Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1900

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1900 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 22 sa 24 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Pollakka

    C/2018/8276

    ĠU L 310, 6.12.2018, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1900/oj

    6.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1900

    tat-30 ta' Novembru 2018

    li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 22 sa 24 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Pollakka

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

    (2)

    Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

    (3)

    Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    João AGUIAR MACHADO

    Direttur Ġenerali

    Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 tas-27 ta' Ottubru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 1).


    ANNESS

    Numru

    30/TQ1970

    Stat Membru

    Il-Polonja

    Stokk

    COD/3BC+24

    Speċi

    Il-bakkaljaw (Gadus morhua)

    Żona

    Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

    Data tal-għeluq

    4.10.2018


    Top