EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1628

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 tat-30 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet ta' sajd f'ilmijiet oħra

ST/13230/2018/INIT

ĠU L 272, 31.10.2018, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1628/oj

31.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1628

tat-30 ta' Ottubru 2018

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet ta' sajd f'ilmijiet oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jesiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli inkluż, fejn rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u minn korpi konsultattivi oħra, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe parir mogħti minn Kunsilli Konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi jew oqsma ta' kompetenza rilevanti u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri.

(2)

Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b'mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk jew attività tas-sajd filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-għan tal-PKS huwa li tintlaħaq ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 sa fejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.

(4)

Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kont meħud tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll wara li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (“il-pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm lill-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Għal dak il-għan, il-mortalità mis-sajd fil-mira għall-istokkijiet ikkonċernati, espressa f'meded, trid tintlaħaq kemm jista' jkun malajr u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sal-2020. Huwa xieraq li l-limiti ta' qbid applikabbli fl-2019 għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku jiġu stabbiliti f'konformità mal-għanijiet tal-pjan.

(6)

Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li l-bijomassa tal-aringi tal-Baltiku tal-Punent fis-suddiviżjonijiet 20-24 tal-ICES hija taħt il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk kif stabbilit fl-Anness II, il-kolonna A, għar-Regolament (UE) 2016/1139. F'konformità mal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu adottati l-miżuri ta' rimedju xierqa kollha biex jiżguraw restawr rapidu tal-istokk ikkonċernat għal-livelli li kapaċi jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli. Għal dak l-għan, huwa neċessarju li jitqiesu l-iskeda ta' żmien għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS b'mod ġenerali u dawk tal-pjan b'mod partikolari minħabba l-effett mistenni tal-miżuri ta' rimedju adottati, filwaqt li fl-istess ħin iżommu mal-għanijiet tal-ksib tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta' impjieg, kif stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għaldaqstant, u f'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2016/1139, jixraq li l-opportunitajiet ta' sajd għall-aringi tal-Baltiku tal-Punent jiġu stabbiliti taħt il-medda tal-mortalità mis-sajd fl-Anness I, il-kolonna A, ta' dak ir-Regolament, billi tali livell iqis it-tnaqqis tal-bijomassa.

(7)

Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku tal-Punent, il-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-mortalità mis-sajd ġenerali ta' dak l-istokk u għandu jiġi limitat. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit limitu tal-qabda ta' kuljum għal kull sajjied. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-istabbiltà relattiva applikabbli għall-attivitajiet ta' sajd kummerċjali.

(8)

Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, ICES għadu ma jistax jistabbilixxi punti ta' referenza bijoloġiċi, wara l-bidliet fil-bijoloġija tal-istokk. Huwa xieraq, għalhekk, li sabiex jingħata kontribut għall-ksib tal-għanijiet tal-pjan, it-TAC għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant jiġi stabbilit skont l-approċċ ta' prekawzjoni kif stabbilit -fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u li jiġi stabbilit perijodu ta' għeluq.

(9)

Sabiex jiġi ggarantit l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd kostali, huwa xieraq li tiġi introdotta flessibbiltà limitata bejn iż-żoni għas-salamun mis-suddiviżjonijiet 22-31 tal-ICES sas-suddiviżjoni 32 tal-ICES għall-Istat Membru li talab dik il-flessibbiltà.

(10)

Skont parir tal-ICES, 29 % tal-qabdiet fis-sajd tas-salamun huwa rrapportat ħażin, b'mod partikolari bħala qabdiet ta' trota tal-baħar. Peress li l-biċċa l-kbira tat-trota tal-baħar fil-Baħar Baltiku hija sfruttata fiż-żoni kostali, huwa xieraq li jiġi pprojbit is-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba' mili nawtiċi u li jiġu limitati l-qabdiet aċċessorji ta' trota tal-baħar għal 3 % tal-qabdiet ta' trota tal-baħar u ta' salamun flimkien sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' rrappurtar ħażin ta' qabdiet ta' salamun bħala qabdiet ta' trota tal-baħar.

(11)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd, u għat-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet marbuta mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni.

(12)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs, li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà skont l-Artikoli 3 u 4 għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi rispettivament. Skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 jew 4, b'mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċentement, permezz tal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 iddaħħal il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta' sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin, ixxekkel il-kisba tal-miri tal-PKS u twassal biex il-qagħda bijoloġika tal-istokkijiet tmur għall-agħar, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma tintużax.

(13)

Abbażi ta' parir xjentifiku ġdid, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2019.

(14)

Fis-snin preċedenti it-TAC għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF ġew iffissati għal sena kalendarja. F'Lulju 2018 l-ICES ħareġ il-parir tiegħu għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019 għal dak l-istokk. Dawk il-perijodi jenħtieġ li jiġu allinjati sabiex il-perijodu tat-TAC jiġi jaqbel mal-perijodu kopert mill-parir tal-ICES. Eċċezzjonalment u minħabba t-transizzjoni biss, it-TAC għall-inċova għandha tiġi emendata biex tkopri l-perijodu ta' 18-il xahar, li jintemm fit-30 ta' Ġunju 2019.

(15)

Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2019. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF mill-1 ta' Jannar 2018. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi peress li l-opportunitajiet tas-sajd għal dak il-perijodu itwal jeċċedu lil dawk stabbiliti inizjalment skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (5). Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES mill-1 ta' Novembru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2019. Għal raġunijiet ta' urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku għall-2019 u jemenda ċerti opportunitajiet tas-sajd f'ilmijiet oħra stabbiliti bir-Regolament (UE) 2018/120.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-sajd rikreattiv fejn jiġi msemmi b'mod ċar fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“suddiviżjoni” tfisser suddiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (6);

(2)

“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista' tinqabad fuq perijodu ta' sena;

(3)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(4)

“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għal rikreazzjoni, turiżmu jew sport.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet marbutin b'mod funzjonali magħhom, fejn xieraq, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stipulat f'dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d)

kwantitajiet miżmuma f'konformità l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta' qabdiet u ta' qabdiet aċċessorji

L-istokkijiet ta' speċijiet mhux fil-mira fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jikkwalifikaw għad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti, huma identifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 22-24

1.   Fis-sajd rikreattiv, mhux aktar minn seba' kampjuni ta' bakkaljaw jistgħu jinżammu għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22-24.

2.   Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.

Artikolu 8

Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għat-trota tal-baħar fis-suddiviżjonijiet 22-32

1.   Is-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba' mili nawtiċi mkejjla mil-linji bażi fis-suddiviżjonijiet 22-32 huwa pprojbit għal bastimenti tas-sajd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2019. Meta jsir is-sajd għas-salamun f'dawk l-ilmijiet, il-qabdiet aċċessorji ta' trota tal-baħar ma jistgħux jaqbżu t-3 % tal-qabda totali ta' salamun u ta' trota tal-baħar fi kwalunkwe mument abbord jew meta jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.

2.   Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.

Artikolu 9

Flessibbiltà

1.   Ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitika.

2.   L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 10

Trażmissjoni tad-data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data li tirrigwarda l-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/120

L-Anness IA għar-Regolament (UE) 2018/120 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES; l-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' CECAF 34.1.1

(ANE/9/3411)

Spanja

10 802  (7)

 

 

Il-Portugall

11 784  (7)

 

 

L-Unjoni

22 586  (7)

 

 

TAC

22 586  (7)

 

TAC ta' prekawzjoni

(2)

l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni 3a tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjoni 2a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES huma sostitwiti b'dan li ġej:

Speċi:

Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

Trisopterus esmarkii

Żona:

3a; Ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4

(NOP/2A3A4.)

Sena

2018

2019

 

 

Id-Danimarka

85 186  (8)  (10)

49 953  (8)  (13)

 

 

Il-Ġermanja

16 (8)  (9)  (10)

10 (8)  (9)  (13)

 

 

In-Netherlands

63 (8)  (9)  (10)

37 (8)  (9)  (13)

 

 

L-Unjoni

85 265  (8)  (10)

50 000  (8)  (13)

 

 

In-Norveġja

15 000  (11)

0

 

 

Il-Gżejjer Faroe

6 000  (12)

0

 

 

TAC

Mhux rilevanti

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019, bl-eċċezzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 11, li għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2019 u bl-eċċezzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 11 li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll tal-Unjoni għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).

(7)  Il-kwota tista' tiġi mistada biss mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.”

(8)  Sa 5 % tal-kwota tista' tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji ta' merluzz tal-linja sewda u merlangu (OT2/*2A3A4). Qabdiet aċċessorji ta' merluzz tal-linja sewda u merlangu magħduda mal-kwota ta' din id-dispożizzjoni u qabdiet aċċessorji ta' speċi magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, m'għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

(9)  Il-kwota tista' tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

(10)  Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada biss mill-1 ta' Novembru 2017 sal-31 ta' Ottubru 2018.

(11)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni.

(12)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni. Tinkludi massimu ta' 15 % ta' qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li jridu jingħaddu ma' din il-kwota.

(13)  Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada mill-1 ta' Novembru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2019.”


ANNESS

TACs applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni li għalihom jeżistu TACs skont l-ispeċi u ż-żona

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qed tingħata din it-tabella komparattiva bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alfa-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringi

Gadus morhua

COD

Bakkaljaw

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja'

Salmo salar

SAL

Salamun

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi:

Aringi

Clupea harengus

Żona:

Suddiviżjonijiet 30-31

(HER/30/31.)

Il-Finlandja

72 724

 

 

L-Iżvezja

15 979

 

 

L-Unjoni

88 703

 

 

TAC

88 703

 

TAC analitika


Speċi:

Aringi

Clupea harengus

Żona:

Suddiviżjonijiet 22-24

(HER/3BC+24)

Id-Danimarka

1 262

 

 

Il-Ġermanja

4 966

 

 

Il-Finlandja

1

 

 

Il-Polonja

1 171

 

 

L-Iżvezja

1 601

 

 

L-Unjoni

9 001

 

 

TAC

9 001

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Aringi

Clupea harengus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

(HER/3D-R30)

Id-Danimarka

3 748

 

 

Il-Ġermanja

994

 

 

L-Estonja

19 139

 

 

Il-Finlandja

37 360

 

 

Il-Latvja

4 723

 

 

Il-Litwanja

4 973

 

 

Il-Polonja

42 444

 

 

L-Iżvezja

56 979

 

 

L-Unjoni

170 360

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

Għandu japplika l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.


Speċi:

Aringi

Clupea harengus

Żona:

Is-Suddiviżjoni 28.1

(HER/03D.RG)

L-Estonja

14 336

 

 

Il-Latvja

16 708

 

 

L-Unjoni

31 044

 

 

TAC

31 044

 

TAC analitika

Għandu japplika l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.


Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-32

(COD/3DX32.)

Id-Danimarka

5 539  (1)

 

 

Il-Ġermanja

2 203  (1)

 

 

L-Estonja

540 (1)

 

 

Il-Finlandja

424 (1)

 

 

Il-Latvja

2 060  (1)

 

 

Il-Litwanja

1 357  (1)

 

 

Il-Polonja

6 377  (1)

 

 

L-Iżvezja

5 612  (1)

 

 

L-Unjoni

24 112  (1)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC ta' prekawzjoni

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

Suddiviżjonijiet 22-24

(COD/3BC+24)

Id-Danimarka

4 152

 

 

Il-Ġermanja

2 031

 

 

L-Estonja

92

 

 

Il-Finlandja

82

 

 

Il-Latvja

344

 

 

Il-Litwanja

223

 

 

Il-Polonja

1 111

 

 

L-Iżvezja

1 480

 

 

L-Unjoni

9 515

 

 

TAC

9 515

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32

(PLE/3BCD-C)

Id-Danimarka

7 251

 

 

Il-Ġermanja

806

 

 

Il-Polonja

1 518

 

 

L-Iżvezja

547

 

 

L-Unjoni

10 122

 

 

TAC

10 122

 

TAC analitika

Għandu japplika l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.


Speċi:

Salamun

Salmo salar

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-31

(SAL/3BCD-F)

Id-Danimarka

18 885  (2)

 

 

Il-Ġermanja

2 101  (2)

 

 

L-Estonja

1 919  (2)  (3)

 

 

Il-Finlandja

23 548  (2)

 

 

Il-Latvja

12 012  (2)

 

 

Il-Litwanja

1 412  (2)

 

 

Il-Polonja

5 729  (2)

 

 

L-Iżvezja

25 526  (2)

 

 

L-Unjoni

91 132  (2)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Salamun

Salmo salar

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32

(SAL/3D32.)

L-Estonja

995 (4)

 

 

Il-Finlandja

8 708  (4)

 

 

L-Unjoni

9 703  (4)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC ta' prekawzjoni


Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32

(SPR/3BCD-C)

Id-Danimarka

26 710

 

 

Il-Ġermanja

16 921

 

 

L-Estonja

31 016

 

 

Il-Finlandja

13 982

 

 

Il-Latvja

37 460

 

 

Il-Litwanja

13 551

 

 

Il-Polonja

79 497

 

 

L-Iżvezja

51 635

 

 

L-Unjoni

270 772

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

Għandu japplika l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.


(1)  Fis-suddiviżjonijiet 25 u 26, għandu jkun ipprojbit is-sajd ta' din il-kwota mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Lulju għal:

(a)

bastimenti tas-sajd ta' tul totali ta' 12-il metru u aktar li jistadu bit-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew b'irkaptu simili li għandhom malji ta' 90 mm jew aktar; u

(b)

bastimenti tas-sajd ta' tul totali ta' 12-il metru u aktar li jistadu bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta' 90 mm jew akbar, jew b'konzijiet tal-qiegħ, b'konzijiet ħlief il-konzijiet mitluqa, ix-xolfa tal-idejn u l-irkaptu tat-trejjix.

(2)  Espress f'għadd ta' ħut individwali.

(3)  Kondizzjoni speċjali: sa 20 % u mhux aktar minn 400 kampjun ta' din il-kwota jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/*3D32).

(4)  Espress f'għadd ta' ħut individwali.


Top