Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1967

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1967 tat-12 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza paromomycin fir-rigward tal-limitu massimu ta' residwi tagħha (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/8281

    ĠU L 316, 13.12.2018, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1967/oj

    13.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 316/6


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1967

    tat-12 ta' Diċembru 2018

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza paromomycin fir-rigward tal-limitu massimu ta' residwi tagħha

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, jirrikjedi li l-limitu massimu ta' residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsubin għall-użu fl-Unjoni fi prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fi prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali jrid jiġi stabbilit f'Regolament.

    (2)

    It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

    (3)

    Is-sustanza paromomycin hija diġà inkluża f'dik it-tabella bħala sustanza permessa għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel, applikabbli għall-muskoli, il-fwied u l-kliewi.

    (4)

    Ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“EMA”) sabiex l-entrata eżistenti għal paromomycin tiġi estiża għall-bajd tat-tiġieġ.

    (5)

    Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA rrakkomandat li jiġi stabbilit MRL għall-paromomycin fil-bajd tat-tiġieġ.

    (6)

    B'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA trid tikkunsidra tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn.

    (7)

    L-EMA kkunsidrat li tkun xierqa l-estrapolazzjoni tal-entrata għall-paromomycin għall-bajd tal-ispeċijiet tat-tjur kollha.

    (8)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan.

    (9)

    Huwa xieraq li l-partijiet interessati kkonċernati jingħataw perjodu ta' żmien raġonevoli biex jieħdu l-miżuri li jaf ikunu meħtieġa biex jikkonformaw mal-MRL ġdid.

    (10)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-11 ta' Frar 2019.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


    ANNESS

    Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata għas-sustanza “paromomycin” hija sostitwita b'dan li ġej:

    Sustanza farmakoloġikament attiva

    Residwu markatur

    Speċi tal-annimali

    MRL

    Tessuti fil-mira

    Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

    Klassifikazzjoni Terapewtika

    “Paromomycin

    Paromomycin

    L-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel

    500 μg/kg

    Muskoli

    Għall-ħut bil-ġewnaħ l-MRL tal-muskolu jirrigwarda “muskolu u ġilda fi proporzjonijiet naturali”.

    L-MRLs għall-fwied u l-kliewi ma japplikawx għall-ħut bil-ġewnaħ.

    Mhux għall-użu f'annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

    Aġenti li jaġixxu kontra l-infezzjonijiet/Antibijotiċi”

    1 500 μg/kg

    Fwied

    1 500 μg/kg

    Kliewi

    200 μg/kg

    Bajd


    Top