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0304 94 10 |
10 |
|||||
ex 0304 95 10 |
10 |
|||||
ex 0304 99 10 |
10 |
|||||
09.2774 |
ex 0304 74 15 |
10 |
Merluzz tal-Paċifiku tat-Tramuntana (Merluccius productus) u merluzz Arġentin (merluzz tal-Atlantiku tal-Lbiċ) (Merluccius hubbsi), fletti ffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar |
25 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0304 74 19 |
10 |
|||||
ex 0304 95 50 |
10 |
|||||
|
20 |
|||||
09.2776 |
ex 0304 71 10 |
10 |
Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti ffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar |
50 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0304 71 90 |
10 |
|||||
ex 0304 95 21 |
10 |
|||||
ex 0304 95 25 |
10 |
|||||
09.2777 |
ex 0303 67 00 |
10 |
Merluzz tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar |
320 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0304 75 00 |
10 |
|||||
ex 0304 94 90 |
10 |
|||||
09.2778 |
ex 0304 83 90 |
21 |
Pixxiċatt, fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra), għall-ipproċessar |
10 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0304 99 99 |
65 |
|||||
09.2785 |
ex 0307 43 91 |
10 |
Tubi (2) tal-klamar (Ommastrephes spp., minbarra Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati, bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar |
28 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0307 43 92 |
10 |
|||||
ex 0307 43 99 |
21 |
|||||
09.2786 |
ex 0307 43 91 |
20 |
Klamar (Ommastrephes spp., minbarra Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, sħiħ jew it-tentakli u l-pinen, għall-ipproċessar |
5 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0307 43 92 |
20 |
|||||
ex 0307 43 99 |
29 |
|||||
09.2788 |
ex 0302 41 00 |
10 |
Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), b'piż ta' iktar minn 100 g kull biċċa jew qatgħat b'piż ta' iktar minn 80 g kull biċċa, minbarra l-fwied u l-bajd, għall-ipproċessar |
8 000 |
0 % |
1.10.2019-31.12.2019 1.10.2020-31.12.2020 |
ex 0303 51 00 |
10 |
|||||
ex 0304 59 50 |
10 |
|||||
ex 0304 99 23 |
10 |
|||||
09.2790 |
ex 1604 14 26 |
10 |
Fletti magħrufin bħala “lojns” tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar |
30 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 1604 14 36 |
10 |
|||||
ex 1604 14 46 |
11 |
|||||
|
21 |
|||||
|
92 |
|||||
|
94 |
|||||
09.2794 |
ex 1605 21 90 |
45 |
Gambli tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar |
7 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
|
62 |
|||||
|
50 |
|||||
ex 1605 29 00 |
55 |
|||||
09.2798 |
ex 0306 16 99 |
20 |
Gambli tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, bil-qoxra, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar |
4 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
|
30 |
|||||
ex 0306 35 90 |
12 |
|||||
|
14 |
|||||
|
92 |
|||||
|
93 |
|||||
09.2800 |
ex 1605 21 90 |
55 |
Gambli tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar |
3 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 1605 29 00 |
60 |
|||||
09.2802 |
ex 0306 17 92 |
20 |
Gambli tal-ispeċi Penaeus vannamei u Penaeus monodon, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, mhux imsajrin, għall-ipproċessar |
40 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0306 36 90 |
30 |
|||||
09.2824 |
ex 0302 52 00 |
10 |
Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), frisk, imkessaħ jew iffriżat, bir-ras maqtugħa, bil-garġi mneħħija u msewwi, għall-ipproċessar |
3 500 |
2,6 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0303 64 00 |
10 |
|||||
09.2826 |
ex 0306 17 99 |
10 |
Gambli tal-ispeċi Pleoticus muelleri, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar |
4 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0306 36 90 |
20 |
|||||
09.2804 |
ex 1605 40 00 |
40 |
Dnub taċ-ċkal tal-ispeċi Procambarus clarkii, imsajrin, għall-ipproċessar |
4 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
09.2762 |
ex 0306 11 10 |
10 |
Rock lobster u awwist imxewwek ieħor (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ħaj, imkessaħ, iffriżat, għall-ipproċessar |
200 |
6 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0306 11 90 |
20 |
|||||
ex 0306 31 00 |
10 |
|||||
09.2784 (3) |
ex 1605 10 00 |
21 |
Granċijiet tal-ispeċi “King” (Paralithodes camchaticus), “Hanasaki” (Paralithodes brevipes), “Kegani” (Erimacrus isenbecki), “Queen” u “Snow” (Chionoecetes spp.), “Red” (Geryon quinquedens), “Rough stone” (Neolithodes asperrimus), Lithodes santolla, “Mud” (Scylla serrata), “Blue” (Portunus spp.), sempliċiment mgħollijin fl-ilma u mqaxxrin, kemm jekk iffriżati kif ukoll jekk le, f'ippakkjar immedjat b'kontenut nett ta' 2 kg jew aktar, għall-ipproċessar |
500 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
|
95 |
|||||
09.2822 |
ex 0303 11 00 |
20 |
Salamun tal-Paċifiku, bir-ras maqtugħa u mnaddaf, iffriżat, tal-ispeċi Oncorhynchus nerka (salamun aħmar) u Oncorhynchus kisutch, għall-ipproċessar |
10 000 |
0 % |
1.1.2019-31.12.2020 |
ex 0303 12 00 |
20 |
(1) Mogħti f'piż nett, sakemm ma jingħadx mod ieħor.
(2) Ġisem iċ-ċefalopod jew il-klamar mingħajr ras u mingħajr tentakli, bil-ġilda u bil-pinen.
(3) Din il-kwota tariffarja (09.2784) titħassar awtomatikament mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara li jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat b'mod proviżorju, skont liema jiġi l-ewwel, il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam.