This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1579
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1579 of 18 October 2018 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain pneumatic tyres, new or retreaded, of rubber, of a kind used for buses or lorries, with a load index exceeding 121 originating in the People's Republic of China and repealing Implementing Regulation (EU) 2018/163
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta' Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta' Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163
C/2018/6765
ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/11/2018
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32018R0163 | 23/10/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32018R1690 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 13/11/2018 | |
Modified by | 32018R1690 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 3 | 13/11/2018 | |
Modified by | 32018R1690 | Żieda | anness II | 13/11/2018 | |
Modified by | 32018R1690 | Sostituzzjoni | anness I | 13/11/2018 | |
Modified by | 32018R1690 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 | 13/11/2018 |
22.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1579
tat-18 ta' Ottubru 2018
li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-miżuri proviżorji
(1) |
Fl-4 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/683 (2) (“ir-Regolament proviżorju”) li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
(2) |
Il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni fil-11 ta' Awwissu 2017 billi ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' Bidu”) wara lment ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2017 mill-koalizzjoni kontra l-importazzjonijiet inġusti ta' tajers (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' tajers ġodda u b'wiċċ ġdid għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet. |
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ soġġetti għal reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/163 (3). Ir-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet waqfet bid-dħul fis-seħħ tal-miżuri proviżorji fit-8 ta' Mejju 2018. |
1.2. Perjodu ta' investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
(4) |
Kif iddikjarat fil-premessa (10) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”) u l-eżami tax-xejriet relevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.3. Proċedura sussegwenti
(5) |
Wara l-impożizzjoni ta' dazji antidumping proviżorji, l-ilmentatur, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importaturi u għall-Esportaturi ta' Metalli, Minerali u Kimiċi (“is-CCCMC”), l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Lastiku taċ-Ċina (is-“CRIA”), ħames produtturi esportaturi Ċiniżi, ħames importaturi mhux relatati, assoċjazzjoni tal-importaturi tal-Unjoni l'Association Française des Importateurs de Pneumatiques (“AFIP”) u fornitur wieħed tal-Unjoni (“Kraiburg”) għamlu sottomissjonijiet bil-miktub li fihom ikkummentaw dwar il-konklużjonijiet proviżorji. |
(6) |
Parti interessata minnhom, Hämmerling The Tyre Company GmbH (Hämmerling), issottomettiet kummenti addizzjonali dwar il-konklużjonijiet proviżorji fit-2 ta' Lulju 2018, ferm wara l-iskadenza għas-sottomissjoni ta' kummenti dwar id-divulgazzjoni proviżorja. Il-Kummissjoni indirizzathom flimkien ma' kummenti oħrajn dwar id-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali fl-istadju definittiv. |
(7) |
Il-partijiet interessati li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Instemgħu s-CCCMC u s-CRIA; il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun: Aeolus Group (4) u Pirelli Tyre Co., Ltd (“Pirelli”) u l-importatur relatat Prometeon Tyre Group S.r.l. (“Prometeon”), Giti Group (5), Hankook Group (6), u Xingyuan Group (7); żewġ importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni, assoċjazzjonijiet u fornituri tal-Unjoni tal-materjal tal-uċuħ ġodda u tat-tiswija li appoġġjaw il-miżuri. |
(8) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati, analizzathom u, fejn kien xieraq, immodifikat il-konklużjonijiet proviżorji. |
(9) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li ħasset li kienet meħtieġa għal-konklużjonijiet finali tagħha. Biex jiġu vverifikati t-tweġibiet għall-kwestjonarju li ma ġewx ivverifikati fl-istadju proviżorju tal-proċedura, saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:
|
(10) |
Wara d-divulgazzjoni finali, twettqet żjara ta' verifika fil-bini ta' Roline N.V., produttur tal-Unjoni fin-Netherlands. |
(11) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers għall-karozzi tal-linja u għat-trakkijiet (“id-divulgazzjoni definittiva”) u tiġbor b'mod definittiv l-ammonti garantiti bħala dazju proviżorju. |
(12) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. L-ilmentatur, il-produtturi esportaturi Ċiniżi (Aeolus Group, Giti Group, Hankook Group, Pirelli u l-importatur relatat tiegħu Prometeon), assoċjazzjonijiet tal-industrija (is-CRIA, is-CCCMC, l-Associazione Italiana Ricostruttori Pneumatici, Assoiaçao Nacional de Industriais de Recauchtagem de Pneus, Bipaver, Bundesverband Reifenhandel und Vulkaniseur-Handwerk, iċ-Czech Retread Tire Manufacturers Association, ir-Retread Manufacturing Association), l-importaturi (Hämmerling u Kirkby Tyers Ltd), il-produttur tal-uċuħ ġodda (Rula-BRW) u l-fornituri tal-materja prima għall-uċuħ ġodda (Vipal, Kraiburg, RemaTipTop) ressqu sottomissjonijiet bil-miktub. |
(13) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, saru seduti ta' smigħ mas-CRIA u mas-CCCMC, ma' Aeolus Group, ma' Giti Group, ma' Prometeon, mal-ilmentatur u ma' Bipaver. |
(14) |
L-Uffiċjal tas-Seduta organizza seduti ta' smigħ fuq talba ta' Hankook Group fis-16 ta' Awwissu 2018 u fuq talba ta' Hämmerling fid-29 ta' Awwissu 2018. |
(15) |
Fl-10 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni ppreżentat divulgazzjoni finali addizzjonali lill-partijiet interessati kollha limitata għall-kwistjoni speċifika tal-livell tal-profitt fil-mira għal-livell 3. |
(16) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw perjodu ta' tliet ijiem li fih setgħu jikkummentaw dwar id-dokument ta' divulgazzjoni finali addizzjonali. L-ilmentatur, il-produtturi esportaturi Ċiniżi (Aeolus Group, Giti Group, Pirelli u l-importatur relatat tagħha Prometeon, Xingyuan), assoċjazzjonijiet tal-industrija (is-CRIA, is-CCCMC, l-Associazione Italiana Ricostruttori Pneumatici, Bipaver, Bundesverband Reifenhandel und Vulkaniseur-Handwerk, iċ-Czech Retread Tire Manufacturers Association, ITAM Europe, ir-Retread Manufacturing Association), l-importaturi (Hämmerling, Heuver u Kirkby Tyers Ltd), il-produttur tal-uċuħ ġodda (Rula-BRW), assoċjazzjoni ta' utenti (l-Assoċjazzjoni Nazzjonali Litwana tat-Trasportaturi bit-Triq LINAVA) u l-fornituri tal-materja prima għall-uċuħ ġodda (Vipal, Kraiburg, RemaTipTop) issottomettew kummenti bil-miktub. |
(17) |
Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, fl-14 ta' Settembru 2018 saret seduta ma' Prometeon. |
(18) |
Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn kien xierqa. |
1.4. Rettifika
(19) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, Pirelli indikat li Pirelli Tyre Co., Ltd ma kinitx sussidjarja ta' Aeolus Group kif ġie ddikjarat b'mod żbaljat fil-premessa (119) tar-Regolament proviżorju. Hi spjegat li Pirelli Tyre Co. Ltd. hi kumpanija awtonoma minn Aeolus Tyre Co., Ltd u minn Aeolus Group. |
(20) |
B'rikonoxximent tal-iżball tagħha, il-Kummissjoni ħarġet rettifika fl-10 ta' Lulju 2018 (8). |
(21) |
Rigward ir-referenza għal Aeolus Group, il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni tagħha tindirizza l-kumpaniji jew il-gruppi ta' kumpaniji relatati. Ir-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi hija analizzata f'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (9). Għaldaqstant, fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni Pirelli Tyre Co., Ltd. u Aeolus Tyre Co. huma meqjusa li huma relatati peress li t-tnejn kellhom azzjonist komuni fil-perjodu ta' investigazzjoni - jiġfieri China National Tire & Rubber Co., Ltd (“CNRC”). L-użu tal-forma mqassra “Aeolus Group” sar għall-faċilità ta' referenza għall-kumpaniji relatati matul ir-Regolament proviżorju. Il-forma mqassra “Aeolus Group” intgħażlet għaliex Aeolus Tyre Co., Ltd. hi l-akbar entità produttriċi fi ħdan il-kumpaniji relatati. Minkejja l-użu tal-forma mqassra biex issir referenza għal Aeolus Group fir-Regolament proviżorju, il-marġni tad-dumping ġie kkalkolat b'mod separat għal kull produttur esportatur relatat u, imbagħad, ġie stabbilit marġni tad-dumping medju ponderat wieħed għall-kumpaniji relatati kollha. |
(22) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Pirelli ddikjarat li din ma għandhiex titqies bħala kumpanija relatata mas-CNRC u ma' Aeolus Group. Pirelli ma qablitx mal-applikazzjoni tal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2015/2447 għall-iskop li jkun ikkalkolat il-marġni medju ponderat ta' dumping stabbilit għall-kumpaniji relatati. Pirelli pproponiet l-użu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”) biex tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-kumpaniji. |
(23) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku jirrigwarda d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u għar-relazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni mal-produtturi esportaturi. F'dan il-kuntest, produttur tal-Unjoni mhux ikkunsidrat parti mill-industrija tal-Unjoni, jekk ikun ikkontrollat minn produttur esportatur (10). Madankollu, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku jirreferi b'mod espliċitu għall-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2015/2447 biex ikun determinat jekk żewġ partijiet humiex assoċjati għall-fini tal-istabbiliment tal-marġni ta' dumping. L-eżaminazzjoni dwar jekk partijiet ikunux assoċjai tiżgura li l-miżuri antidumping ikunu eżeġwiti b'mod effikaċji. B'mod partikolari, dan jevita r-riskju li l-esportazzjonijiet jkunu mgħoddija minn kumpanija relatata b'dazju antidumping aktar baxx. Addizzjonalment, in-Notifika ta' bidu (11) tirreferi b'mod ċar għall-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2015/2447 fil-bidu tal-proċediment. |
(24) |
Skont l-Artikolu 127(d) tar-Regolament (UE) 2015/2447 żewġ persuni huma meqjusa relatati jekk: parti terza tippossjedi, tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjonijiet bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma. CNRC hija l-akbar azzjonist ta' Pirelli. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, CNRC kellha 65 % tal-ishma ta' Pirelli. Minn Settembru 2018, hija kien għad għandha 46 % tal-ishma ta' Pirelli. Għaldaqstant, fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni, Pirelli u Aeolus Group huma kkunsidrati li huma relatati permezz ta' kumpanija omm komuni (CNRC). Id-Dikjarazzjoni ta' Pirelli li ma għandhiex titqies bħala kumpanija relatata ma' CNRC jew ma' Aeolus Group kienet għalhekk irrifjutata. |
(25) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Pirelli sostniet wkoll li hija għandha titqies biss bħala parti li tikkoopera, u mhux bħala produttur esportatur, peress li l-kumpanija waqfet tipproduċi l-prodott ikkonċernat f'Novembru 2017. |
(26) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li Pirelli kienet produttur esportatur matul il-perjodu taħt investigazzjoni. Il-fatt li sussegwentement, Pirelli waqfet il-produzzjoni ma jibdilx dan il-fatt. Għaldaqstant, dik l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
1.5. Divulgazzjoni proviżorja
(27) |
Diversi partijiet interessati ddikjaraw li d-divulgazzjoni proviżorja tal-Kummissjoni kienet insuffiċjenti, u b'hekk kienet taffettwa d-drittijiet tagħhom tad-difiża u talbu lill-Kummissjoni tagħmel kjarifiki u divulgazzjoni ulterjuri u tennew l-istess tħassib wara d-divulgazzjoni finali. |
(28) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fajl miftuħ u r-Regolament proviżorju diġà kien fihom biżżejjed informazzjoni li tippermetti lill-partijiet interessati kollha jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Madankollu, qabel id-divulgazzjoni definittiva, fil-fajl miftuħ ġiet inkluża nota għall-fajl (12) li tipprovdi kjarifiki dwar ir-Regolament proviżorju u ngħataw xi spjegazzjonijiet addizzjonali dwar id-data sottostanti fil-kalkoli tad-dumping individwali lil żewġ produtturi esportaturi. |
(29) |
Il-Kummissjoni nnotat li s-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tiddivulga informazzjoni dettaljata dwar il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa' lilhom u lill-esportaturi Ċiniżi, u b'hekk ċaħdithom minn kwalunkwe possibbiltà li jivverifikaw l-iżbalji potenzjali li għamlet il-Kummissjoni jew li jikkummentaw fuq ċerti aspetti ta' dawk il-kalkoli. |
(30) |
Is-CRIA, is-CCCMC u l-esportaturi Ċiniżi rċevew l-informazzjoni kollha b'rispett tad-drittijiet proċedurali tagħhom. L-esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun rċevew il-lista tan-numri ta' kontroll tal-prodott (“NKP”) mibjugħ, il-prezz unitarju tal-bejgħ u firxa (13) tal-volum tal-bejgħ totali involut. Kif imsemmi fil-premessi (45) sa (49), il-Kummissjoni ma għandha tiżvela l-ebda informazzjoni li hija meqjusa kunfidenzjali, meta tingħata ġustifikazzjoni tajba, mingħajr permess speċifiku mingħand il-fornitur ta' tali informazzjoni. |
(31) |
Aeolus Group saħaq li d-determinazzjoni ta' dannu għar-raġunijiet tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 tenħtieġ li tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva fuq kemm (a) il-volum tal-importazzjoni oġġett ta' dumping u l-effett tal-istess importazzjoni dwar il-prezzijiet ta' prodotti simili fis-suq domestiku, kif ukoll (b) l-impatt konsegwenti li jkollha din l-importazzjoni fuq il-produtturi domestiċi ta' dawn il-prodotti. Hu kkunsidra li l-Kummissjoni ma għandhiex tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq elementi vagi jew fuq data kunfidenzjali fornita mill-partijiet iżda fuq l-informazzjoni u l-fatti oġġettivi kollha disponibbli. Ir-rekwiżit ta' “eżami oġġettiv” jimplika li l-industrija domestika u l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għandhom jiġu investigati b'mod imparzjali, mingħajr ma jkunu ffavoriti l-interessi ta' kwalunkwe parti interessata, jew grupp ta' partijiet interessati, fl-investigazzjoni (14). Skont Aeolus Group, ħafna mid-data f'dawn il-proċedimenti baqgħet kunfidenzjali, u b'hekk xekklet l-eżerċizzju tad-dritt tad-difiża mill-partijiet interessati. Madankollu, Aeolus Group ddikjara li l-ftuħ tal-investigazzjoni kien jidher biċ-ċar li kellu l-għan li jipproteġi l-interessi ta' segment speċifiku tal-industrija tal-Unjoni (jiġifieri l-industrija tal-produtturi tal-uċuħ), mingħajr ma tqies li ħafna mill-manifatturi l-kbar Ewropej tat-tajers jimportaw ukoll il-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u jerġgħu jbigħuh fis-suq tal-Unjoni. |
(32) |
B'risposta għal dawn il-kummenti, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jipprovdi speċifikament li l-partijiet interessati jistgħu jipprovdu informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali meta' jipprovdu ġustifikazzjoni tajba. Barra minn hekk, sommarju sinifikanti tal-informazzjoni kunfidenzjali kien inkluż fil-fajl miftuħ għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-fatt li l-identità ta' ċerti produtturi tal-Unjoni li kkooperaw inżammet kunfidenzjali ma żammx lill-Kummissjoni milli tagħmel eżaminazzjoni oġġettiva tal-fatti, u lanqas ma xekkel lill-partijiet interessati milli jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Barra minn hekk, id-drittijiet ta' difiża tal-partijiet interessati ġew salvagwardati kif spjegat fil-premessa (37) permezz tal-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta. |
1.6. Kampjunar
(33) |
Is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li l-produtturi Ċiniżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs) ġew diskriminati meta mqabbla mal-produtturi SMEs tal-Unjoni peress li l-SMEs tal-Unjoni kienu intitolati li jimlew kwestjonarju anqas dettaljat (u b'hekk anqas affidabbli). Dawk il-partijiet iddikjaraw li l-produtturi SMEs Ċiniżi setgħu ġew skoraġġiti milli jieħdu sehem fl-investigazzjoni minħabba l-piż sinifikanti li jinvolvi l-mili ta' tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju. |
(34) |
Barra minn hekk, is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li, minħabba li l-Kummissjoni kienet qed tibbaża (b'mod allegatament żbaljat) id-determinazzjoni tad-dannu tagħha b'mod predominanti fuq id-data tal-volum żgħir ta' bejgħ tal-SMEs, ir-rappreżentazzjoni insuffiċjenti tal-produtturi SMEs Ċiniżi ġiet aggravata b'mod ulterjuri mill-fatt li l-produtturi SMEs tal-Unjoni setgħu jipprovdu tweġiba anqas kompluta u, b'hekk, anqas affidabbli. Dikjarazzjoni simili kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Barra minn hekk, is-CRIA u s-CCCMC talbu li l-Kummissjoni tiddivulga d-data speċifika dwar il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jivverifikaw ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-industrija tal-Unjoni kemm għal tajers ġodda kif ukoll għal dawk b'wiċċ ġdid. Din id-dikjarazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. |
(35) |
Id-dikjarazzjoni li d-determinazzjoni tad-dannu kienet b'mod predominanti bbażata fuq id-data tal-produtturi SMEs tal-Unjoni hi żbaljata peress li l-Kummissjoni stabbilixxiet kampjun rappreżentattiv biex tanalizza bi preċiżjoni s-sitwazzjoni tad-dannu tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għamlet ponderazzjoni tal-bejgħ tal-Unjoni biex tiżgura r-rappreżentazzjoni xierqa tal-bejgħ tal-SMEs fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, hi l-prattika kostanti tal-Kummissjoni li tibgħat kwestjonarju simplifikat lill-produtturi SMEs fl-Unjoni, iżda dan il-fatt ma għandu ebda impatt fuq il-korrettezza tad-data pprovduta jew fuq ir-reqqa tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(36) |
Kif intqal fil-premessa (15) tar-Regolament proviżorju, żewġ produtturi esportaturi argumentaw li l-kunfidenzjalità żammithom milli jivverifikaw jekk l-ilmentatur jirrappreżentax aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Dawn saħqu wkoll li ma setgħux jivverifikaw jekk il-kampjun għall-industrija tal-Unjoni kienx rappreżentattiv biżżejjed. |
(37) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni talbu l-intervent tal-uffiċjal tas-seduta sabiex jiggarantixxu d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati fid-dawl ta' dawn l-allegazzjonijiet. Permezz tan-nota tat-12 ta' Lulju 2018, l-uffiċjal tas-seduta żied nota fil-fajl miftuħ b'dawn iż-żewġ konklużjonijiet:
|
(38) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati ġew rispettati. |
(39) |
Fl-aħħar nett, uħud mill-produtturi esportaturi allegaw li n-nuqqas ta' għarfien ta' rabtiet potenzjali bejn l-ilmentaturi anonimi u l-produtturi esportaturi Ċiniżi impedixxa d-drittijiet tad-difiża tagħhom. Madankollu, ma ġiex sostanzjat kif l-għarfien dwar tali rabta potenzjali kien jgħinhom jiddefendu l-każ tagħhom. Anki li kieku, ipotetikament, kien hemm rabta bejn produttur tal-Unjoni anonimu wieħed jew diversi u produttur esportatur Ċiniż wieħed jew diversi, l-analiżi għad-dumping u għad-dannu ma kinitx tkun affettwata b'mod materjali. |
(40) |
Giti Group ssottometta li l-Kummissjoni missha kkunsidrat is-sehem ta' kull livell fil-bejgħ totali tal-Unjoni meta għażlet il-kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Approċċ bħal dan kien ikun aktar oġġettiv meta mqabbel mal-approċċ kurrenti li fih il-ponderazzjoni tad-data tal-livell 3 tal-aktar li ġarrbu dannu hi eċċessiva fil-fehma ta' Giti Group. |
(41) |
Kif spjegat fil-premessa (24) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni tabilħaqq ikkunsidrat il-livelli għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament proviżorju fil-premessi (157) u (158) u aktar kjarifiki fin-nota għall-fajl imsemmi fil-premessa (28) ta' dan ir-regolament kien fihom spjegazzjoni dettaljata tal-metodoloġija użata biex ikunu riflessi l-livelli kollha b'mod adatt fl-indikaturi mikroekonomiċi (ara wkoll it-taqsima 4.5.1.2 hawn taħt). |
1.7. Aċċess għall-informazzjoni
(42) |
Is-CRIA u s-CCCMC talbu li għandu jingħata aċċess sħiħ lir-rappreżentanti legali tagħhom għall-kalkoli tal-marġni tad-dumping, tal-effetti fuq il-prezz u tal-marġni tad-dannu mwettqa mill-Kummissjoni, inkluż aċċess għal kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali mingħand partijiet interessati oħra li fuqhom huma bbażati t-tali kalkoli (soġġetti għal impenji xierqa ta' nondivulgazzjoni). Is-CRIA u s-CCCMC indikaw li r-rekwiżiti tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku għandhom ikunu bbilanċjati kontra d-drittijiet tad-difiża, li huma garantiti mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(43) |
Is-CRIA u s-CCCMC argumentaw li l-avukati li jingħataw aċċess huma reġistrati mal-Kamra Ewropea tal-avukati u huma soġġetti għal regoli stretti u li d-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali lill-klijenti tagħhom tirriżulta f'azzjonijiet dixxiplinari severi, inklużi t-tneħħija mill-elenku tal-avukati u kawża kriminali potenzjali. Għalhekk, is-CRIA u s-CCCMC argumentaw li l-aċċess għall-fajl kunfidenzjali ma jkunx jikser l-obbligu tal-Kummissjoni li tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali filwaqt li tippermetti eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża. Barra minn hekk, dawn il-partijiet qiesu li l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta biex jaċċessa l-informazzjoni kunfidenzjali u jirrapporta l-konklużjoni tiegħu lill-partijiet interessati ma jistax ikun ikkunsidrat bħala sostitut għar-rieżami ta' dawn il-kalkoli. |
(44) |
Waqt is-seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fis-16 ta' Awwissu 2018 Hankook Group sostna li l-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tad-difiża tiegħu meta ċaħditu l-aċċess għal data li Hankook Group ikkunsidra li ma kienx ġust li tkun kunfidenzjali. Hankook Group għamel talba ġenerali għal bidla fil-politika fir-rigward tal-immaniġġjar ta' data kunfidenzjali u stieden lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jibdlu l-prassi attwali rigward id-divulgazzjoni tal-kalkoli u, fil-futur, biex iħallu lir-rappreżentanti legali tal-partijiet interessati jaċċessaw il-kalkoli kemm jista' jkun possibbli. Fl-opinjoni ta' Hankook Group, il-protezzjoni ta' data kunfidenzjali għandha tapplika biss sal-punt li din il-protezzjoni hija meħtieġa biex tiġi evitata ħsara possibbli għall-kumpaniji kkonċernati. Tali ħsara ma tirriżultax jekk ir-rappreżentanti legali kellhom joperaw taħt ftehim ta' kunfidenzjalità mas-servizzi tal-Kummissjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjoni kurrenti, Hankook Group talab ukoll biex ir-rappreżentanti legali tiegħu jkollhom aċċess għall-kalkoli kollha tal-marġnijiet tad-dumping u tad-danni, inkluż għad-data kollha dwar il-valur normali. |
(45) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jistipula li l-Kummissjoni ma tistax tiżvela informazzjoni li, min-natura tagħha stess, tkun kunfidenzjali, jew li tiġi pprovduta fuq bażi kunfidenzjali minn partijiet u li għalihom tintwera kawża ġusta, mingħajr il-permess speċifiku tal-fornitur tat-tali informazzjoni. Dan ma jipprevedix li kwalunkwe parti oħra, inklużi l-avukati reġistrati fil-kamra Ewropea tal-avukati, tingħata aċċess bħal dan. Ta' min jinnota wkoll li, fid-9 ta' Jannar 2018, is-CRIA u s-CCCMC issottomettew prokuri ffirmati minn produtturi esportaturi li kkooperaw u li huma mdaħħla fil-kampjun. Il-Kummissjoni sabet li wħud mill-prokuri mogħtija mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun lis-CRIA u lis-CCCMC ma kinux ikopru l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali iżda kienu jkopru biss l-attendenza għas-seduti, is-sottomissjoni ta' kummenti u l-preżentazzjoni ta' sottomissjonijiet. |
(46) |
Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tistipula li l-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża għandha tkun, fejn meħtieġ, rikonċiljata mal-prinċipju ta' kunfidenzjalità li hu stipulat b'mod speċifiku fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ partikolari, kawża ġusta ntweriet għaliex diversi partijiet interessati talbu li ismijiethom jinżammu kunfidenzjali għaliex jibżgħu li jistgħu jaffaċċjaw ritaljazzjoni minn akkwirenti jew minn kompetituri. Il-Kummissjoni vvalutat dawk it-talbiet u qieset li kienu ġustifikati. Għaldaqstant, hi kkonkludiet li d-divulgazzjoni tat-tali informazzjoni kunfidenzjali kien ikollha effett avvers sinifikanti għal dawn il-partijiet. |
(47) |
Din ir-rikonċiljazzjoni tippermetti r-riċevuta ta' sommarji mhux kunfidenzjali ta' informazzjoni kunfidenzjali (ipprovduta, pereżempju, fil-forma ta' meded u/jew ta' elementi indiċjati ta' informazzjoni) fejn din l-informazzjoni mhux kunfidenzjali ma twassalx għal divulgazzjoni ta' sigrieti tan-negozju. Madankollu, divulgazzjoni sħiħa tal-informazzjoni kunfidenzjali ma tqisitx rikonċiljabbli mad-dmir li tiġi protetta t-tali informazzjoni. Fuq l-istess nota, u minħabba li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma pprovdiex għal eċċezzjoni bħal din fir-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li l-fatt li l-avukati reġistrati fil-kamra Ewropea tal-avukati huma soġġetti għal regoli stretti u huma potenzjalment soġġetti għal sanzjonijiet jekk jiksru dawn ir-regoli, ma jippermettix lill-Kummissjoni tagħti aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali bi ksur tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. B'hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali ma setax jingħata lil avukati reġistrati f'kamra Ewropea tal-avukati. Fi kwalunkwe każ, element addizzjonali għas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tal-partijiet interessati huwa l-possibbiltà li jsir rikors għand l-uffiċjal tas-seduta fil-Proċedimenti Kummerċjali skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' Frar 2012 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f'ċerti proċedimenti kummerċjali (16). Peress li l-partijiet interessati ma fitxewx il-parir tal-uffiċjal tas-seduta fuq dan il-punt, din it-talba għandha, għaldaqstant, tiġi miċħuda. |
(48) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-fajl miftuħ disponibbli għall-partijiet interessati, inkluż għas-CRIA u għas-CCCMC u għal Hankook Group, kien jinkludi l-informazzjoni relevanti kollha tal-każ użata fl-investigazzjoni. Meta l-informazzjoni tqieset kunfidenzjali, il-fajl miftuħ kien fih sommarji sinifikattivi tagħha. Il-partijiet interessati kollha, inklużi s-CRIA u s-CCCMC, kellhom aċċess għall-fajl miftuħ u setgħu jikkonsultawh. |
(49) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti tad-divulgazzjoni u fil-fajl miftuħ kienet biżżejjed biex tissodisfa d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati kollha. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. Madankollu, wara s-seduta ta' smigħ mal-uffiċjal tas-seduta, il-Kummissjoni żvelat ċerta data addizzjonali dwar il-kalkoli tad-dumping u tad-dannu kif stabbilit fil-premessi (77) u (178). |
(50) |
Hämmerling talbet seduta mal-uffiċjal tas-seduta biex tqajjem kwistjonijiet legali relatati mal-investigazzjoni kurrenti u ċerti kwistjonijiet orizzontali dwar il-protezzjoni tad-data ta' informazzjoni kunfidenzajlai u nonkunfidenzjali kif inkluża fil-bażi tad-data TRON TDI u l-prassi kurrenti li jingħata aċċess għall fajls nonkunfidenzjali lill-partijiet interessati lil hinn mit-territorju tal-Unjoni permezz ta' din il-bażi tad-data. |
(51) |
Il-Kummissjoni osservat li r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (17) l-ġdid ma kienx applikabbli f'dan il-każ. Barra minn hekk, Hämmerling kkonfermat li l-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data personali ma kinitx direttament marbuta ma' ostakoli speċifiċi possibbli tad-drittijiet tiagħha ta' difiża skont id-dritt tad-difiża kummerċjali. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-pożizzjoni individwali ta' Hämmerling fil-proċediment u d-drittijiet tagħha ta' difiża ma kinux affettwati mir-Regolament Ġenerali l-ġdid dwar il-Protezzjoni tad-Data. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. It-talbiet dwar is-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni għat-tajers
(52) |
Diversi partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li tajers ġodda u b'wiċċ ġdid ma jistgħux ikunu prodott uniku kkonċernat jew ikunu parti minn segment uniku wieħed. Barra minn hekk, diversi partijiet interessati ddikjaraw li s-suq tal-Unjoni għandu tal-anqas jinqasam f'erba' livelli: għandhom jiġu stabbiliti tliet livelli għal tajers ġodda u r-raba' kategorija, ġdida, għal tajers b'wiċċ ġdid. Inkella għandu jiġi introdott livell ġdid għal tajers importati rħas. Is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw ukoll li għandha ssir segmentazzjoni addizzjonali għal tagħmir oriġinali u għal tajers ta' sostituzzjoni. |
(53) |
Kif intqal fil-premessi (72) sa (74) tar-Regolament proviżorju, tajers ġodda (li jistgħu jingħataw wiċċ ġdid jew le) u dawk b'wiċċ ġdid m'għandhom ebda karatteristika teknika, fiżika bażika u kimika differenti. Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-partijiet interessati ma pprovdew ebda evidenza addizzjonali li turi bil-kontra. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat id-dikjarazzjoni tas-CRIA u tas-CCCMC li tajers ġodda u b'wiċċ ġdid ma jistgħux ikunu l-istess prodott ikkonċernat. Rigward it-talba biex jiġi stabbilit ir-raba' livell għal tajers b'wiċċ ġdid, il-Kummissjoni saħqet li tajers ġodda u b'wiċċ ġdid jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi u fil-parti l-kbira huma interkambjabbli. Barra minn hekk, kif spjegat fil-permessi (55) sa (57) tar-Regolament proviżorju, tajers b'wiċċ ġdid fil-parti l-kbira jaqgħu taħt il-livell 3. B'hekk ma hemm ebda bżonn li jinħoloq ir-raba' livell għalihom. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din id-dikjarazzjoni wkoll. |
(54) |
Aeolus Group iddikjara li l-Kummissjoni għandha teskludi tajers ġodda mill-ambitu tal-investigazzjoni. Dan irrefera għar-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO f'Komunitajiet Ewropej — Miżuri li Jaffettwaw l-Asbestos u Prodotti li Fihom l-Asbestos (18), li skont dan id-determinazzjoni ta' jekk żewġ prodotti humiex l-istess fundamentalment hija determinazzjoni dwar jekk il-prodotti humiex jikkompetu kontra xulxin. Aeolus Group iddikjara li dan l-approċċ għandu jkun ikkunsidrat mill-Kummissjoni meta tiġi biex tiddetermina jekk iż-żewġ prodotti jistgħux jitqiesu li huma l-istess. |
(55) |
Il-Kummissjoni qieset li hemm relazzjoni kompetittiva bejn tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid. Kif se jintwera aktar 'il quddiem taħt it-taqsima 4.6 fl-analiżi tal-interkonnessjoni bejn il-livell, it-tajers importati (ġodda) tal-livell 3 jinsabu f'kompetizzjoni ma' tajers li jingħataw wiċċ ġdid fl-Unjoni u bħalissa qed jieħdu sehem mis-suq tat-tajers tal-livell 3 li jingħataw wiċċ ġdid. Min-naħa tiegħu, dan għandu effett kaskata b'lura wkoll fuq it-tajers tal-livell 2 u tal-livell 1, u b'hekk affettwa l-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tat-tajers tal-Unjoni fil-livelli 1 u 2. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(56) |
Hankook Group iddikjara li d-ditta Hankook tiegħu għandha tiġi klassifikata bħala tal-livell 2 peress li t-tliet kriterji kollha użati mill-Kummissjoni jwasslu għall-istess riżultat: (i) rikonoxximent tad-ditta; (ii) kwalità tajba biex jingħata wiċċ ġdid u (iii) il-bejgħ tat-tajers direttament lill-manifatturi tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet jiġifieri bejgħ ta' Tagħmir Oriġinali (“OE” - Oriġinal equipment). |
(57) |
Fir-rigward tal-ewwel kriterju - ir-rikonoxximent tad-ditta, Hankook Group iddikjara li mhux biss l-ETRMA (fir-rapporti tagħha tal-2017 u tal-2018), iżda anki r-rapport tal-Global Tire Intelligence ta' Ġunju 2016 u l-International Trade Commission tal-Istati Uniti f'Marzu 2016 kienu jittrattaw lil Hankook bħala ditta tal-livell 2 (19). Il-Kummissjoni aċċettat li r-rikonoxximent ta' Hankook fl-erba' rapporti kien jindika li hi ditta tal-livell 2. Fl-istess ħin, Hankook Group jikkummerċjalizza lilu nnifsu bħala ditta “primjum” fuq is-sit web tal-grupp tiegħu. Barra minn hekk, kif diġà ġie nnotat fil-premessa (63) tar-Regolament proviżorju, id-dokument intern tal-kumpanija pprovdut lill-Kummissjoni matul iż-żjara ta' verifika indika li d-ditta mxiet għal-livell 1. B'hekk, il-Kummissjoni sabet li l-perċezzjoni tas-suq u l-awtoperċezzjoni ta' Hankook Group ma kinux jikkoinċidu għalkollox. |
(58) |
Hankook Group ippreżenta wkoll stħarriġiet interni kunfidenzjali li saru fl-2017 għat-Tim tal-Istrateġija tal-Kummerċjalizzazzjoni Globali ta' Hankook fir-Renju Unit, fil-Ġermanja, fi Spanja u fl-Italja fuq tajers tal-karozzi tal-passiġġieri. Skont il-kumpanija, dawn id-dokumenti juru li ditti oħra tal-livell 1 jgawdu minn fama akbar tad-ditta fost il-klijenti f'dawn il-pajjiżi. Il-Kummissjoni sabet li minn din id-data jistgħu jinħarġu żewġ konklużjonijiet ewlenin. L-ewwel, Hankook Group innifsu kien jirrikonoxxi li l-klassifikazzjoni tad-ditti f'livelli hu kunċett dinamiku għad-ditti kollha. Pereżempju, fir-Renju Unit, wieħed mill-kompetituri tiegħu kien meqjus bħala ditta tal-livell 2, filwaqt li l-istess kompetitur jikklassifika fost l-“atturi ewlenin” jew fil-“livell 1” fil-Ġermanja, fi Spanja u fl-Italja. It-tieni, Hankook Group donnu jinsab “bejn” l-ewwel żewġ livelli skont il-perċezzjonijiet fost il-klijenti dwar karozzi tal-passiġġieri: L-“għarfien megħjun (20)” għal Hankook kien ġeneralment inferjuri għad-ditti tal-livell 1, filwaqt li l-“għarfien mhux megħjun (21)” kien – bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit – fuq l-istess livell jew saħansitra ftit ogħla minn ditti kompetituri oħra klassifikati mill-Kummissjoni bħala dawk li jaqgħu fil-livell 1. |
(59) |
Imbagħad il-Kummissjoni marret għat-tieni kriterju. Hi fakkret li t-tajers tal-livell 1 huma mfassla biex ikunu tajers “b'diversi ħajjiet”, u b'hekk iżidu d-distanza ogħla b'mod sinifikanti tal-prodott oriġinali (jingħataw wiċċ ġdid sa tliet darbiet għal użu normali), kif stipulat fil-premessa (55) tar-Regolament proviżorju. F'dak ir-rigward, Hankook Group sostna li huwa jieħu garanzija kuntrattwali li t-tajers Hankook jistgħu jingħataw wiċċ ġdid mhux aktar minn darba u li s-sehem mis-suq ta' tajers b'wiċċ ġdid Alphatread tal-marka tiegħu stess huwa negliġibbli u qed jonqos. Barra minn hekk, l-ipprezzar tal-kejsings tiegħu hu anqas minn dak għal kejsings tal-atturi ewlenin fis-suq. |
(60) |
Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ħadet nota tal-pożizzjoni ta' Alphatread fis-suq, iżda sabet li dan il-fatt jaf ikun aktar kwistjoni ta' deċiżjoni meħuda mill-kumpanija dwar jekk toperax negozju vertikalment integrat ta' għoti ta' wiċċ ġdid hi stess. Il-Kummissjoni aċċettat ukoll li l-garanzija legali għat-tajers Hankook tkopri biss operazzjoni waħda ta' għoti ta' wiċċ ġdid. Min-naħa l-oħra, il-possibbiltà tagħhom li jingħataw wiċċ ġdid ma tiddependix biss fuq l-għoti ta' wiċċ ġdid ta' Alphatread jew ta' garanzija legali maħruġa minn Hankook Group, li fin-natura tagħha hija konservattiva. Aktar minn hekk, kemm-il darba t-tajers fil-fatt jingħataw wiċċ ġdid fis-suq u, b'hekk, ikunu qed jikkompetu ma' tajers oħra tal-livell 1 f'dak l-aspett, hi aktar importanti għall-klassifikazzjoni. |
(61) |
B'hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-operaturi produttur tal-uċuħ ġodda fl-Unjoni jekk it-tajers Hankook jistgħux jingħataw wiċċ ġdid darba biss, darbtejn jew aktar minn darbtejn. L-Assoċjazzjoni tal-produttur tal-uċuħ ġodda BIPAVER informat lill-Kummissjoni li s-seba' produtturi tal-uċuħ ġodda kkonsultati (tlieta mill-Ġermanja, wieħed mill-Portugall, wieħed minn Spanja, wieħed mill-Italja u wieħed mir-Renju Unit) wieġbu li t-tajers Hankook jistgħu jingħataw wiċċ ġdid darbtejn. Barra minn hekk, għal tajers ta' ċerta dimensjoni, it-tajers Hankook jistgħu jingħataw wiċċ ġdid aktar minn darbtejn skont il-produtturi tal-uċuħ ġodda fil-Portugall, fi Spanja u fir-Renju Unit li wieġbu lil BIPAVER. Produttur tal-uċuħ ġodda mill-Italja wieġeb b'mod individwali li t-tajers b'ratio tal-aspett baxx minn Hankook jingħataw wiċċ ġdid darba biss, iżda ratios tal-aspett akbar jingħataw wiċċ ġdid darbtejn. Produttur tal-uċuħ ġodda Franċiż wieġeb b'mod individwali li t-tajers Hankook jingħataw wiċċ ġdid darbtejn jew aktar minn darbtejn. Produttur tal-uċuħ ġodda Spanjol ieħor informa li l-kejsings ta' Hankook għandhom l-istess kwalità bħal tajers primjum bħal Michelin, Continental, Goodyear u Bridgestone. F'dan l-isfond, il-Kummissjoni stabbilixxiet li t-tajers Hankook b'mod predominanti jingħataw wiċċ ġdid darbtejn fl-Unjoni, filwaqt li l-kwalità tal-kejsings tagħhom tippermetti saħansitra l-għoti ta' wiċċ ġdid ulterjuri għal ċerti dimensjonijiet. |
(62) |
Fir-rigward tat-tielet kriterju, Hankook Group argumenta li l-bejgħ tiegħu fl-Unjoni kien jikkostitwixxi 1,6 % biss tal-bejgħ OE kollu fl-2017. Sehem mis-suq daqstant żgħir mhuwiex biżżejjed biex jikkwalifikahom fil-livell 1. Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din il-valutazzjoni. Hija nnotat li x-xejra tal-bejgħ tal-OE minn Hankook kienet 'il fuq. Filwaqt li Hankook Group ma kellux kuntratti ta' bejgħ OE fl-2014, in-negozju tal-OE tiegħu s'issa kiber kull sena sal-2017. Barra minn hekk, filwaqt li 1,6 % jidher ftit f'termini assoluti, dan jinkludi sehem aktar sinifikanti [7 - 12]% ma' wieħed mill-manifatturi Ewropej ewlenin tat-trakkijiet. Il-Kummissjoni sabet li s-sempliċi fatt li dan il-produttur importanti tat-trakkijiet jafda fil-kwalità primjum tad-ditta Hankook hu sinifikanti. Waqt seduta li saret fl-20 ta' Ġunju 2018, Hankook Group argumenta wkoll li t-tajers OE għal bejgħ kienu jiġu mill-Korea t'Isfel aktar milli mir-RPĊ. Għalhekk, il-bejgħ OE ma setax jiġi attribwit għat-tajers esportati taċ-Ċina. Il-Kummissjoni ma vverifikatx din id-dikjarazzjoni. Madankollu, anki jekk din hi fattwalment korretta, hija ma tispjegax għaliex Hankook Group ma setax japplika l-għarfien tiegħu wkoll fil-faċilitajiet ta' produzzjoni Ċiniżi u jkollu bejgħ OE tat-tajers manifatturati fir-RPĊ fil-futur qrib. Il-Kummissjoni għalhekk stabbiliet li Hankook Group seta' jistabbilixxi bejgħ OE ma kumpaniji Ewropej li jagħmlu t-trakkijiet li huma magħrufin sew bil-potenzjal li jżied dan in-negozju fil-futur qrib. |
(63) |
Fid-dawl tat-tliet kriterji kollha kkunsidrati flimkien, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha fi stadju proviżorju li d-ditta Hankook mxiet mil-livell 2 għal-livell 1. Filwaqt li r-rikonoxximent predominanti fis-suq xorta jikklassifikah fil-livell 2, żewġ elementi tal-awtovalutazzjoni ta' Hankook Group misjuba matul l-investigazzjoni u analiżi tal-istħarriġiet tad-ditta jindikaw li t-tajers Hankook pjuttost jappartjenu għal-livell 1. B'hekk, il-perċezzjoni ta' Hankook Group hi “bejn” il-livelli. Madankollu, it-tweġibiet minn produtturi tal-uċuħ ġodda juru li t-tajers Hankook illum il-ġurnata jingħataw wiċċ ġdid almenu darbtejn u l-kwalità tat-tajers tiegħu ppermettewlu li jiżviluppa bejgħ OE ma' kumpaniji li jagħmlu t-trakkijiet fl-Ewropa li huma magħrufin sew ukoll. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kklassifikat Hankook Group bħala produttur tal-livell 1 għall-fini ta' din l-investigazzjoni. |
(64) |
Hankook Group iddikjara wkoll li d-ditta tiegħu Aurora għandha tiġi klassifikata fil-livell 3. Madankollu, peress li d-differenza bejn id-ditti Aurora u Hankook mhix tant enormi, u peress li l-Kummissjoni kkonfermat il-klassifikazzjoni tagħha għal Hankook bħala ditta tal-livell 1, din żammet ukoll il-klassifikazzjoni tagħha għal Aurora fil-livell 2. |
(65) |
Giti Group ddikjara li d-ditta Primewell tiegħu għandha tiġi klassifikata fil-livell 3. Il-Kummissjoni aċċettat din id-dikjarazzjoni peress li d-ditta Primewell kienet tissodisfa l-kriterji tal-livell 3: hija ditta ta' kwalità aktar baxxa b'possibilità limitata ħafna li t-tajers jingħataw wiċċ ġdid u ma hemm l-ebda bejgħ OE ta' din id-ditta. |
2.2. Talbiet għall-esklużjoni ta' prodotti
(66) |
Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-każijiet ta' kompetizzjoni msemmija fil-premessi minn (68) sa (83) tar-Regolament proviżorju u l-investigazzjonijiet imwettqa minn pajjiżi terzi ma għandhomx jitwarbu tennew l-istess tħassib wara d-divulgazzjoni finali. Minflok ma injorat dawn id-deċiżjonijiet fuq il-bażi ta' raġunijiet proċedurali, il-Kummissjoni missha analizzat il-konklużjonijiet tagħhom dwar is-sustanza. Dawn il-partijiet tennew li l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Istati Uniti, mill-Indja, mill-Kummissjoni Ekonomika Ewro-Asjatika u mill-Eġittu għandhom jitqiesu u li anki l-proċediment dwar il-kompetizzjoni mibdi f'Mejju 1996 kien relevanti għall-proċediment kurrenti (22). Barra minn hekk, is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li l-Kummissjoni ma tistax taqbad u tinjora l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f'każ dwar fużjoni (23) li tajers ta' sostituzzjoni ġodda ta' baġit baxx mhumiex sostituti għal tajers mogħtija wiċċ ġdid. Dawk il-partijiet qiesu li dawn il-konklużjonijiet kienu tassew relevanti għas-segmentazzjoni tal-Kummissjoni u, b'mod aktar ġenerali, għall-analiżi tad-dannu. |
(67) |
Fir-rigward ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni tenniet li l-kompetizzjoni u l-investigazzjonijiet antidumping ivarjaw b'mod sostanzjali fir-rigward ta' kif inhu definit il-prodott ikkonċernat relevanti. Barra minn hekk, skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Antidumping, il-membri jgawdu minn diskrezzjoni wiesgħa meta jiddefinixxu l-prodott ikkonċernat u l-prodott simili. Għaldaqstant, la l-każijiet dwar il-kompetizzjoni u lanqas każijiet antidumping oħra f'pajjiżi terzi ma huma applikabbli b'mod dirett għall-investigazzjoni inkwistjoni. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irrifjutati. |
(68) |
Bosta partijiet interessati sostnew li hemm differenzi f'termini ta' karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi essenzjali, l-applikazzjonijiet u l-kanali tal-bejgħ bejn tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid u tennew dikjarazzjoni simili wara d-divulgazzjoni finali. Dawn il-partijiet indikaw li l-materja prima għall-produzzjoni ta' tajers ġodda hija differenti b'mod sinifikanti minn dik meħtieġa għall-manifattura ta' tajers b'wiċċ ġdid. Għaldaqstant, tajers li jistgħu jingħataw wiċċ ġdid jew b'diversi ħajjiet għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(69) |
Kif intqal fil-premessa (72) tar-Regolament proviżorju, it-tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi, komponenti, u struttura ta' tajer ġdid. Tajer ġdid jipprovdi l-kejsing użat mill-industrija tal-għoti ta' wiċċ ġdid. Il-wiċċ hu simili għal tajer ġdid. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din id-dikjarazzjoni. |
(70) |
Barra minn hekk, is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li t-tajers b'wiċċ ġdid u dawk ġodda m'għandhomx l-istess applikazzjonijiet minħabba li l-prestazzjoni ta' sikurezza tat-tajers b'wiċċ ġdid hija ferm agħar minn dik ta' tajers ġodda u tennew l-istess tħassib wara d-divulgazzjoni finali. Bħala evidenza, dawn ipprovdew ċitazzjoni mid-dritt tal-Istati Uniti (24). Barra minn hekk, dawn iddikjaraw li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni wkoll iqisu t-tajers mogħtija wiċċ ġdid bħala separati minn tajers ġodda fi sferi oħra. Tabilħaqq, ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) ma jkunx japplika għal tajers b'wiċċ ġdid. B'hekk, dawn ma jkunux soġġetti għall-istess leġiżlazzjoni, għall-kuntrarju ta' dak li ġie ssuġġerit fil-premessa (75) tar-Regolament proviżorju. |
(71) |
Il-Kummissjoni rrifjutat din id-dikjarazzjoni. Fil-premessa (73) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni indirizzat kif it-tajers kienu perċepiti f'termini tal-prestazzjoni tas-sikurezza u kkonkludiet li jirriżultaw eżattament l-istess differenzi tekniċi, fil-kwalità u fil-perċezzjoni tas-sikurezza bejn żewġ tajers ġodda minn livelli differenti. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/507 u 2001/509 bil-ħsieb li r-Regolamenti 109 u 108 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) dwar tajers b'wiċċ ġdid isiru obbligatorji (26) tistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti NU/KEE 108 u 109 għandhom japplikaw bħala kundizzjoni obbligatorja għat-tqegħid fis-suq ta' tajers mogħtija wiċċ ġdid fis-suq tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li tajers mogħtija wiċċ ġdid jissodisfaw rekwiżiti dwar il-kontroll tas-sikurezza u tal-kwalità simili għal dawk ta' tajers ġodda (27). |
(72) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li l-proċess tal-produzzjoni tat-tajers ġodda huwa essenzjalment differenti mill-proċess għal tajers b'wiċċ ġdid. Filwaqt li l-Kummissjoni taqbel ma' dawn il-partijiet li l-proċess tal-produzzjoni huwa differenti, l-użu ta' tajers ġodda huwa l-istess - dawn huma mmuntati fuq roti jew ta' karozzi tal-linja jew ta' trakkijiet biex jiffurmaw kuntatt artab mat-triq. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
2.3. Prodott simili
(73) |
Il-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun kollha, is-CRIA u s-CCCMC talbu lill-Kummissjoni tiddivulga aktar informazzjoni dwar it-tipi ta' tajers li ntużaw għall-finijiet ta' tqabbil. Dawn iddikjaraw li kien ferm probabbli li ċerti differenzi ma kinux riflessi fil-PCN/fit-tipi tal-prodott u li għandhom isiru aġġustamenti. L-esportaturi Ċiniżi u s-CRIA u s-CCCMC stqarrew li huma ma setgħux jidentifikaw dawn id-differenzi billi ma kellhomx informazzjoni dwar prodotti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Dawn il-partijiet tennew allegazzjonijiet simili wara d-divulgazzjoni finali. |
(74) |
Il-Kummissjoni sabet li l-fajl miftuħ diġà kien fih biżżejjed informazzjoni dwar id-definizzjoni tal-PCN/tat-tipi tal-prodott. Id-definizzjoni tat-tip tal-prodott hi pjuttost kumplessa u tinvolvi seba' karatteristiċi (inklużi l-wisa' tas-sezzjoni, ir-ratio tal-aspett, it-tip ta' kostruzzjoni, id-dijametru tar-rimm \tar-rota, il-pożizzjoni tat-tajer, tajer tax-xitwa (iva jew le), tajer mingħajr tubu (iva jew le)). Skont dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-karatteristiċi tal-PCN kienu dettaljati biżżejjed biex jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi kollha tal-prodott misjuba fis-suq tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-ebda parti oħra ma qalet li l-PCNs ma jirriflettux id-differenzi kollha bejn it-tipi differenti ta' prodotti, u li l-istess tip ta' prodott manifatturat fl-Unjoni kien differenti mill-istess tip ta' prodott manifatturat fir-RPĊ. Lanqas ma kien hemm xi parti interessata li pprovdiet xi informazzjoni dwar liema karatteristiċi oħra jkunu neċessarji biex jiġi żgurat tqabbil saħansitra aktar komplut jew akbar bejn it-tipi importati u dawk domestiċi tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni sostniet li l-konklużjoni tagħha li l-karatteristiċi tal-PCNs kienu dettaljati biżżejjed biex ikopru d-differenzi relevanti bejn it-tipi differenti tal-prodott, biex b'hekk jippermettu tqabbil ġust tal-prodott (u tal-prezz). Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din id-dikjarazzjoni. |
(75) |
Is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li ma kienx ċar jekk il-kunċetti tat-tipi ta' prodott u tal-PCNs ivarjawx u talbu lill-Kummissjoni tiċċara dik il-kwistjoni. Għall-fini ta' dan il-proċediment, il-Kummissjoni kkonfermat li ż-żewġ kunċetti huma interkambjabbli. |
3. DUMPING
(76) |
Is-CRIA u s-CCCMC, Aeolus Group u Pirelli, Hankook Group u Giti Group oġġezzjonaw għall-fatt li mhux biss l-identità tal-produttur tal-pajjiż analogu nżammet kunfidenzjali iżda wkoll il-kalkoli dettaljati tal-valur normali. Dawn iddikjaraw li dan għamilhielhom impossibbli li jeżerċitaw id-drittijiet ta' proċess ġust tagħhom u li jikkummentaw b'mod sinifikattiv fuq il-kalkolu tal-valur normali. Giti Group u Hankook Group tennew din id-dikjarazzjoni wara d-divulgazzjoni finali. |
(77) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-produttur tal-pajjiż analogu talab t-trattament kunfidenzjali tal-identità tiegħu u pprovda ġustifikazzjoni għal dan. Il-Kummissjoni eżaminat il-merti tat-talba ta' anonimità u stabbilixxiet li kien hemm evidenza ta' possibbiltà sinifikanti ta' ritaljazzjoni, u aċċettat li l-isem tal-kumpanija ma għandux jiġi divulgat. Barra minn hekk, il-produttur mill-pajjiż analogu provda evidenza li, fuq il-bażi tad-data tiegħu tal-bejgħ u tal-kostijiet, b'mod partikolari tal-bejgħ tiegħu skont il-livell, il-kompetituri jkunu jistgħu jivvalutaw l-identità tiegħu u b'hekk jheddu ritaljazzjoni f'każ ta' kooperazzjoni ssoktata. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qablet mal-produttur li l-kalkoli dettaljati tal-valur normali kellhom jinżammu kunfidenzjali jew inkella f'meded. Wara s-seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta msemmija fil-premessa (14), il-Kummissjoni ddivulgat informazzjoni addizzjonali dwar il-Kost tal-Manifattura (“COM”) tal-produttur tal-pajjiż analogu u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”). |
3.1. Valur normali
3.1.1. Trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)
(78) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Giti Group, is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li l-approċċ tal-Kummissjoni li tkompli tapplika l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku (qabel l-emenda adottata fid-19 ta' Diċembru 2017 (28)) jikkosttiwixxi ksur tal-impenji meħuda mill-Unjoni fil-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina fid-WTO u, għaldaqstant, hu illegali. F'dan il-kuntest, Giti Group ma qabilx mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-oneru tal-provi jinsab fuq Giti Group u nnota bħala punt finali li ma kien hemm xejn li legalment jipprekludi lill-Kummissjoni milli tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi tad-data tal-kostijiet u tal-bejgħ (domestiku) proprji ta' Giti Group. |
(79) |
Kif innotat fil-premessa (88) tar-Regolament proviżorju, fl-investigazzjoni tagħha l-Kummissjoni segwiet id-dritt applikabbli fiż-żmien tal-investigazzjoni, inklużi l-Artikoli 2(7)(b) u 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, l-allegazzjoni li l-oneru tal-prova mhux fuq Giti Group mhux rikonċiljabbli mal-Artikolu 2(7)(c) applikabbli tar-Regolament bażiku li jistipula li “Pretensjoni taħt il-punt (b) għandha ssir bil-kitba u għandha tinkludi biżżejjed evidenza li l-produttur jopera taħt kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq…” Barra minn hekk, għad-determinazzjoni tal-valur normali, l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku jistipula li l-valur normali jista' jiġi stabbilit “fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, jew il-prezz minn tali pajjiż terz għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni…”. |
(80) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Giti Group allega wkoll li l-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tad-difiża tiegħu b'żewġ modi billi rrifjutat id-dikjarazzjoni tat-TES tiegħu:
|
(81) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' dawn l-allegazzjonijiet għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(82) |
Bħala konklużjoni, wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-kummenti dwar it-TES ma xeħtux f'dubju l-konklużjonijiet fattwali u ma kinux tali li jbiddu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-TES. F'konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għamlet id-determinazzjoni tagħha dwar jekk Giti Group ssodisfax il-kriterji TES - fi żmien seba' xhur - iżda fi kwalunkwe każ qatt aktar tard minn tmien xhur - mit-tnedija tal-investigazzjoni, wara li l-industrija tal-Unjoni kienet ingħatat opportunità li tikkummenta. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li d-drittijiet tad-difiża ta' Giti Group ġew irrispettati bis-sħiħ fir-rigward tal-konklużjonijiet tagħha dwar it-TES. |
3.1.2. Pajjiż analogu
(83) |
Fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni għażlet il-Brażil bħala l-pajjiż analogu f'konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
(84) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Giti Group ddikjara li l-Brażil ma kienx jikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq għaliex: 1) hemm kundizzjonijiet anqas favorevoli tal-aċċess għall-materja prima fil-Brażil, peress li ċ-Ċina hi produttur akbar tal-lastiku naturali u hi eqreb għas-sorsi ewlenin tal-produzzjoni fix-Xlokk tal-Asja; 2) il-Brażil għandu dazji antidumping fis-seħħ kontra diversi pajjiżi; 3) il-Brażil għandu dazji tal-importazzjonijiet regolari għoljin ta' 16 % fuq ċerti tajers tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet. |
(85) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-Brażil hu suq kompetittiv fejn hemm ħames produtturi kbar attivi fil-produzzjoni ta' tajers tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet. Hu suq kbir f'termini ta' konsum u għandu importazzjonijiet u esportazzjonijiet sinifikanti, minkejja d-dazji antidumping u d-dazji doganali regolari li għandu fis-seħħ. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li hi ma kellha ebda alternattiva vijabbli oħra. L-uniku produttur Tajlandiż li kien lest li jikkoopera kien attiv f'tajers tat-tip bit-tubu biss, u dan kien jagħmlu mhux xieraq peress li aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni huma tajers tat-tip mingħajr tubu. Finalment, l-Afrika t'Isfel kienet ferm iżgħar f'termini ta' produzzjoni u ta' konsum u kellha dazji antidumping regolari saħansitra ogħla, li kienu jagħmluha anqas xierqa mill-Brażil. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonfermat li l-Brażil kien l-aktar pajjiż analogu xieraq fost l-alternattivi proposti. |
(86) |
Il-Kummissjoni ħarset ukoll fil-fond lejn il-kost tal-lastiku naturali fil-COM tal-produttur tal-pajjiż analogu. Il-kost tal-lastiku naturali għal kull kilo tajers tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet prodotti mill-produttur tal-pajjiż analogu kien ta' [4,1 – 4,5] RMB, li kien allinjat mal-kost tal-produtturi esportaturi Ċiniżi rrapportat fit-tweġiba għall-kwestjonarju. Kumplessivament, il-COM/kg ta' output tal-produttur tal-pajjiż analogu hu ogħla mill-COM/kg tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Madankollu, id-differenza ewlenija fil-livell ta' COM fil-Brażil tirriżulta mill-kost lavorattiv ogħla, mill-kost ta' deprezzament dirett u minn kostijiet tal-manifattura diretti u indiretti oħra. Għaldaqstant, it-talba biex isir aġġustament għad-differenza fil-prezz tal-materja prima fil-pajjiż analogu u fir-RPĊ ġiet irrifjutata. |
(87) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Giti Group, Hankook Group, Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw li l-valur normali kellu jinħadem għal ħafna mill-volum tal-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni u ddikjaraw li dan kien jixħet dubju serju fuq il-komparabbiltà tat-tipi ta' prodott mibjugħa fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu. Wara divulgazzjoni finali, Giti Group tenna l-affermazzjoni tiegħu. |
(88) |
Il-prodott ikkonċernat jinkludi firxa kbira ta' tipi ta' prodott b'ħafna daqsijiet differenti u b'karatteristiċi oħra. Il-fatt li ċerti daqsijiet u tipi ta' tajers ma kinux prodotti fil-Brażil ma jfissirx li t-tipi ta' prodott tal-Brażil ma kinux komparabbli. Fil-fatt, it-tipi ta' prodotti prodotti mill-produttur Brażiljan jagħmlu parti mill-istess grupp ta' prodotti u jistgħu sa ċertu punt jiġu mqabbla ma' dawk esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din it-talba. |
(89) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-idoneità tal-pajjiż analogu, il-konklużjoni proviżorja tal-Kummissjoni li tuża lill-Brażil bħala l-pajjiż analogu, kif stabbilit fil-premessa (112) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. |
3.1.3. Valur normali
(90) |
Id-dettalji għall-kalkolu tal-valur normali huma stabbiliti fil-premessi (113) sa (115) tar-Regolament proviżorju. |
(91) |
Il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun sostnew li l-metodu biex jinħadem il-valur normali, li l-Kummissjoni applikat fl-istadju proviżorju rriżulta f'marġni ta' dumping għoli b'mod straordinarju u pproduċa riżultati li ma kinux jidhru li jikkorrispondu mar-realtà, jiġifieri l-valur normali ma niżilx għal-livell 2 u għal-livell 3, għalkemm fir-realtà it-tajers ta' livell 2 u ta' livell 3 huma dejjem irħas. Il-produtturi esportaturi saħqu li l-Kummissjoni għandha tagħmel aġġustamenti fil-valur normali, li jkunu jirriflettu l-kost li jonqos tal-produzzjoni tal-livelli 2 u 3. Giti Group talab ukoll aġġustament li jkun jirrifletti COM li jonqos tat-tajers b'wisgħa akbar tas-sezzjoni. |
(92) |
Il-Kummissjoni aċċettat id-dikjarazzjoni li l-metodu li hija użat b'mod proviżorju biex taħdem il-valur normali għal PCNs li ma jaqblux seta' ma kienx jikkunsidra biżżejjed is-segmentazzjoni tal-livelli. Il-Kummissjoni analizzat it-tipi ta' prodott, li l-produttur tal-pajjiż analogu mmanifattura fit-tliet livelli u osservat li fil-livell 2 COM/unità kien f'medja ta' [83–87]% tal-COM/unità tal-livell 1 u COM/unità għal-livell 3 kien f'medja ta' [77–82]% tal-COM/unita tal-livell 1. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirfina l-metodu sabiex jiġi kkalkolat il-valur normali sabiex ikunu ikkunsidrati dawn id-differenzi fil-COM/unità għal kull livell kif ġej. L-ewwel nett, hija kkalkolat il-medja COM/kg għat-tajers kollha ta' livell 1 prodotti mill-produttur tal-pajjiż analogu: [19 – 21] RMB għal kull kg. It-tieni, hija naqqset COM/kg għal-livell 2 użat biex jinħadem il-valur normali bid-differenza medja ta' COM/unità bejn il-livell 1 u l-livell 2 jiġifieri [83–87]%, li taw grad il-COM/kg għal-livell 2: [16 – 18] RMB/kg; il-COM/kg għal-livell 3 tnaqqas bid-differenza medja f'COM/unità bejn livell 1 u livell 3 jiġifieri [77–82]%, li ta [15–17] RMB/unità. It-tipi ta' prodott, li l-produttur tal-pajjiż analogu kien jimmanifattura fit-tliet livelli, kienu jirrappreżentaw [70 – 80]% tal-produzzjoni tal-pajjiż analogu f'volum u, għaldaqstant, tqiesu li kienu rappreżentattivi biex jintużaw bħala bażi għall-aġġustament. |
(93) |
Il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali ta' kull tip ta' prodott li ma jaqbilx esportat mill-produtturi Ċiniżi billi mmultiplikat il-piż tiegħu bil-COM/kg għal kull livell. Il-Kummissjoni mbagħad żiedet ammont raġonevoli ta' SG&A u ammont raġonevoli ta' profitt għal kull tip ta' prodott. |
(94) |
Fuq il-bażi tal-aġġustamenti msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għat-tipi ta' prodott li ma jaqblux (“PCNs”) filwaqt li qieset id-differenzi identifikati fil-kostijiet tal-manifattura bejn it-tliet livelli. |
(95) |
Wara li l-ilmenti li l-SG&A tal-produttur tal-pajjiż analogu huma għolja żżejjed, il-Kummissjoni investigat mill-ġdid fid-dettall l-ispejjeż SG&A tal-produttur u nnotat li l-ispejjeż tat-trasport domestiku kienu magħduda darbtejn fl-istadju proviżorju. Il-Kummissjoni, għalhekk, neħħiet din l-ispiża mill-kalkoli tal-valur normali, li rriżulta fit-tnaqqis tal-SG&A użat biex jinħadem il-valur normali minn [35 - – 45 %] tal-COM tal-produttur tal-pajjiż analogu għal [20 — – 30 %] tal-COM tiegħu. Din ir-reviżjoni ma għandha l-ebda impatt fuq il-livelli tad-dazju proviżorju, għax ma naqsitx il-marġni tad-dumping proviżorju taħt il-livell tal-marġni ta' dannu. L-SG&A reveduti huma konformi mal-medja tal-SG&A tal-industrija tal-Unjoni għal produtturi fil-kampjun kollha fit-tliet livelli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li dan il-livell revedut tal-SG&A kien raġonevoli. |
(96) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti Group sostna li l-Kummissjoni ma għamlitx aġġustamenti għall-fatt li l-produtturi ta' livell 1 tipikament ikollhom spejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni ħafna ogħla (meta jiġi stabbilit l-SG&A) u li l-profitabbiltà tal-produtturi ta' livell 1 huwa ferm ogħla milli għall-produtturi ta' livell 2 u ta' livell 3 (meta jkun stabilt il-profitt). Għalhekk, huwa sostna li meta jinħadem il-valur normali, il-Kummissjoni għandha tuża marġni ta' profitt aktar baxx għat-tajers ta' livell 2 minn dak użat għat-tajers ta' livell 1 u saħansitra marġni ta' profitt aktar baxx għat-tajers ta livell 3. |
(97) |
Il-Kummissjoni fakkret li hija kienet irrevediet il-metodoloġija tagħha wara l-istadju proviżorju sabiex tikkunsidra d-differenzi bejn il-livelli waqt li taħdem il-valur normali (ara l-premessa (92)). Id-data mill-produttur tal-pajjiż analogu ma tiġġustifika l-ebda aġġustament ulterjuri. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(98) |
Fir-rigward tat-talba biex jiġi aġġustat il-valur normali minħabba tnaqqis COM ta' tajers akbar, il-Kummissjoni nnotat li Giti Group ma pprovda l-ebda analiżi dettaljata li tikkwantifika sa liema punt tajers akbar huma irħas biex ikunu prodotti u jekk ma jkun hemmx bixra ċara ta' tnaqqis fil-COM. Fl-aħħar nett, Giti Group ma ressaq l-ebda metodoloġija potenzjali biex isir tali aġġustament. Wara d-divulgazzjoni finali Giti Group iddikjara li ma rċeviex biżżejjed data biex ikun jista' jressaq kwalunkwe metodoloġija potenzjali għal aġġustamenti għad-daqs tat-tajer. Il-Kummissjoni kkunsidrat li Giti Group jista' juża d-data tiegħu stess biex juri li hemm differenzi sinifikanti fil-COM għal tajers kbar u żgħar u fuq din il-bażi jissuġġerixxi metodoloġija għall-aġġustament. Madankollu, ma tressqet l-ebda sottomissjoni dwar dan. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irrifjutati. |
(99) |
Giti Group indika wkoll li matul il-perjodu ta' investigazzjoni, ir-rati tal-imgħax ippubblikati mill-Bank Ċentrali tal-Brażil varjaw bejn 14,25 % u 11,25 % filwaqt li, matul l-istess perjodu, ir-rata tal-imgħax ippubblikata mill-Bank tal-Poplu taċ-Ċina kienet ta' 4,35 %. Giti Group iddikjara li, jekk sehem kbir mill-ispejjeż tal-SG&A kien relatat ma' spejjeż finanzjarji, dawn l-ispejjeż għandhom jiġu aġġustati 'l isfel biex jirriflettu r-rati tal-imgħax ogħla fuq is-self fil-Brażil meta mqabbel mar-RPĊ. |
(100) |
Il-Kummissjoni fakkret li hi kellha tuża l-kostijiet tal-pajjiż analogu minħabba l-preżenza ta' distorsjonijiet kompetittivi importanti marbuta ma' intervent għoli mill-istat fir-RPĊ. Peress li l-aċċess tal-kumpaniji Ċiniżi għall-finanzjament mill-banek hu wieħed minn dawk id-distorsjonijiet kompetittivi, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tintuża r-rata tal-imgħax tal-pajjiż analogu. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(101) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti Group saħaq li l-Kummissjoni għandha tagħmel aġġustament għad-differenza fil-kostijiet ta' finanzjament fir-RPĊ u fil-Brażil, jiġifieri bejn ir-rati tal-imgħax applikati mir-Bank tal-Popolu taċ-Ċina u mill-Bank Ċentrali tal-Brażil. Giti Group għamel ukoll talba biex isiru aġġustamenti 'l isfel tal-COM tal-produttur tal-pajjiż analogu biex jikkumpensaw għall-ispejjeż ġenerali ogħla tiegħu u tal-SG&A biex jikkumpensaw għal kostijiet oħra u taxxi ogħla. |
(102) |
Il-Kummissjoni fakkret li, skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament bażiku, fil-każ tar-RPĊ il-valur normali jrid ikun determinat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur normali maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Kif imsemmi fil-premessa (100) hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni importanti fir-RPĊ li għandha effett fuq il-kostijiet tal-finanzjament fiċ-Ċina. Għalhekk, il-fatt li jista' jkun hemm differenzi fil-kost tal-finanzjament bejn ir-RPĊ u l-pajjiż analogu ma jiġġustifikax l-aġġustament mitlub. Fir-rigward tat-talba addizzjonali li l-COM tal-produttur tal-pajjiż analogu għandu jkun aġġustat 'l isfel biex jikkumpensa għall-kostijiet ġenerali u t-taxxi tal-Brażil, il-Kummissjoni fakkret li hija kienet irrifjutat it-talba tat-TES mill-GITI Group. Raġuni ewlenija għal dan ir-rifjut kienet li r-rekords kontabilistiċi tiegħu ma kinux jirriflettu b'mod xieraq l-ispejjeż sħaħ SG&A. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma setgħetx toqgħod fuq id-data tal-kost speċifiku għall-kumpanija ta' Giti Group u la użathom u lanqas vverifikathom. Minn dan joħroġ li hija ma setgħetx tqabbel mal-kostijiet ġenerali u ta' tassazzjoni allegatament ogħla fil-Brażil. Minħabba li l-aċċettazzjoni tal-aġġustament mitlub kien ikollha l-effet li tintroduċi mll-ġdid tali data Ċiniża inaffidabbli, il-Kummissjoni rrifjutat din it-talba wkoll. |
3.2. Prezz tal-esportazzjoni
(103) |
Id-dettalji għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni huma ppreżentati fil-premessi (116) sa (119) tar-Regolament proviżorju. |
(104) |
Hankook Group qal li għandu jkun trattat bħala entità ekonomika unika u għaldaqstant ma huma meħtieġa jew ġustifikati l-ebda aġġustamenti skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Huwa ddikjara li l-eliminazzjoni tal-ispejjeż SG&A u tal-profitt tal-kumpaniji relatati fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku kellha bħala effett li tneħħi mill-prezz tal-esportazzjoni l-kostijiet u l-ispejjeż kollha sostnuti minn dipartiment tal-bejgħ għall-esportazzjoni, u sehem tal-profitt. Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook Group tenna l-affermazzjoni tiegħu li huwa entità ekonomika unika u li, fil-fehma tiegħu, il-Kummissjoni la għandha taġġusta l-ispejjeż SG&A u lanqas il-profitt ta' kummerċjanti relatati fl-Unjoni. Minflok, il-Kummissjoni għandha tuża l-prezz reali lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni, billi fil-fehma tiegħu, dan il-prezz huwa affidabbli. |
(105) |
Fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, hija ġurisprudenza stabbilita li l-eżistenza ta' entità ekonomika unika ma tipprekludix lill-Kummissjoni milli taħdem il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) (29). Skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni hija intitolata li taħdem il-prezz tal-esportazzjoni fejn jidher li l-prezz tal-esportazzjoni mhuwiex affidabbli minħabba assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur. F'tali każijiet, l-aġġustamenti għall-kostijiet kollha, inklużi d-dazji u t-taxxi, imġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti li jsiru, għandu jsir sabiex jiġi stabbilit prezz affidabbli tal-esportazzjoni, fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(9) tar-regolament bażiku, l-entrati li għalihom għandu jsir aġġustament jinkludu dawk normalment imġarrba minn importatur iżda mħallsa minn kwalunkwe parti, inkluż marġni raġonevoli għall-kostijiet SG&A u għall-profitt. F'dan il-każ, il-Kummissjoni stabbilixxiet li din l-assoċjazzjoni teżisti minħabba li l-produtturi esportaturi u l-importaturi huma tal-istess grupp ta' kumpaniji jiġifieri Hankook Group. Għalhekk, il-Kummissjoni hija intitolata tagħmel aġġustament għall-kostijiet SG&A mġarrba u għall-profitti tal-importaturi relatati ta' Hankook Group. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li l-profitti verifikati magħmula mill-importaturi mhux relatati li kkoperaw jikkostitwixxu bażi raġonevoli biex jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(106) |
Hankook Group qal li jekk il-Kummissjoni rrifjutat it-talba tiegħu kontra l-aġġustamenti tal-prezz tal-esportazzjoni ta' Hankook Group skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, hija kellha taġġusta l-valur normali tal-produttur tal-pajjiż analogu billi tnaqqas il-kostijiet tal-bejgħ u profitt raġonevoli skont l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku. Fil-fehma tiegħu, l-inklużjoni tal-ispejjeż ta' bejgħ u l-marġni ta' profitt magħmul mill-produttur tal-pajjiż analogu toħloq nuqqas ta' simetrija li jaffettwa l-komparabilità tal-prezzijiet, li għandu jiġi aġġustat. Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, Hankook Group kwantifika l-aġġustamenti li fil-fehma tiegħu, kellhom isiru għall-SG&A u l-profitt tal-produttur tal-pajjiż analogu biex ikun eliminat in-nuqqas ta' simetrija li jaffettwa l-komparabilità tal-prezzijiet. |
(107) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-iskop tal-aġġustamenti li saru skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku huwa biex ikun stabbilit prezz tal-esportazzjoni affidabbli li mhux affettwat bl-assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur fl-Unjoni kif imfakkar fil-premessa (105). Fl-istess ħin, il-Qorti ddeċidiet li d-determinazzjoni tal-valur normali u d-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni huma rregolati minn regoli separati u għalhekk l-ispejjeż SG&A ma għandhomx neċessarjament jiġu trattati bl-istess mod fiż-żewġ każijiet (30). Il-Kummissjoni affermat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha li l-prezz finali tal-bejgħ tal-produttur tal-pajjiż analogu tnaqqas għall-istess livell ta' kummerċ frank mill-fabbrika billi aġġustatu ma' kwoti debitament verifikati rapportati fit-tabella tagħha skont it-tranżazzjoni. B'konsegwenza, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.3. Tqabbil
(108) |
Il-premessi (120) u (121) tar-Regolament proviżorju jispjegaw kif sar il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. |
(109) |
Fil-kummenti tagħhom dwar il-konklużjonijiet proviżorji u definittivi, Giti Group, Hankook Group u s-CCCMC u s-CRIA kkuntestaw il-metodoloġija għall-aġġustament tal-VAT għal bosta raġunijiet kif dettlajat fil-premessi minn (110) sa (117) |
(110) |
Dawn il-partijiet qiesu li, wara li rrifjutat il-prezzijiet u l-kostijiet Ċiniżi għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni sussegwentement daħlet mill-ġdid ir-rati tat-taxxa tal-VAT Ċiniżi fil-kalkolu tal-valur normali. Barra minn hekk, dawn il-partijiet iddikjaraw li l-metodoloġija kienet ittella' l-marġni tad-dumping, b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-aġġustament isir fil-valur normali, minflok fil-prezz tal-esportazzjoni. |
(111) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-affermazzjonijiet. L-iskop tal-aġġustamenti magħmula skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku huwa li jiżguraw li l-marġni ta' dumping ikun stabbilit abbażi ta' paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Dan ir-rekwiżit japplika irrispettivament mill-bażi li fuqha jkun stabbilit il-valur normali, anki meta l-valur normali jkun stabbilit f'pajjiż anologu f'sitwazzjonijiet fejn il-kumpaniji mhumiex mogħtija TES. Fir-rigward tal-aġġustament tal-VAT magħmul skont l-Artikolu 2(10)b, il-Kummissjoni żgurat li l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kienu mqabbla fl-istess livell ta' tassazzjoni, kif spjegat ulterjorment fil-premessi (115) u (116) skont ġurisprudenza stabbilita (31). |
(112) |
Giti Group qal li, fl-opinjoni tiegħu, is-sitwazzjoni fil-ġurisprudenza kwotata mill-Kummissjoni jiġifieri s-sentenza Dashiqiao (32) kienet differenti mis-sitwazzjoni ta' Giti Group minħabba li l-kumpanija kkonċernata minn din is-sentenza kienet kisbet TES u l-ebda aġġustament ma sar skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku. |
(113) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ċ-ċirkostanzi fl-investigazzjoni eżaminata fis-sentenza ċitata kienu differenti. F'dan il-każ, il-bejgħ mill-esportazzjoni kien soġġett għal obbligazzjoni tal-VAT bir-rata sħiħa ta' 17 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni u għalhekk l-ebda aġġustament ma kien meħtieġ għall-valur normali biex jiġi żgurat paragun ġust ma' valur normali li jirrifletti l-istess rata ta' VAT. B'kuntrast, fil-każ preżenti, il-bejgħ mill-esportazzjoni kellu obbligazzjoni għal obbligazzjoni mnaqqsa tal-VAT u għalhekk, aġġustament kien neċessarju biex iġib il-prezz b'valur normali inkluż il-VAT sal-istess livell ta' tassazzjoni bħal dik li kienet qed taffettwa l-bejgħ għall-esportazzjoni. Kif stipulat fil-premessa (111), mhux relevanti jekk produttur esportatur Ċiniż jingħatax TES jew le. Dak li huwa relevanti huwa jekk il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali kinux mqabbla fl-istess livell ta' tassazzjoni sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust tal-prezzijiet. |
(114) |
Giti Group sostna wkoll li l-oneru tal-provi għall-ħtieġa ta' aġġustament jaqa' fuq il-Kummissjoni. Hankook Group enfasizza li l-ebda VAT ma kienet imposta fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni affattu skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża u li għalhekk l-ebda aġġustament ma kien ġustifikat. Alternattivament, Hankook Group sostna li anki jekk aġġustament għal obbligazzjoni tal-VAT kien meħtieġ, l-aġġustament għandu jkun magħmul fuq il-prezz tal-esportazzjoni u mhux fuq il-valur normali. Giti Group sostna wkoll li kwalunkwe aġġustament għal obbligazzjoni tal-VAT għandu aktar isir biex ipatti għal kwalunkwe differenza fil-VAT eventwalment imħallas mill-grupp wara t-tpaċija tal-VAT jew taxxi oħra mħallsa fuq ix-xiri ta' materja prima u input ieħor kontra l-obbligazzjoni tal-VAT fuq il-bejgħ mill-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku rispettivament. Fi kliem ieħor, Giti argumenta li kwalunkwe aġġustament tal-VAT għandu jirrifletti d-differenza fil-kostijiet bejn il-materjali esportati u dawk mibjugħa internament. |
(115) |
Għalhekk l-argumenti mressqa minn Giti Group u Hankook Group huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tar-raġunament li jirfed l-aġġustament magħmul għall-obbligazzjoni tal-VAT. L-ewwel nett, fir-rigward tal-merti ta' aġġustament, iż-żewġ partijiet ma jikkontestawx il-fatt li l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat jiskatta l-obbligazzjoni tal-VAT għall-produttur esportatur. Fil-fatt, il-partijiet jissottomettu li l-aġġustament għandu jsir jew fuq il-prezz tal-esportazzjoni jew li l-aġġustament għandu jsir biex ipaċi d-differenza fil-kostijiet bejn il-bejgħ domestiku u l-esportazzjoni (jiġifieri l-kostijiet li jirriżultaw mill-inabbiltà li tkun irkuprata l-VAT kollha mħallsa fuq ix-xiri ta' materja prima jew input ieħor minħabba l-obbligazzjoni tal-VAT skattata minn bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat). Filwaqt li l-Kummissjoni ma qablitx ma' dawn l-argumenti għar-raġunijiet żviluppati fil-premessi (116) u (117), hija tinnota li dawn l-argumenti jikkonfermaw li l-bejgħ ta' esportazzjoni jwassal għal obbligazzjoni tal-VAT (kuntrarjament għal dak li argumenta wkoll Hankook Group) ekwivalenti għall-hekk imsejħa “rata mhux rimborsabbli” fuq l-esportazzjoni li hija rata fissa applikata għal prezz FOB tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. It-tieni, fir-rigward tal-aġġustament innifsu, il-Kummissjoni tenniet li l-għan ta' dan l-aġġustament huwa li jiġi żgurat li l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kienu mqabbla fl-istess livell ta' rata tal-VAT. |
(116) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet valur normali fuq il-bażi li tinkludi l-VAT bir-rata ta' 17 %, li hija r-rata normali tal-VAT għal bejgħ domestiku fir-RPĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni aġġustat 'l isfel il-valur normali biex tqabbel ir-rata l-aktar baxxa ta' obbligazzjoni tal-VAT osservata għall-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat (jiġifieri l-hekk imsejħa rata mhux rimborsabbli). Dan żgura s-simetrija meħtieġa bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal-livell ta' tassazzjoni indiretta. B'reazzjoni għall-argumenti li saru minn Hankook Group li l-aġġustament għandu jsir fuq l-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku jagħmilha ċara li kwalunkwe differenza fil-livell ta' tassazzjoni indiretta hija kwistjoni li għandha tkun indirizzata fil-valur normali, mhux fil-prezz tal-esportazzjoni. |
(117) |
Fir-rigward tal-argument li għandu jsir aġġustament sabiex jinnewtralizza kwalunkwe differenza fil-kostijiet ta' materja prima jew inputs bejn l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku li tirriżulta minn obbligazzjoni residwa tal-VAT fuq tali entrati tal-kost, il-Kummissjoni fakkret li l-iskop tal-aġġustament mwettaq f'dan il-kuntest mhux intiż biex jittratta xi allegata differenza fil-kostijiet tal-materja prima jew inputs oħrajn. Minflok, l-aġġustament jiżgura li l-prezzijiet użati għall-paragun huma fl-istess livell ta' tassazzjoni. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument ta' Giti Group dwar l-oneru tal-provi, il-Kummissjoni fakkret li l-fatt li l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat jiskatta obbligazzjoni tal-VAT kien stabbilit bħala kwistjoni ta' fatt fl-investigazzjoni u, fir-realtà, mhux ikkontestata minn xi Group li pjuttost joffri approċċ differenti biex jindirizza dan il-fatt (aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni jew aġġustamenti għal differenzi fil-kostijiet). Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati. |
(118) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook Group tenna li huwa entità ekonomika unika u għalhekk il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel aġġustament għall-kummissjonijiet skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. |
(119) |
Il-Kummissjoni tenniet il-pożizzjoni tagħha li skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku hija intitolata li tagħmel aġġustamenti għal kummissjonijiet imħallsa għall-bejgħ ikkunsidrat. F'dan il-każ, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-kummissjonijiet kienu previsti f'kuntratt bejn il-partijiet u de facto imħallsa mill-produtturi esportaturi lil partijiet relatati. Il-pagamenti kienu rrapportati, rikonoxxuti mill-produttur esportatur u vverifikati matul l-investigazzjoni. Instab li dawn jaffettwaw il-paragun tal-prezzijiet. Għaldaqstant il-Kummissjoni kienet obbligata li tagħmel aġġustamenti għal kummissjonijiet irrispettivament mill-fatt jekk il-kumpaniji jiffurmawx entità ekonomika unika jew le. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-kunċett ta' entità ekonomika unika fil-kuntest tal-aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku kien żviluppat fil-ġurisprudenza tal-Qorti (33) dwar “kummissjonijiet nozzjonali” inkluż il-marġni kummerċjali rċevuti minn kummerġjant kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(10)(i) u mhux għal sitwazzjonijiet fejn kummissjonijiet reali huma definiti b'mod ċar u mħallsa de facto. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(120) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook Group tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li r-royalties imħallsa lill-Kwartieri Ġenerali Koreani għall-użu tat-teknoloġija u l-marka Hankook ma għandhomx jitnaqqsu mill-prezz tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid it-talba, sabet li kienet ġustifikata u kkalkolat mill-ġdid il-marġni ta' dumping skont dan. |
3.4. Marġni tad-dumping
(121) |
Kif stipulat fit-taqsimiet 3.1 sa 3.3, il-Kummissjoni qieset għadd ta' kummenti minn partijiet interessati li waslu wara d-divulgazzjoni u kkalkolat mill-ġdid il-marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun. Dan wassal għat-tnaqqis tal-marġni tad-dumping stabbilit b'mod proviżorju. Din il-bidla kellha impatt ukoll fuq il-marġni tad-dumping tal-kumpaniji l-oħra kollha, kemm dawk li kkooperaw kif ukoll dawk li ma kkooperawx, minħabba li dawn il-marġni huma bbażati fuq il-marġni tal-kumpaniji fil-kampjun. |
(122) |
Il-marġni tad-dumping definittivi mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Tabella 1 Marġni tad-dumping definittivi
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(123) |
Kif deskritt fir-Regolament proviżorju fil-premessi (127) sa (129), il-prodott simili ġie manifatturat minn aktar minn 380 produttur fl-Unjoni, li jipproduċu kemm tajers ġodda u kemm tajers b'wiċċ ġdid. Flimkien, dawn ġew definiti bħala l-industrija tal-Unjoni. |
(124) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li produtturi tal-uċuħ ġodda li joperaw jew le skont l-arranġamenti ta' tolling ma jistgħux jiffurmaw parti mill-industrija tal-Unjoni. Huma qiesu li l-produzzjoni tal-uċuħ ġodda huwa suq tas-servizz wara l-bejgħ li ma jistax ikun protett permezz ta' miżuri antidumping, minħabba li l-produtturi tal-uċuħ ġodda jieħdu tajers użati eżistenti u jipproċessawhom mill-ġdid biex dawnn ikunu jistgħu jintużaw. Barra minn hekk, produtturi tal-uċuħ ġodda li joperaw abbażi ta' tolling ma jistgħux ikollhom sjieda tal-kejsing. Il-klijenti jżommu s-sjieda tal-kejsings waqt li l-kejsing jingħata service u wiċċ ġdid jiġi applikat fuq tajer użat qabel ma jkun ritornat lill-klijent. |
(125) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-industrija li tagħti wċuħ ġodda lit-tajers tagħti ħajja oħra (jew aktar, minħabba li l-istess kejsing jista' jkun trattat mill-ġdid diversi drabi) lil kejsing li joriġina minn tajer użat. Tajer użat mhux sigur biex jintuża fuq triq pubblika u ma jistax jirritorna fiċ-ċirkolazzjoni. Mingħajr il-proċess ta' għoti ta' wiċċ ġdid, il-futur tat-tajer użat huwa li jispiċċa fil-miżbla, minkejja li parti minn tajer użat tista' tkun piroliżata biex tipproduċi fjuwil derivat mit-tajers. Kif deskritt fil-premessa (49) tar-Regolament proviżorju, l-għoti ta' wiċċ ġdid lil tajer huwa proċess ta' riċiklaġġ fejn it-tajers użati jiġu rikostruwiti permezz tas-sostituzzjoni tal-wiċċ tat-tajer fuq kejsing qadim. Għalhekk, l-għoti tal-uċuħ ġodda mhux biss servizz, imma huwa proċess tal-produzzjoni. Irrispettivament mill-arranġamenti ta' sjieda, il-produtturi tal-uċuħ ġodda huma produtturi tal-Unjoni li l-proċess ta' produzzjoni tagħhom jibda minn kejsing u li qed jipproduċu tajer. |
(126) |
Barra minn hekk, iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tajers użati jintemm b'waħda minn żewġ modi: jew jintremew bħala skart jew jintużaw bħala kejsing tajjeb li jista' jingħata wiċċ ġdid. Jekk ikkunsidrati skart, is-sid tat-tajer użat jista' jkollu jħallas tariffa biex jarmi t-tayer użat. Fit-tieni xenarju, it-tajer użat isir sors ta' dħul. Il-produtturi tal-uċuħ ġodda jistgħu jixtru tajers użati minn garaxx jew jagħtu wċuħ ġodda lil tajers użati skont ftehim ta' tolling. Il-produtturi tal-uċuħ ġodda vverifikati jużaw żewġ sorsi ta' forniment (jiġifieri jew kejsing mill-istokk jew ftehim ta' tolling) biex jipproduċu tajers. Il-prezz tax-xiri ta' tajer użat kien f'medja ta' madwar 10 % tal-kost kumplessiv tal-produzzjoni ta' tajers b'wiċċ ġdid. Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-differenza fil-kostijiet tal-produzzjoni jew fil-valur miżjud bejn iż-żewġ modi li bihom il-kejsings jingħataw wiċċ ġdid, ma kienx sinifikanti, u tqishom bħala żewġ mudelli ta' negozju differenti tal-għoti ta' wiċċ ġdid lit-tajers. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-uċuħ ġodda huma parti mill-industrija tal-Unjoni. |
(127) |
B'riżultat ta' dan, id-data pprovduta mill-produtturi tal-uċuħ ġodda u vverifikata mill-Kummissjoni (inkluż il-kostijiet reali u l-prezzijiet tal-bejgħ) intużat għall-istabbiliment tal-indikaturi tad-dannu u għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu. |
4.2. Analiżi segmentata tad-dannu
(128) |
Kif spjegat fil-premessa (162) tar-Regolament proviżorju, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet analizzata fuq bażi aggregata u, f'ċerti indikaturi mikroekonomiċi fil-grad tal-livelli, minħabba s-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni. Ċerti partijiet interessati tennew l-istess tħassib wara d-divulgazzjoni finali li l-analiżi tad-dannu skont is-segment għandha tikkunsidra l-indikaturi kollha tad-dannu u l-indikaturi tal-kawżalità. Huma rreferew għar-Rapport tal-Korp tal-Appell fl-Istati Uniti - Prodotti tal-Azzar Illaminati bis-Sħana mill-Ġappun (34). Barra minn hekk, dawn il-partijiet talbu li l-Kummissjoni għandha tiddistingwi wkoll bejn tajers ġodda u tajers b'wiċċ ġdid, tagħmir oriġinali u, it-tajers ta' sostituzzjoni minħabba li s-suq tat-tagħmir oriġinali kien protett mill-kompetizzjoni Ċiniża, għal darb'oħra b'referenza għal rapport tal-Korp tal-Appell fl-Istati Uniti - Prodotti tal-Azzar Illaminati bis-Sħana mill-Ġappun (35). Is-CRIA u s-CCCMC tennew l-istess tħassib wara d-divulgazzjoni finali. |
(129) |
Il-ġurisprudenza msemmija hawn fuq tindika li l-awtoritajiet li jeżaminaw parti waħda mill-industrija domestika, “huma meħtieġa li, fil-prinċipju, jeżaminaw, bl-istess mod, il-partijiet l-oħra kollha li jiffurmaw l-industrija, kif ukoll jeżaminaw l-industrija kollha kemm hi” (36). Madankollu, ir-Rapport tal-Korp tal-Appell ma jimponix fuq l-awtoritajiet tal-investigazzjoni obbligu li jipprovdu l-indikaturi kollha tad-dannu skont is-segment. |
(130) |
Barra minn hekk, il-fatti f'dan il-każ kienu differenti. Fir-rapport tal-Korp tal-Appell fl-Istati Uniti - Prodotti tal-Azzar Illaminati bis-Sħana mill-Ġappun, parti sinifikanti tal-produzzjoni domestika fl-Istati Uniti - il-produzzjoni kaptiva - ġiet protetta mill-istruttura tas-suq domestiku minn kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet tas-suġġett. F'din is-sitwazzjoni speċifika, il-Korp tal-Appell sab problema fl-“eżami komparattiv” ta' kull parti tas-suq domestiku – li qabbel fuq żewġ lati kuntrastanti s-suq tan-negozjanti u s-suq kaptiv. Għall-Korp tal-Appell, dan “saħħaħ” il-ħila tal-awtoritajiet investigattivi li jagħmlu determinaizzjoni xierqa dwar l-istat tal-industrija domestika sħiħa. Iżda f'dan il-każ ma kien hemm ebda protezzjoni tas-segmenti tal-livelli 1 u 2 tas-suq tal-Unjoni. Il-bejgħ tal-importazzjonijiet Ċiniżi hu kkonċentrat prinċipalment fis-suq tal-bdil; din hi sitwazzjoni fattwali li mhix imposta mill-istruttura tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prodott ikkonċernat kien jinbiegħ lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali wkoll. Għalhekk, l-allegazzjoni li s-suq tat-tagħmir oriġinali tal-Unjoni huwa protett mill-kompetizzjoni Ċiniża u għalhekk għandu jkun analizzat separatament ġiet miċħuda. |
(131) |
Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (160) tar-Regolament proviżorju, il-ġurisprudenza tikkonferma wkoll li, meta jkun eżaminat jekk hemmx dannu għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, din l-analiżi tista' tiffoka fuq is-segment l-aktar affettwat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. F'dan il-każ, madwar 65 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi tat-tajers huma relatati mal-livell 3. Għaldaqstant, analiżi xierqa tad-dannu ma tistax tinjora l-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping speċjalment f'sitwazzjoni tas-suq fejn il-bejgħ ta' tajers tal-livell 3 qed jikber bla heda, u fejn il-livelli kollha li jifformaw is-suq tat-tajers tal-Unjoni huma relatati ma' xulxin. |
(132) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li għamlet eżami xieraq tal-industrija kollha kemm hi. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
(133) |
Kif imsemmi fil-premessa (9), il-Kummissjoni wettqet żjarat ta' verifika fil-bini ta' żewġ importaturi mhux relatati. Instab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġew iddikjarati wkoll matul il-perjodu kkunsidrat taħt il-kodiċijiet NM 4011 90 00 u 4011 99 00. Dawn l-importazzjonijiet kienu jikkonċernaw tajers tal-livell 3. Madankollu, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit jekk kienx hemm problema sistemika bid-dikjarazzjoni tal-prodott ikkonċernat, jew jekk il-kwistjoni kinitx limitata għal dan l-importatur partikolari. |
(134) |
Barra minn hekk, il-volum totali rrapportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fil-perjodu ta' investigazzjoni qabeż it-total tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina pprovdut mill-Eurostat Comext. Madankollu, billi ma hemm ebda data rrapportata minn dawn il-produtturi esportaturi li tikkonċerna s-snin preċedenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi approċċ konservattiv u li ma tirrevedix il-volumi ta' importazzjoni mir-RPĊ. |
(135) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, instab li l-bejgħ tal-fornituri tal-wiċċ mhux membri tal-ETRMA Europool ġew ommessi meta kien stabbilit il-konsum tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrevediet il-konsum tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat. |
(136) |
Matul il-perjodu kkunsidrat l-konsum tal-Unjoni (37) żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni (f'unitajiet)
|
(137) |
Għalhekk, il-konsum tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat. Kumplessivament, matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum żdied b'6,1 % minn madwar 20,5 miljun tajer għal madwar 21,7 miljun tajer fil-perjodu ta' investigazzjoni. |
4.4. Interkonnessjoni bejn tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid
(138) |
Għadd ta' partijiet interessati kkontestaw il-konklużjonijiet proviżorji dwar l-interkonnessjoni bejn tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid u fost il-livelli u tennew l-istess tħassib wara d-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni kollha dwar din il-kwistjoni f'nota għall-fajl dwar l-interkonnessjoni (38). |
(139) |
Fir-rigward tal-premessa (140) tar-Regolament proviżorju, is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li ma kien hemm l-ebda attribuzzjoni ta' valur għat-tajers tal-livelli 1 u 2 mill-eżistenza tal-industrija tal-produtturi tal-uċuħ ġodda. |
(140) |
Informazzjoni rigward l-importanza tan-negozju tal-produzzjoni tal-uċuħ ġodda hi ferm mifruxa u hi pubblikament disponibbli. Kif imsemmi fil-premessa (58) tar-Regolament proviżorju, il-produtturi ta' tajers ġodda qegħdin ukoll jipproduċu t-tajers b'wiċċ ġdid. Xi produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom il-marki tagħhom stess għal tajers b'wiċċ ġdid bħal Hankook Alphatread jew Giti Genesis. Kif spjegat fin-nota għall-fajl dwar l-interkonnessjoni, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi ewlenin tat-tajers li jinkludu produtturi esportaturi Ċiniżi kienu attivi fin-negozju tal-produzzjoni tal-uċuħ ġodda. Hankook Group joqgħod fuq il-produtturi tal-uċuħ ġodda tal-Unjoni bħal Vacu-Lug fir-Renju Unit jew B.R.P. Pneumatici fl-Italja għall-attività tagħha ta' produzzjoni tal-uċuħ ġodda. GITI Genesis, preċedentement magħrufa bħala TG Ree Tread tiddependi fuq Vacu-Lug fir-Renju Unit. |
(141) |
Barra minn hekk, Pirelli Italia, fir-rigward ta' kuntratt iffirmat ma' Marangoni (Unjoni fornitur ta' soluzzjonijiet b'wiċċ imfellel ġdid), fl-2009 iddikjarat li dan il-proġett, li huwa parti minn strateġija ta' tisħiħ u twessiegħ tal-provvista ta' servizzi minn Pirelli Truck, għandu l-għan li jżid il-valur b'mod partikolari tal-prodotti ġodda fis-serje 88 u fis-serje 01, varati fis-suq Ewropew fl-2009, ikkaratterizzati, fost kwalitajiet oħrajn, mill-adattabilità li jingħataw wiċċ ġdid (39). Produtturi oħra wkoll qed jikkummerċjalizzaw li t-tajers tagħhom jistgħu jingħataw wiċċ ġdid, pereżempju l-importatur tal-marka Athos jgħid li t-tajers Athos jistgħu jingħataw wiċċ ġdid u huma adattati għal proċedura bil-kesħa u bis-sħana u anke l-marka Aeolus (40) (rapportati t-tnejn bħala ta' livell 3). Dan juri li l-possibbiltà ta' għoti ta' wiċċ ġdid hi fattur ta' valur sinifikanti kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-pajjiż ikkonċernat. Tabilħaqq, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li l-produtturi tal-“ogħla livell” jibbażaw ħafna fuq l-eżistenza u d-disponibbiltà ta' industrija tal-produtturi tal-uċuħ ġodda biex mhux biss joħolqu perċezzjoni ta' suq ta' valur għoli, iżda anki għall-istrateġiji tagħhom għall-konsumaturi u għall-kontinwità tan-negozju. Hekk kif turi wkoll in-nota għall-fajl dwar l-interkonnessjoni, l- adattabilità li jingħataw wiċċ ġdid hi meqjusa mill-industrija tal-produzzjoni fl-Unjoni u fil-pajjiż ikkonċernat mhux biss bħala sempliċi assi ta' kummerċjalizzazzjoni, iżda xprunatur veru tal-valur għal-livelli superjuri. Għalhekk, il-valur u l-prezz tal-bejgħ tal-livelli ogħla għandhom rabta profonda ma' industrija “downstream” b'saħħitha ta' produtturi tal-uċuħ ġodda. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li l-Kummissjoni, fil-premessa (140) tar-Regolament proviżorju, qalet li “parti kbira mill-valur attribwit lit-tajers tal-Livelli 1 u 2 joriġina mill-eżistenza ta' industrija tat-trajers b'wiċċ ġdid fil-Livell 3”. |
(142) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet inizjali tagħha dwar l-interkonnessjoni bejn tajers ġodda u b'wiċċ ġdid u bejn it-tajers. |
(143) |
Fir-rigward tal-premessa (141) tar-Regolament proviżorju, is-CRIA u s-CCCMC ikkunsidraw li l-Kummissjoni ma ddivulgatx is-sors ta' interkambjabbiltà għolja tat-tajers b'wiċċ ġdid li min-naħa tagħha, stabbilit prezz bħala fattur determinanti fid-deċiżjoni tax-xiri tal-klijent li jixtri tajers b'wiċċ ġdid jew tajers ġodda tal-livell 3. |
(144) |
Il-Kummissjoni aċċettat din id-dikjarazzjoni. Għalhekk, fin-nota tagħha għall-fajl dwar l-interkonnessjoni, hi wriet eżempji ta' tajers ta' livelli differenti b'kanali tal-bejgħ komuni. |
4.5. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.5.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(145) |
Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw li l-Kummissjoni missha kkunsidrat għall-analiżi tagħha ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni u missha pprovdiet analiżi separata għat-tliet livelli. Il-partijiet iddikjaraw li, b'referenza għal-livell 1 u għal-livell 2, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 2,7 % u bi 2 % rispettivament, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-livell 3 żdiedu bi 3,9 % mill-2015 u mill-2016. Bħala konklużjoni, dawn iddikjaraw li kwalunkwe żieda allegata fl-importazzjonijiet (f'termini assoluti jew relattivi) matul il-perjodu ta' investigazzjoni ma kinitx sostanzjali u ma kkawżatx dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
(146) |
Kif spjegat fil-premessi (128) u (132), is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet analizzata fuq bażi aggregata, u dan kien jinkludi l-analiżi tal-importazzjonijiet. Kien biss f'ċerti indikaturi mikroekonomiċi ewlenin li twettqet l-analiżi addizzjonali fil-grad tal-livelli, minħabba s-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni. Il-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdiedu. Fuq il-bażi tal-istatistika tal-importazzjoni Eurostat Comext (li kif spjegat fil-premessi (133) u (134) tista' tkun sottovalutata), tali żieda fil-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ kienet sostanzjali, kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini relattivi. |
4.5.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(147) |
Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw li l-analiżi tal-Kummissjoni hi nieqsa minn kwalunkwe referenza għas-segmentazzjoni tas-suq u tirrapporta biss ċifri tal-Eurostat, mingħajr ebda referenza għaċ-ċifri dwar l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. |
(148) |
Kif spjegat fil-premessi (128) u (132), is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet analizzata fuq bażi aggregata u, f'ċerti indikaturi mikroekonomiċi ewlenin, kienet analizzata anke fil-grad tal-livelli, minħabba s-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni. Madankollu, fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun tabilħaqq tqabblu mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni b'kunsiderazzjoni tal-livell speċifiku tagħhom. |
(149) |
Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet kienu affettwati b'mod sinifikanti miċ-ċaqliq fir-rati tal-kambju. Il-Kummissjoni ma ratx ir-rilevanza tar-rata tal-kambju peress li l-prezzijiet kollha użati għall-finijiet ta' tqabbil fil-kalkolu tal-marġni tad-dannu huma denominati fl-EURO. B'hekk, iċ-ċaqliq bejn USD u EUR ma kellux rwol fid-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz jew tal-livell tal-miżuri. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(150) |
Ċerti partijiet interessati (Pirelli, Giti Group) iddikjaraw li skont il-Eurostat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (primarjament relatati ma' tajers tal-livell 3) naqsu tul l-aħħar tliet snin biss minħabba tnaqqis fil-prezzijiet fil-materja prima (bi EUR 15,6 għal kull unità). Il-partijiet iddikjaraw li l-prezzijiet tal-materja prima (lastiku naturali u żejt) naqsu b'mod sinifikanti, b'impatt konsistenti fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
(151) |
L-evoluzzjoni tal-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat mal-evoluzzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima prinċipali żviluppa kif ġej: Tabella 3 L-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjoni u dawk tal-materja prima prinċipali
|
(152) |
Tul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina ma rriflettewx l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima. Filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu stabbli bejn l-2014 u l-2015, il-prezz tal-materja prima ewlenija naqas b'mod sinifikanti b'20 % għal-lastiku naturali u b'madwar 45 % għall-butadien u għall-indikaturi Brent. Filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 12 % bejn l-2015 u l-2016, il-prezzijiet tal-materja prima baqgħu pjuttost stabbli. Finalment, għall-perjodu 2016 u għall-perjodu ta' investigazzjoni fejn ħafna mill-prezzijiet tal-materja prima żdiedu b'mod sinifikanti mit-tieni trimestru tal-2016 sal-ewwel trimestru tal-2017, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu stabbli. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina mhumiex konnessi mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
4.5.3. Twaqqigħ tal-prezz
(153) |
Diversi partijiet interessati ddikjaraw li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz għandhom jiġu stabbiliti b'analoġija għall-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping fuq il-bażi ta' tqabbil ta' prezz medju ponderat tal-bejgħ għal kull tip ta' prodott u kull segment tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati b'medja ponderata ta' prezzijiet tat-tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni komparabbli kollha. Barra minn hekk, is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li l-Kummissjoni għandha taġġusta l-prezzijiet taċ-Ċina 'l fuq jew inkella l-prezzijiet tal-Unjoni għat-tajers b'wiċċ ġdid 'l isfel biex jiġi żgurat li l-prezzijiet imqabbla jirriflettu distanza simili u għal servizzi ta' wara l-bejgħ u ta' garanzija pprovduti mill-produtturi tal-Unjoni li jbigħu tajers b'wiċċ ġdid, b'mod partikolari għall-grad 3 peress li l-produtturi Ċiniżi ma kinux jipprovdu t-tali servizzi. Il-partijiet tennew allegazzjonijiet simili wara d-divulgazzjoni finali. |
(154) |
Kif spjegat fil-premessi (149) u (150) tar-Regolament proviżorju, il-metodoloġija tat-twaqqigħ tal-prezz għat-tqabbil kkunsidrat il-prezz medju tal-bejgħ għal kull tip ta' prodott (PCN) u għal kull segment. It-twaqqigħ tal-prezz ġie kkalkolat fuq il-bażi tat-tranżazzjonijiet komparabbli skont ir-referenza għat-tip tal-prodott skont kull tip. Peress li fi ħdan kull livell, it-tajers jitqiesu simili f'termini ta' distanza, ma hemm bżonn li jsir ebda aġġustament ġenerali. Dan hu minnu wkoll għas-servizzi ta' garanzija, bl-eċċezzjoni tal-grad 3, li għall-kuntrarju tal-produtturi Ċiniżi, għalih l-Unjoni tabilħaqq tista' tipprovdi servizzi ta' wara l-bejgħ u ta' garanzija. Konsegwentement, il-Kummissjoni aġġustat il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għas-servizzi ta' wara l-bejgħ u ta' garanzija għal-livell 3 meta kien hemm bżonn. It-twaqqigħ tal-prezz u l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ġew stabbiliti mingħajr ebda ponderazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(155) |
Rigward l-affermazzjoni dwar l-analoġija bejn il-kalkoli tad-dumping u tad-dannu, il-Kummissjoni nnotat li l-kalkoli tad-dumping fil-fatt jeħtieġ li jikkunsidraw it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni paragunabbli kollha fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping għal l-prodott simili fit-totalità tagħhom (41). Għall-kuntrarju, “awtorità tal-investigazzjoni mhix meħtieġa […] tistabbilixxi l-eżistenza tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull wieħed mit-tipi ta' prodott investigati, jew fir-rigward tal-medda sħiħa ta' oġġetti li jsawru l-prodott simili domestiku. Minkejja dan, awtorità investigattiva tkun obbligata li teżamina oġġettivament l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet domestiċi” (42). F'dan il-każ, il-Kummissjoni kienet sodisfatta b'livell għoli ħafna ta' tqabbil bejn it-tipi tal-prodotti tal-produtturi tal-Unjoni u tal-produtturi esportaturi mibjugħa fis-suq tal-Unjoni (it-tqabbil kumplessiv ivarja bejn 80 % u 90 %). Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(156) |
Is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li l-Kummissjoni għandha tiddivulga informazzjoni ulterjuri dwar il-karatteristiċi fiżiċi tat-tipi ta' tajers li ntużaw għall-finijiet ta' tqabbil peress li hu ferm probabbli li hemm differenzi, li mhumiex riflessi fil-PCNs li jistħoqqilhom aġġustament, iżda l-esportaturi Ċiniżi u s-CRIA u s-CCCMC sempliċiment ma jistgħux jidentifikaw it-tali differenzi peress li m'għandhom ebda informazzjoni dwar il-prodotti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-partijiet qalu li r-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO f'KE — Qfieli (43) jappoġġja dan l-approċċ. Il-partijiet tennew allegazzjonijiet simili wara d-divulgazzjoni finali. |
(157) |
Il-Kummissjoni ma aċċettatx dan l-argument. Hi indikat li r-Rapport tal-Korp tal-Appell imsemmi hawn fuq jikkonċerna nuqqas ta' forniment tal-informazzjoni neċessarja rigward il-karatteristiċi ta' prodott partikolari li ntuża fid-determinazzjoni tal-valur normali. Dan wassal għal sitwazzjoni li fiha l-produtturi ma setgħux jiddeċiedu dwar in-neċessità li jitolbu livell ta' aġġustamenti tan-negozju biex jiżguraw tqabbil ġust skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku fil-kuntest tal-kalkoli tad-dumping. Madankollu, ir-rapport tal-Bord fl-istess każ iddikjara li “filwaqt li huwa ċar illi r-rekwiżiti ġenerali ta' eżami oġġettiv u evidenza pożittiva tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku jillimita d-diskrezzjoni tal-awtorità inkwirenti fit-twettiq ta' analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, dan ma jfissirx li r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku fir-rigward ta' provvediment għal differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet huma applikabbli” (44). Għaldaqstant, ma jistax jiġi bbażat fuq il-ġurisprudenza f'dan il-każ meta s-CRIA u s-CCCMC jagħmlu spekulazzjonijiet dwar l-assenza ta' divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar “kwalunkwe karatteristika relevanti oħra” u differenzi mhux riflessi fil-PCNs għall-fini tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tad-dannu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz f'konformità mal-prattika tas-soltu tagħha biex tiżgura tqabbil ġust li bih il-PCNs jirrifletu b'mod suffiċjenti d-differenzi fiżiċi u d-differenzi l-oħra kollha bejn it-tipi ta' prodott mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni u mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, jekk il-produtturi esportaturi jikkunsidraw li l-prodotti tagħhom għandhom karatteristiċi speċifiċi li normalment ikunu differenti mill-karatteristiċi tal-prodotti tal-Unjoni u li, fil-fehma tagħhom, ma jinqabdux mill-PCN, huma kellhom jqajmuhom fiż-żmien dovut. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(158) |
Ċerti partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx twaqqigħ tal-prezz għall-perjodu kkunsidrat kollu kemm hu. Kalkolu dettaljat tat-twaqqigħ tal-prezz sar għall-perjodu ta' investigazzjoni biss. Filwaqt li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-perjodi preċedenti jistgħu jitqabblu mal-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni, tqabbil bħal dan essenzjalment ikun inutli peress li (1) ma hemm ebda data separata għall-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina skont il-livell; u (2) dawn il-prezzijiet medji ma jqisux il-possibbiltà li t-taħlita tal-prodott setgħet inbidlet matul il-perjodu. |
(159) |
Ir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO f'Ċina - HP-SSST (UE) (45) talbet li awtorità ta' investigazzjoni għandha tivvaluta s-sinifikat tat-twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fir-rigward tal-proporzjon ta' produzzjoni domestika fejn ma nstab l-ebda tnaqqis fil-prezz. Il-partijiet qiesu li l-Kummissjoni m'għamlitx valutazzjoni bħal din. Il-partijiet tennew allegazzjonijiet simili wara d-divulgazzjoni finali. |
(160) |
Kif iddikjarat fil-premessa (149) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni, f'konformità mal-ġurisprudenza applikabbli, wettqet il-kalkoli abitwali fuq il-bażi tad-data vverifikata għall-perjodu ta' investigazzjoni, għal kull PCN u għal kull livell. Il-kalkoli relevanti kollha ġew divulgati lill-partijiet interessati bir-rispett tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Il-livell kumplessiv tat-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni kien ta' madwar 21 % li l-Kummissjoni tikkunsidra sinifikanti. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(161) |
Madankollu, is-CRIA u s-CCCMC qiesu li hu probabbli li l-Kummissjoni sabet twaqqigħ tal-prezz biss għal subsett żgħir mill-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Fil-fehma tagħhom, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-pressjoni fuq il-prezzijiet, jekk kien hemm, li setgħet tiġi eżerċitata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina fuq il-bejgħ li jifdal tal-industrija tal-Unjoni li għalih ma nstab ebda twaqqigħ tal-prezz. |
(162) |
Din it-talba kienet irrifjutata għax il-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-unjoni fil-kampjun li kienu jaqblu mal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi huwa sinifikanti (bejn 80-% u 90 %). Barra minn hekk, il-marġni tat-twaqqigħ medju ponderat fit-tliet livelli nstab li kien sinifikanti, bejn 18 % u 24 %: |
(163) |
Aeolus Group u Heuver talbu li l-prezzijiet CIF ta' Aeolus għandhom jiġu reveduti biex jiġu riflessi l-kostijiet ta' Heuver ta' wara l-importazzjoni. Pirelli ddikjara li l-Kummissjoni trid tikkunsidra l-kosijiet addizzjonali tagħha meta din tqabbel it-tajers ta' Pirelli ma' tajers oħra prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni u lill-bejjiegħa bl-imnut (indipendenti). |
(164) |
Il-Kummissjoni sabet li Heuver mhux relatat ma' Aeolus Group. Konsegwentement, ma kien iġġustifikat l-ebda aġġustament. Rigward Pirelli, il-prezz medju ponderat CIF kien stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku kif deskritt fil-premessa (118) tar-Regolament proviżorju. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(165) |
Bosta partijiet sostnew li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq il-prezzijiet ta' esportazzjoni maħduma meta tagħmel l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz u meta tiddetermina l-livell ta' dannu u li l-metodoloġija użata hija kuntrarja għall-Artikolu 3(2)(a) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, Hankook Group ippretenda li huwa għandu jkun trattat bħala entità ekonomika unika kemm għall-kalkoli tad-dumping u kif ukoll għall dawk tal-marġini tad-dannu. |
(166) |
L-ewwel nett, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku jirreferi għall-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, li setgħu jikkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni u mhux il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta' kumpanija (importatur relatat) fl-Unjoni lil klijent ieħor. |
(167) |
It-tieni nett, rigward it-twaqqigħ tal-prezzijiet, ir-Regolament bażiku ma jipprevedix xi metodoloġija speċifika ta' dak il-kunċett. Għalhekk, l-istituzzjonijiet igawdu minn marġni wiesa' ta' diskrezzjoni sabiex jivvalutaw dan il-fattur ta' dannu. Dan il-marġni ta' diskrezzjoni huwa limitat mill-ħtieġa li l-konklużjonijiet ikunu bbażati fuq evidenza pożittiva u eżami oġġettiv, kif mitlub mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. |
(168) |
F'dak li jirrigwarda l-elementi kkunsidrati għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (b'mod partikolari l-prezz tal-esportazzjoni), il-Kummissjoni trid tidentifika l-ewwel punt li fih isseħħ (jew tista' sseħħ) l-kompetizzjoni ma' produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan il-punt huwa fil-fatt il-prezz tax-xiri tal-ewwel importatur mhux relatat minħabba l-fatt li din il-kumpanija għandha fil-prinċipju l-għażla għal sors jew mill-industrija tal-Unjoni jew minn klijenti barranin. B'kuntrast, li wieħed iħares lejn prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' importaturi mhux relatati ma jirriflettix il-punt fejn isseħħ il-kompetizzjoni reali. Dan huwa biss il-punt fejn l-istruttura tal-bejgħ stabbilita tal-esportatur tipprova ssib klijenti iżda huwa diġà wara l-punt meta d-deċiżjoni għal importazzjoni tkun ittieħdet. Fil-fatt, ladarba esportatur ikun stabbilixxa s-sistema tiegħu ta' kumpaniji relatati fl-Unjoni, huwa jkun diġà ddeċida li s-sors tal-merkanzija se tkun minn barra. Għalhekk, il-punt ta' tqabbil għandu jkun dritt wara li l-oġġett jaqsam il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea, u mhux fi stadju aktar tard fil-katina tad-distribuzzjoni, pereżempju meta jinbiegħ lil utent finali tal-oġġett. |
(169) |
Dan l-approċċ jiżgura wkoll koerenza f'każijiet fejn produttur esportatur ikun qiegħed ibigħ il-prodotti direttament lil klijent mhux relatat (kemm jekk l-importatur jew l-utent finali) minħabba li f'dan ix-xenarju, b'definizzjoni l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ma jkunux użati. Approċċ differenti jista' jwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi esportaturi abbażi biss tal-kanal tal-bejgħ li huma jużaw. |
(170) |
F'dan il-każ, il-prezz tal-importazzjoni ma jistax jittieħed b'mod superfiċjali peress li l-produttur esportatur u l-importatur huma relatati. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit b'mod affidabbli l-prezz ta' importazzjoni fuq bażi distakkata, dan il-prezz għandu jiġi maħdum mill-ġdid bl-użu tal-prezz tal-bejgħ tal-importatur relatat bħala punt ta' tluq. Sabiex terġa' taħdimhom mill-ġdid, ir-regoli dwar kif jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku huma pertinenti, bħalma huma pertinenti għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għal skopijiet ta' dumping. L-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku tippermetti li wieħed jasal għal prezz li huwa għalkollox komparabbli għall-prezz CIF (fruntiera tal-Unjoni) li jintuża meta jiġi eżaminat il-bejgħ lil klijenti mhux relatati. |
(171) |
Għaldaqstant, sabiex ikun hemm tqabbil ġust, tnaqqis tal-SG&A u l-profitt mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lil klijenti mhux relatati magħmula mill-importatur relatat huwa ġġustifikat sabiex jaslu għal CIF affidabbli. |
(172) |
Ċerti partijiet talbu lill-Kummissjoni biex tiżvela n-natura ta' ċerti kostijiet ta' wara l-importazzjoni u l-perċentwali applikat, b'indikazzjoni tas-sors. Barra minn hekk, Xingyuan Group iddikjara li dawn il-kostijiet fissi għandhom jiġu allokati bħala ammont fiss għal kull tajer minflok perċentwal li jippenalizza inġustament lil esportaturi li l-prezzijiet tagħhom jinsabu fin-naħa t'isfel tal-iskala. |
(173) |
Il-Kummissjoni nnotat li din żiedet il-valur CIF bi 3,2 % għall-kostijiet tat-trasport (li rrappreżentaw 60 %, immaniġġar 32 % u 8 % tal-ispejjeż tat-trattament doganali). Il-perċentwali ġew ikkalkolati fuq il-bażi tal-kostijiet verifikati ta' wara l-importazzjoni għal kull biċċa u mbagħad ġew espressi f'perċentwal tal-prezz CIF tal-importaturi mhux relatati verifikati. |
(174) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC u s-CRIA sostnew li d-differenzi bejn tajers ġodda u tajers b'wiċċ ġdid għandhom jiġu kkunsidrati għal tqabbil ġust fl-investigazzjoni għall-finijiet li jkunu diterminati t-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ bi prezz imwaqqa'. |
(175) |
Kif iddikjarat fil-premessa (84) tar-Regolament proviżorju tajers ġodda u tajers b'wiċċ ġdid għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(176) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook Group sab diskrepanza bejn il-marġni ta' profitt irrapportat għal-livell 1 u l-marġni ta' profitt fil-mira użat biex jiġi stabbilit il-marġni tat-twaqqigħ fil-prezz. |
(177) |
Il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet ta' bejgħ bi prezz imwaqqa' u sabet żball klerikali meta ġie stabbilit il-marġni ta' bejgħ bi prezz imwaqqa' għal livell 1 u livell 2. Għalhekk, il-Kummissjoni kkoreġiet il-kalkolu tal-marġni tal-bejgħ bi prezz imwaqqa'. |
(178) |
Wara s-seduta ma' Hankook, imsemmija fil-presmessa (14), il-Kummissjoni divulgat informazzjoni addizzjonali dwar l-entrati tal-SG&A mnaqqsa mill-prezz lill-ewwel klijent indipendenti sabiex jilħaq il-livell frank mill-fabbrika. Il-Kummissjoni kkonfermat li l-kostijiet imnaqqsa kienu: trasport, kostijiet tal-assigurazzjoni, immaniġġar, tgħobija u anċillari, ippakkjar, kreditu, skontijiet u kummissjonijiet. Il-Kummissjoni ma naqsitx l-ispejjeż tal-bejgħ indirett, ir-R&D, il-finanzjament, il-kummerċjalizzazzjoni u lanqas il-profitt mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. |
4.6. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.6.1. Kummenti ġenerali
4.6.1.1.
(179) |
Bosta partijiet talbu aktar informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija użata fl-istadju proviżorju għall-ponderazzjoni tal-kategoriji differenti ta' kumpaniji (kbar jew SMEs) u skont il-livell kif deskritt fir-Regolament proviżorju fil-premessi (157) u (158). |
(180) |
Il-proċess ta' ponderazzjoni kien ibbażat fuq il-bejgħ peress li dan hu l-parametru relevanti meta jiġi kkunsidrat il-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni għall-istabbiliment tal-kost tal-produzzjoni jew tal-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati. |
(181) |
Wieħed mill-kriterji għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien ir-rappreżentattività tal-produtturi tal-Unjoni f'termini ta' daqs, jiġifieri bejn l-SMEs u l-kumpaniji l-kbar (il-premessa (24) tar-Regolament proviżorju). Fil-kampjun iddaħħlu ħames SMEs. SME minnhom iddeċidiet li ma tibqax tikkoopera mal-investigazzjoni. Erbgħa wieġbu għall-kwestjonarju tal-kampjunar. Kif imsemmi fil-premessa (10), il-Kummissjoni vverifikat il-kwestjonarju tal-SME li għaliha ma saritx żjara ta' verifika qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. |
(182) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat kummenti minn partijiet interessati li qiesu li s-segmentazzjoni tas-suq fi tliet livelli kellha tiġi riflessa fil-kampjun ta' produtturi tal-Unjoni (il-premessa (20) tar-Regolament proviżorju). Informazzjoni addizzjonali ġiet ipprovduta mill-produtturi li kkoperaw kif spjegat fil-premessa (21) tar-Regolament proviżorju. Il-produtturi tal-Unjoni ntalbu jipprovdu informazzjoni rigward il-valur tal-bejgħ u l-volum li jikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni għal kull livell u, fil-każ ta' tajers b'wiċċ ġdid, is-sors tal-kejsings (tolling/kejsings tal-istokk). Il-kwestjonarju tal-kampjunar jew il-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni ma pprovdiex informazzjoni rigward l-oriġini/id-ditta tal-kejsings użati mill-produtturi tal-uċuħ ġodda. |
(183) |
Il-Kummissjoni ħadet kampjun ta' ħdax-il produttur tal-Unjoni. Dan hu numru akbar mis-soltu ta' produtturi tal-Unjoni li ġew investigati. Madankollu, minkejja dan l-isforz, il-prestazzjoni tal-SMEs u għal kull livell kienet teħtieġ ponderazzjoni għal analiżi xierqa tal-aggregazzjoni tar-riżultat tal-indikaturi tad-dannu mikroekonomiku. |
(184) |
Il-qasma għal kull livell tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u dik tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu simili: fil-medda ta' 60 % sa 70 % għal-livell 1, fil-medda ta' 15 % sa 25 % fil-livell 2 u fil-medda ta' 10 % sa 20 % fil-livell 3. L-SMEs kienu jirrappreżentaw medda ta' 7 % sa 10 % mill-bejgħ totali tal-Unjoni rrapportat mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun qed jipproduċu tajers ġodda u b'wiċċ ġdid fil-livell 2 u fil-livell 3. Madwar nofs il-bejgħ tal-kampjun fil-livell 3 huma tajers b'wiċċ ġdid. |
(185) |
L-ewwel pass kien li tiġi stmata l-qasma bejn il-bejgħ tal-kumpaniji l-kbar u l-SMEs. L-istima ta' bejgħ tal-SMEs kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta minn ETRMA (għal proċess kiesaħ) u minn fornituri tal-uċuħ ġodda mhux membri tal-ETRMA Europool. Għall-fini ta' din l-investigazzjoni, tqies li l-bejgħ tal-proċess bil-kesħa jsir mll-SMEs u tal-proċess bis-sħana minn produtturi kbar. Dan hu approċċ konservattiv biex jiġi stmat il-bejgħ tal-SMEs peress li l-Kummissjoni vverifikat produttur SME wieħed biż-żewġ tekniki. L-istima tal-bejgħ tal-kumpaniji l-kbar hi d-differenza bejn il-bejgħ totali tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni neqes l-istima tal-bejgħ tal-SMEs. Fi stadju proviżorju, il-Kummissjoni sabet li l-bejgħ tal-SMEs kien jirrappreżenta madwar 15 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-2016 (kif imsemmi hawn fuq din kienet stima konservattiva peress li xi SMEs jużaw ukoll proċessi tal-uċuħ bis-sħana). B'riżultat ta' dan, il-proporzjon ġie stabbilit għal madwar 85 % għall-kumpaniji kbar u 15 % għal SMEs. |
(186) |
It-tieni pass kien li jitqabbel il-proporzjon ta' 85 %/15 % mal-proporzjon tal-kampjun (li fih il-kumpaniji l-kbar kellhom ponderazzjoni ta' aktar minn 95 %). Barra minn hekk, id-data dwar il-bejgħ tal-SMEs fil-kampjun uriet li dan kien jirrappreżenta 4 % mill-bejgħ totali stmat tal-Unjoni tal-produtturi SMEs tal-Unjoni. Biex tiġi żgurata riflessjoni xierqa tal-importanza relattiva taż-żewġ kategoriji ta' produtturi tal-Unjoni fl-indikaturi mikroekonomiċi, il-Kummissjoni għamlet ponderazzjoni tal-indikaturi tal-kumpaniji individwali b'aggregazzjoni fuq il-bażi tal-proporzjon ta' 85 %/15 % imsemmi aktar 'il fuq. Il-metodoloġija rriżultat f'żieda tal-piż tal-bejgħ ta' livell 3 użat sabiex jiġu stabbiliti l-indikaturi mikroekonomiċi. |
(187) |
Fl-istadju proviżorju, iż-żewġ ponderazzjonijiet, il-ponderazzjoni tal-kategorija ta' kumpaniji u l-ponderazzjoni tal-livelli, kienu applikati b'mod ugwali tul il-perjodu kkunsidrat, abbażi tal-2016. Il-Kummissjoni qieset dan l-approċċ raġonevoli fid-dawl tal-evidenza disponibbli. |
(188) |
Wara, id-divulgazzjoni finali, is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li l-Kummissjoni ma għndhiex tuża proporzjon fiss (jiġifieri proporzjoni kkalkolat għall-2016) matul il-perjodu kkunsidrat iżda pjuttost proporzjoni għal kull perjodu tal-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, huma sostnew li xi produtturi kbar tal-uċuħ kienu qed jipproduċu t-tajers b'wiċċ ġdid bl-użu ta' proċess kiesaħ u li żewġ produtturi ta' tajers b'wiċċ ġdid kienu parti minn grupp akbar li jikkwalifikawhom bħala kumpanija kbira. Għalhekk, il-partijiet indikaw li l-metodoloġija użata ma setgħatx titqies bħala konservattiva u li l-volum tal-bejgħ tal-SMEs kien stmat iżżejjed. Bipaver iddikjara li l-proċess bis-sħana ma jintużax biss minn produttur wieħed tal-uċuħ ġodda iżda minn diversi produtturi tal-uċuħ ġodda fl-Unjoni (46). |
(189) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni eżaminat l-allegazzjonijiet magħmula u l-evidenza pprovduta mill-partijiet. Hija kkonstatat li fil-fatt xi fornituri kbar tal-uċuħ ġodda għandhom sussidjarji relatati li jipproduċu t-tajers b'wiċċ ġdid bl-użu tal-proċess kiesaħ. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi inizjalment ikkunsidrati bħala SMEs imsemmija mill-partijiet kienu parti minn gruppi akbar, għaldaqstant ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala SMEs. Il-Kummissjoni għalhekk aġġustat il-proporzjonijiet użati fil-ponderazzjoni. Il-fornituri l-kbar u l-SMEs ipprovdew il-bejgħ tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum totali rrapportat huwa bejn 227 000 u 254 000 tajer mogħtija wiċċ ġdid, li jirrappreżentaw madwar 5,5 % tal-bejgħt stmat tat-tajers mogħtija wiċċ ġdid matul il-perjodu kkunsidrat. |
(190) |
It-tieni nett, rigward l-bejgħ tal-SMEs ta' produzzjoni bis-sħana, il-Kummissjoni sabet li aktar minn SME waħda qiegħda tipproduċi tajers b'wiċċ ġdid bl-użu tal-proċess bis-sħana. Hija talbet lil xi ftit produtturi biex jipprovdu l-volum ta' produzzjoni tal-proċess bis-sħana għall-perjodu kkunsidrat. Il-volum totali rrapportat huwa bejn 132 000 u 150 000 tajer mogħtija wiċċ ġdid, li jirrappreżentaw madwar 3,2 % tal-bejgħt stmat tat-tajers mogħtija wiċċ ġdid matul il-perjodu kkunsidrat. |
(191) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid l-istima tal-bejgħ tal-SMEs matul il-perjodu kkunsidrat billi żiedet il-bejgħ tal-SMEs li jużaw il-proċess bis-sħana u naqqset il-bejgħ tal-kumpaniji kbar li jużaw il-proċess ta' produzzjoni kiesaħ. |
(192) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkalkolat is-sehem tal-bejgħ tal-SMEs fil-bejgħ totali tal-Unjoni għal kull perjodu tal-perjodu kkunsidrat: Tabella 4 Is-sehem tal-bejgħ tal-SMEs fil-bejgħ totali tal-Unjoni (f'%)
|
(193) |
Kif muri fit-Tabella 4 hawn fuq, il-piż tal-SMEs fil-bejgħ totali tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat żdied bi 2,3 punti perċentwali fl-2014, b'0,7 punti perċentwali fl-2015, u naqas b'0,9 punti perċentwali fl-2016 u b'1,4 punt perċentwali fil-perjodu ta' investigazzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istabbiliment ta' proporzjon għal kull sena kellu impatt marġinali fuq l-eżitu ġenerali tal-analiżi. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjonijiet ibbażati fuq ix-xejriet fir-Regolament proviżorju jibqgħu validi. |
(194) |
Rigward it-tieni aġġustament skont il-livelli, il-Kummissjoni bbażat ruħha fl-istadju proviżorju fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Ilment (l-Anness 15) li jtipprovdi l-istima tal-piż ta' kull livell għall-konsum tal-Unjoni għall-2016. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (188), is-CRIA u s-CCCMC idikkjaraw li l-Kummissjoni għandha tuża proporzjon għal kull perjodu tal-perjodu kkunsidrat. |
(195) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda data li kienet tkun aktar xierqa li mbagħad setgħat tintuża għall-kalkolazzjoni tal-ponderazzjoni tal-livelli matul il-perjodu kkunsidrat, u lanqas ma l-partijiet interessati setgħu jippreżentaw data bħal din. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapplikax it-tieni aġġustament skont il-livelli fi stadju definittiv. Dan l-approċċ żied il-piż tal-livell 1 u tal-livell 2 użat sabiex jiġu stabbiliti l-indikaturi mikroekonomiċi. |
(196) |
Kif muri fit-tabella 5, bil-ponderazzjoni reveduta l-konklużjonijiet bbażati fuq ix-xejriet tar-Regolament proviżorju jibqgħu validi għall-indikaturi mikroekonomiċi kollha analizzati fuq bażi aggregata: Tabella 5 Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)
|
(197) |
Kif muri fit-Tabella 6, bil-ponderazzjoni reveduta l-konklużjonijiet bbażati fuq ix-xejriet tar-Regolament proviżorju jibqgħu validi għall-livell 3: Tabella 6 Profittabbiltà tal-livell 3 tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)
|
4.6.1.2.
(198) |
Is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li l-proċess ta' ponderazzjoni kien illegali peress li r-Regolament bażiku ma kienx jippermetti li jsiru emendi fil-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni li suppost ikun rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni sħiħa. Barra minn hekk, dawn argumentaw li l-metodoloġija tal-Kummissjoni ma kinitx konformi mar-rekwiżit li d-determinazzjoni tad-dannu tiġi bbażata fuq evidenza pożittiva biex titwettaq eżaminazzjoni oġġettiva peress li numru limitat ħafna ta' kumpaniji eventwalment iddetermina l-eżitu sħiħ tal-valutazzjoni tad-dannu, għad-deteriment ta' sett ta' data ferm akbar li l-importanza tiegħu tnaqqset. Il-partijiet tennew allegazzjonijiet simili wara d-divulgazzjoni finali. Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni finali s-CRIA u s-CCCMC stqarrew li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq informazzjoni pprovduta minn erba' SMEs fil-kampjun li tkun il-bażi għall-ponderazzjoni tal-indikaturi tad-dannu. |
(199) |
Il-Kummissjoni fakkret il-metodoloġija użata fil-premessi (179)sa (195). |
(200) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenniet li bħala riżultat tal-ponderazzjoni, il-kampjun magħżul sar statistikament aktar rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, skont il-ġurisprudenza tad-WTO u tal-UE applikabbli (47). Barra minn hekk, dan ippermetta lill-Kummissjoni li tikkunsidra aħjar is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun (SMEs u produtturi kbar), li kieku ma kinux ikunu riflessi biżżejjed fl-indikaturi tad-dannu, il-Kummissjoni bbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq il-kampjun mingħajr applikazzjoni tal-koeffiċjent fil-każ inkwistjoni. Fid-dawl tal-karattru frammentat tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma tistax sempliċiment tinjora s-sinifikat tal-produtturi SMEs fuq is-suq tal-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (186), id-data dwar il-bejgħ ipprovduta mill-SMEs fil-kampjun uriet li dan kien jirrappreżenta 4 % mill-bejgħ totali stmat tal-Unjoni tal-produtturi SMEs tal-Unjoni. Biex tirrifletti l-importanza relattiva taż-żewġ kategoriji ta' kumpaniji, il-Kummissjoni bbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq id-data verifikata tal-kumpaniji fil-kampjun u applikat il-ponderazzjoni. L-informazzjoni li bbażat ruħha fuqha hija disponibbli fil-fajl miftuħ, ivverifikata kif xieraq fejn meħtieġ. Għalhekk il-Kummissjoni qieset li hi kienet wettqet eżaminazzjoni oġġettiva tal-eżistenza ta' dannu abbażi ta' evidenza pożittiva. Għalhekk, dawk id-dikjarazzjonijiet ġew miċħuda. |
4.6.2. Indikaturi makroekonomiċi
(201) |
Is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li kellhom dubji dwar l-affidabbiltà ta' ċerta informazzjoni li fuqha bbażat il-Kummissjoni rigward l-indikaturi makroekonomiċi. |
(202) |
Kif imsemmi fil-premessa (28), dokumnet li jipprovdi kjarifiki dwar ir-Regolament proviżorju kien inkluż fil-fajl miftuħ qabel id-divulgazzjoni finali. |
(203) |
Rigward l-istabbiliment tal-indikaturi makroekonomiċi, il-Kummissjoni bbażat fuq diversi sorsi, inkluża d-data pprovduta mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tat-Tajers u tal-Lastiku (“ETRMA” - European Tyre & Rubber Manufacturers' Association). L-ETRMA tippubblika analiżi tas-suq li hi disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha. Il-verżjoni miftuħa ta-ilment kienet tinkludi dokument li joriġina minn ETRMA (anness 16 – fuljett ETRMA għall-2016 (48)). Il-Kummissjoni nnotat li wħud mill-produtturi esportaturi kif ukoll ċerti produtturi tal-Unjoni huma membri tal-ETRMA u kienu wkoll qed jipprovdu sottomissjonijiet sostnuti minn data mill-ETRMA (bħal Hankook Group u Pirelli). |
4.6.2.1.
(204) |
Kif implikat fil-premessa (135), il-produzzjoni tal-Unjoni fir-Regolament proviżorju ma kinitx tinkludi l-bejgħ tal-fornituri tal-uċuħ ġodda mhux membri tal-ETRMA Europool. Barra minn hekk, instab żball klerikali meta kienet stabbilita l-kapaċità tal-produzzjoni. |
(205) |
Il-produzzjoni totali, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità stmati tal-Unjoni ġew reveduti kif xieraq u żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(206) |
Kif jidher fit-Tabella 7, il-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli, b'21,1 miljun unità fil-perjodu ta' investigazzjoni, filwaqt li r-rata tal-użu tal-kapaċità żdiedet b'7,4 punti perċentwali (minn 72,2 % għal 79,6 %) matul il-perjodu kkunsidrat fid-dawl tat-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni. |
4.6.2.2.
(207) |
Kif implikat fil-premessa (135), il-volum totali tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni fir-Regolament proviżorju ma kienx jinkludi l-bejgħ tal-fornituri tal-uċuħ ġodda mhux membri tal-ETRMA Europool. |
(208) |
Matul il-perjodu kkunsidrat l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ġew reveduti kif xieraq u żviluppaw kif ġej matul: Tabella 8 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(209) |
F'suq dejjem jikber, il-bejgħ fl-Unjoni naqas ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Dan irriżulta fi tnaqqis ta' 5,3 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 72,4 % għal 67,1 %) filwaqt li l-volum ta' importazzjoni mir-RPĊ żdied b'aktar minn 1,1 miljun tajer, jew żieda ta' 4,2 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 17,1 % għal 21,3 %). |
(210) |
Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw li l-volum ta' bejgħ fis-suq tal-Unjoni baqa' stabbli matul it-tliet snin preċedenti u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'5 punti perċentwali mill-2014 sal-2017, li huwa tnaqqis insinifikanti. |
(211) |
Barra minn hekk, huma sostnew ukoll li l-volum ta' bejgħ tal-Unjoni rrapportat mill-ilmenti għall-perjodu 2013 u 2016 wera tnaqqis qawwi għall-livell 3 (– 30 %), tnaqqis fil-bejgħ għal-livell 2 (– 7 %) u tnaqqis ċkejken fil-bejgħ għal-livell 1 (– 1 %). Kien ċar li l-unika dannu seta' jinstab fis-segment tal-livell 3 u li l-analiżi tad-dannu għandha tikkunsidra s-segmentazzjoni tas-suq. |
(212) |
Il-Kummissjoni nnotat li ċ-ċifri msemmija fil-premessa ta' qabel huma relatati mal-bejgħ tal-ilmentaturi biss, u mhux tal-industrija tal-Unjoni sħiħa. Dawn huma relatati ma' perjodu ta' żmien differenti wkoll. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li tiġi trasposta l-evoluzzjoni tal-volum tal-bejgħ tal-ilmentaturi għall-industrija tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessi (128) u (132), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-eżistenza ta' dannu materjali għandha tkun determinata fir-rigward tal-prodott ikkonċernat u tal-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa, u mhux biss għal ċerti partijiet minnha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma eżaminatx ix-xejriet b'mod iżolat, jiġifieri għal kull livell, peress li hi segwiet approċċ aggregat. |
4.6.2.3.
(213) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied b'6,1 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'1,7 %, minkejja ż-żieda fil-konsum, li wassal biex l-industrija tal-Unjoni titlef is-sehem mis-suq. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-pajjiż kkonċernat żdied matul il-perjodu kkunsidrat (b'aktar minn 4 punti perċentwali). |
(214) |
Giti Group ddikjara li l-konsum tal-Unjoni kellu jiġi analizzat fil-valur minflok fil-volum. Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni naqas b'5 % fil-valur, u beda jiżdied bil-mod biss bejn l-2016 u l-Perjodu ta' Investigazzjoni. |
(215) |
Il-Kummissjoni rrifjutat din id-dikjarazzjoni. Il-konsum tal-Unjoni ta ħarsa ġenerali lejn in-numru ta' tajers disponibbli fis-suq tal-Unjoni f'mument partikolari. Il-konsum tal-Unjoni normalment jiġi kkalkolat f'volum apposta biex jiġi evitat milli l-imġiba tal-prezzar tal-atturi fis-suq taffettwa x-xejriet matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6.2.4.
(216) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej: Tabella 9 Impjiegi u produttività
|
(217) |
Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw li l-impjiegi, li għalihom il-Kummissjoni sabet tnaqqis ta' 11 %, huma relatati b'mod esklużiv mal-industrija tal-għoti ta' wiċċ ġdid. L-iżvilupp tal-produttività minflok jista' jiġi spjegat mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni dan l-aħħar għaddiet minn perjodu ta' ristrutturar u ta' razzjonalizzazzjoni. |
(218) |
Id-dikjarazzjoni tal-partijiet interessati rigward it-tnaqqis fl-impjiegi hi fattwalment żbaljata, peress li madwar nofsu ġej minn manifatturi kbar. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(219) |
Heuver talab l-ismijiet tal-85 produtturi tal-uċuħ ġodda msemmija fil-premessa (171) tar-Regolament proviżorju. |
(220) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fir-Regolament proviżorju li kien hemm mill-anqas 85 produttur li waqfu l-produzzjoni bbażata fuq il-lista ta' klijenti li l-fornituri tal-uċuħ kienu pprovdew f'din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tat trattament kunfidenzjali lill-identità tal-klijenti u l-volum tal-bejgħ għal kull klijent peress li din hi informazzjoni kummerċjali sensittiva. Barra minn hekk, il-partijiet interessati ma ntalbux jipprovdu sommarju għal dan it-tip ta' dokument. Minkejja dan, b'mod eċċezzjonali, il-fornituri tal-wiċċ ipprovdew sommarju tas-sottomissjonijiet tagħhom li jista' jinstab fil-fajl miftuħ. |
(221) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li s-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-bejgħ kollu bil-proċess kiesaħ isir mill-SMEs hija żbaljata peress li ħafna kumpaniji kbar qed jużaw din il-metodoloġija. Il-partijiet ikkonkludew li l-istima li tirriżulta tal-impjieg u tal-produttività għalhekk ma kinitx affidabbli. |
(222) |
Kif imsemmi fil-premessa (189), il-Kummissjoni sabet li l-produzzjoni ta' kumpaniji kbar bl-użu tal-proċess kiesaħ hija pjuttost limitata u bħala tali ma tistax tirrifjuta l-istima magħmula mill-Kummissjoni rigward l-impjiegi u l-produttività. Barra minn hekk, il-produttività hija relatata l-aktar mat-tip ta' produzzjoni (jiġifieri tajers wiċċ ġdid jew tajers ġodda). Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(223) |
Barra minn hekk, is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li l-lista ta' klijenti pprovduta minn wieħed mill-fornituri tal-uċuħ ġodda juru li klijent wieħed kien jidher bħala inattiv filwaqt li r-rapporti finanzjarji tiegħu ppreżentati lill-awtoritajiet lokali wrew li l-kumpanija kienet għadha attiva fl-2017. Il-Kummissjoni fin-Nota tagħha għall-fajl (49) spjegat li l-lista kienet mibnija billi kienet aggregata l-informazzjoni dwar il-bejgħ mogħtija minn tmien fornituri tal-uċuħ ġodda. Għall-finijiet tal-investigazzjoni produttur tal-uċuħ ġodda kien meqjus li waqqaf il-produzzjoni meta ma baqax jixtri aktar uċuħ. Għalhekk, mhuwiex possibbli li tinħareġ konklużjoni pożittiva dwar jekk produttur tal-uċuħ ġodda hux attiv jew le abbażi tal-lista ta' fornitur uniku u/jew fuq il-bażi rapporti finanzjarji ppreżentati biss. Barra minn hekk, filwaqt li huwa minnu li l-kumpanija msemmija mis-CCCMC ma kinitx għalqet, hija kkonfermat mal-Kummissjoni li ma kinitx qiegħda topera l-workshop tagħha għall-għoti tal-uċuħ ġodda. Għalhekk, il-Kummissjoni kompliet tuża l-lista kif stabbilita. |
4.6.2.5.
(224) |
Il-marġni kollha ta' dumping kienu reveduti kif imsemmi fil-premessa (122) u kollha jibqgħu sinifikanti. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta tqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
4.6.3. Indikaturi mikroekonomiċi
(225) |
Giti Group talab li l-Kummissjoni tiddivulga wkoll l-evoluzzjoni fil-fatturi mikroekonomiċi mingħajr il-ponderazzjoni adottata mill-Kummissjoni biex din tkun tista' tanalizza jekk it-tali data mhux manipolata tirriżultax fi stampa differenti tad-dannu. Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRIA, is-CCCMC u Giti Group tennew it-talba. |
(226) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni, minħabba li d-divulgazzjoni tal-indikaturi tad-dannu mingħajr il-ponderazzjoni ma tkunx tirrifletti s-sitwazzjoni reali tal-industrija tal-Unjoni minħabba li mhux possibbli li jkunu inklużi biżżejjed SMEs fil-kampjun, peress li jkun meħtieġ li jkun rifless il-piż reali tagħhom fost il-produtturi tal-Unjoni. |
4.6.3.1.
(227) |
Is-CRIA u s-CCCMC talbu lill-Kummissjoni biex tiċċara jekk il-prezzijiet ta' trasferiment bejn il-kummissjoni relatati kinux ġew ikkunsidrati meta stabbilixxiet l-indikaturi tad-dannu. |
(228) |
Meta l-kumpaniji relatati kienu involuti fil-bejgħ, il-produtturi fil-kampjun intalbu jipprovdu l-bejgħ lill-ewwel klijenti indipendenti. Rigward ix-xiri ta' materja prima permezz ta' kumpaniji relatati, il-politika tal-prezz tat-trasferiment ġiet eżaminata mill-Kummissjoni u ma rriżultatx f'xi aġġustamenti. |
4.6.3.2.
(229) |
Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tanalizza mhux biss l-industrija ġenerali iżda anki d-distinzjoni bejn tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid jew bejn kategoriji differenti ta' livelli. Dawn argumentaw li skont l-ilment, ma seħħet ebda żieda fl-istokk għat-tajers tal-livell 1 jew tal-livell 2. Għall-kuntrarju, l-istokkijiet tal-livell 1 u tal-livell 2 naqsu bi 15 % u 21 %, rispettivament, bejn l-2013 u l-2016. L-ilment irrapporta li, għall-kuntrarju, l-istokk tat-tajers tal-livell 3 żdied bi 17 %. Minnhom, iż-żieda rrapportata fl-istokkijiet tirrelata biss mal-industrija tal-għoti ta' wiċċ ġdid. Barra minn hekk, iċ-ċaqliq fl-istokk jista' jiġi spjegat minn diversi fatturi. Pereżempju, żidiet fl-istokkijiet jistgħu jiġu skattati mill-bejgħ miżjud, li jsir b'ordnijiet antiċipati. Speċifikament, Prometeon Tyre Group S.r.l. irreġistrat żieda fl-istokk minħabba diversi fatturi, ilkoll relatati mal-kriżi ekonomika fl-Ewropa. Il-produzzjoni tat-tajers hi strettament konnessa mat-trasport, u t-trasport jiddependi primarjament fuq il-kummerċ inġenerali. Kriżi fil-kummerċ twassal għal anqas trasport u dan loġikament ifisser anqas bejgħ ta' tajers. |
(230) |
Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li ż-żieda fl-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet seħħet bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, ma kinitx direttament ikkonċernata mill-kriżi finanzjarja tal-2011. Barra minn hekk, iċ-ċifri kkwotati mill-partijiet interessati kienu jikkonċernaw biss l-ilmentatur u ma kinux jirriflettu s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. B'hekk, it-teħid ta' kwalunkwe konklużjoni minnhom ma jistax jiġi kkunsidrat rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni għall-investigazzjoni. It-talba ġiet miċħuda fuq din il-bażi. |
4.6.3.3.
(231) |
Rigward l-investimenti, Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw li l-investigazzjoni kienet tikkontradixxi ċ-ċifri pprovduti mill-ilmentatur. Giti Group ddikjara li l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali kienet sottovalutata minħabba li l-Kummissjoni biddlet id-data tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biex iżżid l-importanza tad-data tal-livell 3. Giti Group ddikjara wkoll li l-uniku segment tal-industrija b'marġni ta' profitt li qed jonqsu (u baxxi) kien is-segment tal-livell 3. Madankollu, dan is-segment tas-suq kien jirrappeżenta 20 % biss mill-bejgħ/konsum totali tal-Unjoni. Aeolus Group u Pirelli qiesu li l-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali hi profittabbli ħafna, pożittiva biċ-ċar fil-livell 1 u pożittiva fis-segment tal-livell 2. |
(232) |
Rigward il-kumment dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-profitabbiltà, il-Kummissjoni spjegat fil-premessi minn (179) sa (195) il-metodoloġija applikata għall-ponderazzjoni tal-indikaturi mikroekonomiċi biex jirriflettu r-realtà ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni. Hi nnotat ukoll li l-profittabilità tal-livelli kollha naqset mill-2014 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni u li ċ-ċifri assoluti dwar il-profittabilità kellhom jinqraw flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar l-interkonnessjoni bejn il-livelli. |
4.7. Interkonnessjoni bejn tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid u bejn it-tajers
(233) |
Il-partijiet interessati ġeneralment jaċċettaw il-prinċipju tas-segmentazzjoni tas-suq fi tliet livelli. Kif deskritt fil-premessi minn (54) sa (59) tar-Regolament proviżorju, fis-suq tal-Unjoni, id-ditti ġew pożizzjonati f'wieħed mit-tliet livelli. Il-livelli kollha ġeneralment kienu jinbiegħu permezz ta' kanali komuni tal-bejgħ. |
(234) |
Kien hemm numru ta' partijiet interessati li kkontestaw il-konklużjonijiet proviżorji dwar l-interkonnessjoni bejn il-livelli u tennew l-istess tħassib wara d-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni dwar din il-kwistjoni f'nota għall-fajl dwar l-interkonnessjoni bejn tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid u bejn il-livelli (50). |
(235) |
Is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li l-idea li l-prezzijiet fil-livell3 kienu se jwasslu għall-ipprezzar fil-livelli 1 u 2 (il-premessi (203) u (207) tar-Regolament proviżorju) hi infondata u li l-Kummissjoni naqset milli tagħti xi raġuni għal dan l-allegat impatt. Anki jekk jiġi supponut li l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq kienu korretti, l-ebda waħda minnhom ma tista' twassal għall-konklużjoni li l-prezzijiet fil-livell 3 ikunu jħallu impatt fuq il-prezzijiet fil-livelli 1 u 2. Dawn iddikjaraw ukoll li l-prezzijiet tat-tajers jitmexxew mill-kost tal-materja prima u li ma kienx korrett li l-kompetizzjoni sseħħ fost is-segmenti differenti. Huma sostnew li l-Kummissjoni sempliċement tirreferi għall-“impatt tal-prezzijiet fil-livelli iżjed baxxi fuq il-prezzijiet fil-livell ogħla” (il-premessa (203) tar-Regolament proviżorju), filwaqt li rrepetew dak li qal l-ilmentatur mingħajr ebda evidenza ta' sostenn. Giti Group ssottometta li t-teorija ta' kaskata b'lura tal-Kummissjoni ma kinitx sostnuta (u fil-fatt kienet f'kontradizzjoni) mill-fatti rreġistrati. B'rabta ma' dan, Giti Group fakkar ukoll li l-Ilment innifsu kien iddikjara li: “L-atturi, il-prezzar, il-kompetizzjoni u l-istrateġiji jvarjaw ħafna minn segment għall-ieħor u fattur deċiżiv fuq segment minnhom jaf ikun irrelevanti fuq l-ieħor. Filwaqt li tista' teżisti kompetizzjoni diretta bejn l-estremitajiet tas-segmenti, il-kompetizzjoni fis-segmenti, hija prinċipalment ir-riżultat ta' għażla strateġika bejn il-kwalità u l-prezz” (51). |
(236) |
Kif imsemmi fil-premessa (234), il-Kummissjoni pproduċiet nota għall-fajl, li fiha l-bażi għall-konklużjoni li hemm interkonnessjoni bejn il-livelli. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq numru ta' elementi. L-ewwel wieħed hu li l-kompetizzjoni bejn il-livelli sseħħ fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar xirja. L-akkwirent imbagħad għandu l-possibbiltà li jagħżel;
|
(237) |
Din id-deċiżjoni, imsarrfa fi prezzijiet, twassal għal analiżi maqsuma fi tnejn: il-ħlas inzijali u l-kost ġenerali għal kull tajer. Rigward il-ħlas inizjali, it-tajers tal-livel 1 huma dawk li jinvolvu investiment akbar. Fl-istess ħin, fuq il-bażi ta' kost għal kull tajer u għal kull km, dawn għandhom l-anqas kost. Il-varjabbli huma eżattament l-oppost għat-tajers ta' livell 3, fejn il-ħlas bil-quddiem huwa l-aktar baxx, iżda l-kost għal kull tajer għal kull km huwa l-ogħla (52). |
(238) |
Element ieħor li kellu rwol kritiku kienu l-kanali tal-bejgħ komuni, li normalment juru tajers ta' livelli differenti flimkien għall-bejgħ, biex b'hekk jiffaċilitaw id-dinamika tal-interkonnessjoni bejn il-livelli (53). |
(239) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li d-dikjarazzjoni rigward il-kost tal-materja prima ma kinitx sostnuta minn evidenza. |
(240) |
Fid-dokument ta' divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni, imbagħad, irreferiet l-bejgħ tal-Unjoni għall-iżvilupp f'livelli differenti, billi bbażat ruħha, f'dan ir-rigward, fuq tabella pprovduta minn partijiet interessati (Prometeon/Pirelli). Din it-tabella kien immarkata bħala “L-evoluzzjoni stmata tal-bejgħ tal-Unjoni għall-produtturi tal-Unjoni membri tal-ETRMA”. Wara, id-divulgazzjoni finali, is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li ċ-ċifri kienu differenti mit-Tabella 4 tad-dokumenti ta' divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni eżaminat id-dikjarazzjoni u talbet kjarifika mill-ETRMA. ETRMA spjegat li d-data fit-Tabella 6 tad-dokument ta' divulgazzjoni finali kienet immarkata ħażin. Id-data fit-Tabella 6 tad-dokument ta' divulgazzjoni finali fil-fatt kienet tikkonċerna l-evoluzzjoni tas-suq ta' sostituzzjoni tal-Unjoni ta' tajers ġodda (Tabella 10 hawn taħt). Skont dik id-data, kien hemm interess ċar u li kien qed jikber b'mod rapidu fost il-produtturi tal-Unjoni fis-segment orħos tal-livell 3 tas-suq. Tabella 10 L-evoluzzjoni stmata tas-suq ta' sostituzzjoni ta' tajers ġodda fl-Unjoni
|
(241) |
Abbażi tat-tabella ta' hawn fuq, il-bejgħ stmat tal-2018 ta' tajers ġodda tal-livell 3 huwa mistenni li jiżdied b'aktar minn 53 % meta mqabbel mal-livelli tal-2014, waqt li l-volumi tal-bejgħ tat-tayers tal-Livell 1 u tal-Livell 2 jibqgħu simili, u huma mistennija jiżdiedu b'6 % biss meta mqabbla mal-livelli tal-2014. Dan l-iżvilupp irid jiġi kkunsidrat fl-isfond ta' żieda drastika tal-kompetizzjoni tal-livell 3 mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu 2014-2018 kif ukoll tal-livelli ta' profitt finanzjarjament mhux vijabbli fil-livell 3 għall-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(242) |
Il-Kummissjoni osservat li din il-bidla fis-suq ta' sostituzzjoni tal-Unjoni affettwat il-produtturi tal-Unjoni li rrendew livelli ħafna ogħla ta' profitt fil-livelli 1 u 2. Dan jistgħu jinftiehmu biss fid-dawl tar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (141) et seq, jiġifieri bħala miżura sabiex jipproteġu l-ixprunatur tal-valur ewlieni għal livelli ogħla li jiddistingwil-bejgħ tal-livelli 1 u 2 tal-Unjoni minn importazzjonijiet ta' livelli 1 u 2 mill-pajjiż ikkonċernat. Iż-żieda fil-bejgħ bi profitt baxx ta' livell 3 u, b'hekk, il-kompetizzjoni fis-segment tal-bejgħ tal-livell 3, turi li l-pressjoni mill-effett kaskata b'lura fuq il-bejgħ tal-livelli 1 u 2 nħass mill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni u minn qabel, u li din il-pressjoni se tiżdied anki matul il-perjodu ta' wara l-investigazzjoni. |
(243) |
Is-CRIA u s-CCCMC nnotaw li l-Kummissjoni stqarret li saret anqas possibbli tajer ta' kwalità għolja użat jingħata wiċċ ġdid (il-premessa (202) tar-Regolament proviżorju). Madankollu ma ġiet ipprovduta ebda ċifra. Il-fatt li jista' jkun hemm l-għeluq ta' impjanti u workshops ta' produtturi tal-uċuħ ġodda ma jfissirx neċessarjament li hemm Anqas possibbiltà li tajers ta' kwalità għolja użati jingħataw wiċċ ġdid, hekk kif id-domanda għal tali tajers ta' kwalità għolja naqset wara l-kriżi ekonomika skont il-Kummissjoni nnifisha (il-premessa (200) tar-Regolament proviżorju). Is-CRIA u s-CCCMC talbu lill-Kummissjoni biex tiddivulga ċ-ċifri tal-bejgħ tat-tajers tal-livell 1 u l-kapaċità propja tal-għoti ta' wiċċ ġdid, biex ikunu jistgħu jivvalutaw kemm id-disponibbiltà tal-faċilitajiet ta' għoti ta' wiċċ ġdid fil-verità naqset b'kunsiderazzjoni tal-bejgħ li qed jonqos tat-tajers tal-livell 1. Giti Group nnota li l-Kummissjoni ma ppreżentatx data dwar is-sehem mis-suq skont il-livell li tkun informazzjoni neċessarja biex jiġi vverifikat jekk it-teorija tal-Kummissjoni ta' kaskata b'lura hix sostnuta bil-fatti. Din it-teorija nbniet fuq is-suppożizzjoni li l-importazzjonijiet irħas tal-livell 3 jixħtu pressjoni fuq is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni fil-livell 2 (u fil-livell 1) u jiħdulhom is-sehem mis-suq. Madankollu, jekk id-data dwar is-sehem mis-suq skont il-livell turi li l-produtturi tal-Unjoni tal-livell 1 u/jew tal-livell 2 fil-fatt irnexxielhom iżommu (jew saħansitra jżidu) is-sehem mis-suq tagħhom, din twaqqa' din it-teorija għalkollox. Mhuwiex ċar għal Giti Group jekk il-Kummissjoni għażlitx li ma tiddivulgax l-informazzjoni dwar is-sehem mis-suq jew jekk din l-informazzjoni sempliċiment ma nġabritx. Fi kwalunkwe każ, Giti Group saħaq biex il-Kummissjoni tiddivulga (u, jekk ikun hemm bżonn, tiġbor) din l-informazzjoni biex tivverifika l-korrettezza tat-teorija ta' kaskata b'lura tal-Kummissjoni. |
(244) |
Rigward dawn il-makroindikaturi Giti Group talab li jkunu analizzati għal kull livell, fil-premessi (128) u (132), il-Kummissjoni li kien xieraq li tiġi analizzata s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Kien hemm kapaċità, produzzjoni u importazzjonijiet fil-livelli kollha. Il-livell 3 fejn iseħħu l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien qed jiġbed lill-industrija 'l isfel b'mod kumplessiv, kif muri fir-Regolament proviżorju. Il-prezzijiet oġġett tad-dumping taċ-Ċina waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-livelli kollha matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni marret lura. Xi impjanti li jipproduċu livelli differenti kellhom jagħlqu (55) u bosta produtturi tal-uċuħ ġodda kellhom iwaqqfu l-produzzjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li tal-anqas 85 SME waqqfu l-produzzjoni, li naqqset il-kapaċità tal-għoti tal-uċuħ ġodda, kif spjegat fil-premessa (202) tar-Regolament proviżorju. |
(245) |
Is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi li “il-produtturi tal-Unjoni ta' tajers ġodda ma għandhomx għażla oħra ħlief li jsaħħu l-preżenza tagħhom fil-Livell 3 wkoll” (il-premessa (202) tar-Regolament proviżorju) kienet diffiċli li wieħed jifhem minħabba li l-Kummissjoni stess spjegat li l-produtturi tal-uċuħ ġodda kollha integrati (għalhekk, il-produtturi ta' tajers ġodda li jagħmlu wkoll tajers b'wiċċ ġdid) jkunu parti mil-livell 2 (il-premessa (58) tar-Regolament proviżorju). |
(246) |
Il-Kummissjoni nnotat li fin-Nota bl-immappjar tat-tajers ġodda u tat-tajers b'wiċċ ġdid skont id-ditta, kien hemm ditti tal-produtturi tal-Unjoni ta' tajers ġodda klassifikati fil-livell 3. |
(247) |
Il-Kummissjoni indikat li “l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni wriet” li t-tendenza fl-ipprezzar nbidlet u li issa allegatament il-prezzijiet tal-livell 3 jaffettwaw b'mod invers il-prezzijiet tal-livell 1 (il-premessa (206) tar-Regolament proviżorju). Is-CRIA u s-CCCMC talbu li din l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. |
(248) |
Il-Kummissjoni qieset li l-interkonnessjoni bejn il-livelli kienet tkopri wkoll il-ħsieb wara l-issettjar tal-prezzijiet fost il-livelli. Fil-fatt, il-manifatturi tat-tajers ġodda tal-Unjoni li jsegwu strateġija ta' ħafna ditti qablu li bidla fil-prezz fuq livell wieħed neċessarjament xprunat aġġustament tal-prezz fuq il-portafoll kumplessiv u wieħed mill-produttur tal-Unjoni fil-kampjun ipprovda spjegazzjoni sostanzjata, li kienet ukoll ikkunsidrata mill-Kummissjoni għal konklużjoni dwar il-pressjoni tal-prezzijiet minn livell għall-ieħor (56). |
(249) |
Ċerti partijiet interessati ddikjaraw li l-evoluzzjoni tal-profittabilità tal-livell 1, tal-livell 2 u tal-livell 3 ma kellhiex korrelazzjoni mal-interkonnessjoni bejn il-livelli. Dawn indikaw li l-profittabilità tal-livell 1 tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni (ta' 17,5 %) hija ogħla mill-profitt fil-mira (jiġifieri l-profitt li jista' jiġi mistenni fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping) stabbilit mill-Kummissjoni (għal 15,6 %) (kif deskritt fil-premessa (196) il-profittabilità kienet reveduta wara d-Divulgazzjoni Finali għal 15,4 %). B'mod simili, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni tal-livell 2 matul il-perjodu ta' investigazzjoni (għal 15,3 %) kienet essenzjalment l-istess bħal dak il-profitt fil-mira. Barra minn hekk, jekk il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-livell 1 u fil-livell 2 kienet (b'mod indirett) affettwata minn importazzjonijiet irħas tal-livell 3, wieħed ikun jistenna li jara evoluzzjoni simili fil-profittabilità bħal dik għall-produtturi tal-Unjoni tal-livell 3. Dan mhuwiex il-każ. Waqt li l-profittabilità tal-livell 3 naqset minn 6,1 % għal 0,6 % fl-2015 (kif deskritt fil-premessa (197) il-profittabilità kienet reveduta wara d-Divulgazzjoni Finali minn 5,9 % għal 0,5 %), bejn l-2014 u l-2015, il-profittabilità tal-produtturi tal-livell 1 fil-fatt żdiedet minn 17,9 % għal 21,8 %. Min-naħa l-oħra, filwaqt li l-profittabilità tal-livelli 1 u 2 naqset bejn l-2015 u l-2016, matul l-istess perjodu l-profittabbiltà tal-produtturi tal-livell 3 ikkwadruplikat minn 0,5 % għal 2,7 %. Fi ftit kliem, dawk il-partijiet jiddikjaraw li ma kien hemm ebda korrelazzjoni fl-iżvilupp tal-profittabilità tal-livell 3 u l-profittabilità tal-livell 1 u tal-livell 2. L-uniku perjodu li fih kien hemm korrelazzjoni fl-iżvilupp tal-profittabilità kien bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, it-tnaqqis ħafif fil-profittabilità matul il-perjodu ta' investigazzjoni jista' jkun spjegat minn żieda f'daqqa fil-kostijiet tal-materja prima li ma kinitx għadha ssarrfet fi prezzijiet ogħla tal-bejgħ. Fir-rigward tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ, anki jekk kien korrett li d-data pprovduta fir-Regolament proviżorju wriet tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' 9 % (għal-livell1) u 12 % (għal-livell 2) matul il-perjodu kkunsidrat. Din ix-xejra ta' tnaqqis ma tistax tiġi attribwita għal importazzjonijiet miċ-Ċina tal-livell 3 għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, kif il-Kummissjoni rrikonoxxiet f'taqsimiet oħra tar-Regolament proviżorju - iżda deheret li injorat meta żviluppat it-teoriji tagħha ta' kaskata b'lura - il-kost tal-produzzjoni (minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima) naqas matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għal-livell 1, il-kost tal-produzzjoni naqas b'9 %, eżattament l-istess tnaqqis bħal dak osservat għall-prezzijiet tal-bejgħ. B'mod simili, għal-livell 2, il-kost tal-produzzjoni naqas b'9 %. Fi kliem ieħor, dawk il-partijiet interessati allegaw li t-tnaqqis fil-prezzijiet li osservat il-Kummissjoni hu kompletament spjegat (għal-livell 1) u spjegat f'75 % minnu (għal-livell 2) mit-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni. Dawn jiddikjaraw li dan hu evidenti wkoll mill-fatt li malli l-kost tal-produzzjoni żdied bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni, hekk ukoll żdiedu l-prezzijiet tal-bejgħ. It-tieni, kien hemm ċaqliq lejn tajers iżgħar fis-suq tal-Unjoni. Il-prezz unitarju ta' tajers iżgħar hu anqas minn dak għal tajers akbar u dan jispjega parti mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat. Dawk il-partijiet interessati jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma ħaditx dan l-iżvilupp f'kunsiderazzjoni. |
(250) |
Il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas ta' korrelazzjoni fl-iżvilupp tal-profittabilità tal-livelli differenti jista' jiġi spjegat permezz tal-mod li bih ittieħdu d-deċiżjonijiet ta' xiri. Hemm perjodu latenti minħabba n-natura tal-prodott u l-medda ta' għażliet li jkollu l-utent skont is-sitwazzjoni. Tabilħaqq, il-medda ta' għażliet li jkollu l-utent tiddependi minn jekk għandux tajer u, jekk iva, minn jekk it-tajer li għandu jistax jingħata wiċċ ġdid ieħor jew le, mill-prezz relattiv tal-għażliet disponibbli, eċċ. Pereżempju, jekk l-utent ikollu bżonn jixtri tajer, aktarx li jiddeċiedi fuq il-bażi tal-medda sħiħa disponibbli. Madankollu, jekk l-utent ikollu diġà tajer li jista' jingħata wiċċ ġdid, il-kost biex it-tajer jingħata wiċċ ġdid probabbilment se jikkompeti mal-kost tax-xiri ta' tajer ġdid ta' livell 3 nett mill-introjtu tal-bejgħ tal-karkassa. |
(251) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni dwar daqsijiet differenti kummerċjalizzati fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat ma tappoġġax l-argument li l-prezzijiet u l-kostijiet kienu aktar baxxi minħabba l-preżenza relattivament aktar qawwija ta' tajers iżgħar fis-suq (57). Id-data tabilħaqq uriet li t-taħlita ta' prodotti fis-suq kienet stabbli u għadha kkonċentrata fuq id-dimensjonijiet ewlenin. Barra minn hekk, tnaqqis bħal dan tad-daqs medju tal-prodott ma setax jinstab fid-data tal-Eurostat għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, u dan juri li, għall-kuntrarju, il-piż tat-tajers importati miċ-Ċina żdied bi 3 % bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Għall-kuntrarju ta' dan, il-Kummissjoni nnotat adattamenti strutturali ġenerali magħmula mill-industrija tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-kostijiet, bħala riżultat tal-“effett ta' tifrix” fuq il-livelli differenti inkwistjoni. |
(252) |
Ċerti partijiet interessati ddikjaraw li kien hemm importazzjonijiet sostanzjali (li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' 11,9 %; li żdedu b'aktar minn 1 % meta mqabbla mal-2014) minn pajjiżi oħra u dawn saru bi prezzijiet dejjem anqas (tul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjonijiet naqas bi 17 %). Il-prezzar tagħhom indika wkoll li dawn l-importazzjonijiet kienu mmirati lejn is-segment tal-livell 1 u/jew tal-livell 2 tas-suq. L-importazzjonijiet mit-Turkija, mit-Tajlandja, mill-Ġappun, mill-Korea t'Isfel kif ukoll minn pajjiżi oħra (minbarra r-Russja) waqqgħu b'mod konsistenti l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-livell 1 f'medda ta' bejn 10 %-25 %. Fl-istadju proviżorju u wara d-divulgazzjoni finali, Giti Group ippretenda li t-tnaqqis fil-prezz fil-livell 1 u fil-livell 2 seta' kien ikkawżat mill-importazzjonijiet ta' tajers ta' livell 1 u ta' livell 2minn pajjiżi oħra u mhux mill-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi ta' tajers ta' livell 3. Mill-ġdid, sitwazzjoni bħal din tkun twaqqa' għalkollox it-teorija tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, dik il-parti nnotat li, fin-nuqqas ta' eżami tal-volumi tal-importazzjonijiet (u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet) tat-tajers tal-livell 1 u tal-livell 2 minn pajjiżi oħra, ikun impossibbli biex jiġi ddeterminat jekk it-teorija tal-Kummissjoni hix fattwalment korretta. |
(253) |
Fir-rigward ta' dik id-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-analiżi mressqa minn Giti Group kienet żbaljata peress li kienet qed tqis li l-importazzjonijiet kollha jinbiegħu b'mod dirett lill-ewwel klijenti indipendenti fl-Unjoni. Dik it-teorija tinjora li l-prezzijiet medji jistgħu jkunu affettwati mill-fatt li wħud minn dawn l-importazzjonijiet jinbiegħu lill-partijiet relatati interessati. Barra minn hekk, l-istatistiki dwar l-importazzjonijiet ipprovdew prezz medju għal kull livell, b'tali mod li l-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li teżamina l-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi ta' livell, kif intalab minn Giti Group. Għaldaqstant, l-analiżi proposta ma tistax issir bl-informazzjoni li l-Kummissjoni rnexxielha tiġbor s'issa matul l-investigazzjonijiet, jew li ġiet riċevuta mill-partijiet interessati, u għalhekk ġiet irrifjutata. |
(254) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti mressqa mill-partijiet interessati u kkonfermat il-konklużjonijiet inizjali tagħha. |
4.8. Konklużjoni dwar id-dannu
(255) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet inizjali tagħha fil-premessi (208) u (209) tar-Regolament proviżorju. L-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi kienet taħt pressjoni intensa. Kien hemm tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni, fl-investiment u fl-impjiegi fil-perjodu kkunsidrat, kif ukoll telf sinifikanti tas-sehem mis-suq minkejja t-tnaqqis kurrenti fil-prezzijiet tal-bejgħ. L-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed iwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi naqset ukoll, saħansitra aktar malajr lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-istokkijiet tat-tipi kollha ta' tajers żdiedu, b'mod partikolari matul il-perjodu ta' investigazzjoni, u dawn ħallew impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Ħafna mill-SMEs produtturi tal-uċuħ ġodda waqqfu l-produzzjoni u ma setgħux jibbenefikaw mill-irkupru ekonomiku. Il-Kummissjoni tat importanza wkoll għas-sottomissjonijiet ta' AIRP, Bundesverband Reifenhandel und Vulkaniseur-Handwerk (l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-uċuħ ġodda tal-Italja u tal-Ġermanja rispettivament) jew Banden Plan Europa B.V. (produttur tal-uċuħ ġodda tal-Unjoni) jew Vipal Europe (fornitur tal-uċuħ tat-tajers) billi nnotat li l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji diġà skattat momentum pożittiv fis-settur. B'mod partikolari, produtturi tal-uċuħ ġodda f'diversi Stati Membri tal-Unjoni raw l-ordnijiet jiżdiedu minn Mejju 2018 u jemmnu li dawn il-prospetti ottimisti jkompli jekk il-miżuri proviżorji jkunu kkonfermati. |
(256) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti Group stqarr li l-prestazzjoni aħjar ta' produtturi tal-uċuħ ġodda tista' jkollha ħafna x'taqsma maż-żieda fil-kost tal-materja prima aktar milli mal-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji. Il-Kummissjoni ma ratx provi li jorbtu l-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-materja prima maż-żieda fl-ordnijiet kummerċjali rrapportati minn produtturi tal-uċuħ ġodda. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(257) |
Fir-rigward tal-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-kummenti kritiċi li rċieviet mingħand Aeolus Group li l-livell 3 qed jagħmel telf matul il-perjodu ta' investigazzjoni (-0,7 %) filwaqt li l-profitabbiltà tal-livelli 1 u 2 huma f'ċifri doppji. Madankollu, il-Kummissjoni ma qablitx mal-konklużjoni li dan l-indikatur, li juri differenza fil-profittabilità skont il-livelli, jista' jinnega sejba ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni sħiħa. |
(258) |
L-indikaturi relevanti kollha juru li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fil-livell 3. Minbarra l-marġni ta' profitt negattiv, kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-impjiegi, b'mod partikolari għan-negozju tal-għoti ta' wiċċ ġdid. Il-livell ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 31 % huwa sinifikanti fil-livell 3, fejn l-effett tal-volum ta' kompetizzjoni Ċiniża jinħass l-aktar ukoll. Kif muri fit-Tabella 9, hemm bidla notevoli u kostanti (sena wara sena) fil-bejgħ ta' tajers ġodda mill-produtturi tal-Unjoni lejn il-livell 3. Fl-2016, il-bejgħ tal-Unjoni muri fit-Tabella 9, kien ta' 5 miljun tajer fil-livell 3. Dak l-iżvilupp kompla fl-2017. Il-previżjoni għall-2018 turi żieda saħansitra ogħla f'dak iċ-ċaqliq tal-bejgħ lejn il-livell 3 u, b'hekk, turi biċ-ċar il-pressjoni fuq il-prezzijiet li jsibu ruħhom fiha l-produtturi tal-Unjoni fil-livelli 1 u 2. |
(259) |
F'dan ir-rigward, kif stabbilit fil-premessi (210) u (211) tar-Regolament proviżorju u kif sostanzjat ulterjorment fit-taqsima 4.6 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni sostniet li hemm interkonnessjoni qawwija bejn il-livelli b'effett ta' kaskata b'lura. Għall-kuntrarju tal-kummenti minn ħafna partijiet interessati, hemm suq wieħed biss għat-tajers mill-perspettiva tal-produtturi tal-Unjoni, li jaqsmuh fi tliet livelli primarjament għal raġunijiet ta' strateġija ta' kummerċjalizzazzjoni u ta' differenzi fil-kwalità. Dan ifisser li l-produtturi tal-Unjoni jqisu l-iżviluppi fit-tliet saffi kollha kemm huma. Għaldaqstant, il-pressjoni tal-prezz u tal-volum fil-Livell 3 għandha impatt dirett fuq iż-żewġ livelli l-oħra wkoll, kif spjegat fil-premessa (234) et seq. Barra minn hekk, il-konsumaturi tat-tajers għażlu bejn tajers fit-tliet livelli: dawn jibbilanċjaw ir-rieda tagħhom li jħallsu prezz ogħla mal-ħajja mistennija tat-tajers u mal-kostijiet assoċjati. Għalhekk, l-imġiba tal-produtturi u tal-konsumaturi tikkonferma li hemm interkonnessjoni b'saħħitha bejn il-livelli. Minn dan isegwi li ċ-ċaqliq osservat lejn il-livell 3 jeżerċita pressjoni kurrenti fuq iż-żewġ livelli l-oħra wkoll. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping jikkonċernaw primarjament il-livell 3. Fid-dawl tal-interkonnessjoni bejn il-livelli u tal-importanza dejjem akbar tal-livell 3, il-Kummissjoni qieset li x-xejriet negattivi diġà osservati għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi ċertament li ser ikomplu fil-futur qarib. |
(260) |
Barra minn hekk, minkejja l-istedina ċara biex jikkummentaw fil-premessi (213) u (214) tar-Regolament proviżorju, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma rrifjuta l-allegazzjoni mingħand l-industrija tal-Unjoni li hemm riskju ta' aggravament ulterjuri tad-dannu. Il-Kummissjoni għalhekk aċċettat li l-kapaċitajiet mhux użati fir-RPĊ jirrappreżentaw madwar 40 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi attwali. |
(261) |
Wara, id-divulgazzjoni finali, is-CRIA u s-CCCMC iddikjaraw li huma ma kellhomx bżonn jikkumentaw dwar id-dikjarazzjonijiet dwar il-livell ta' kapaċitajiet mhux użati fir-RPĊ għaliex dawn huma irrelevanti għall-każ. |
(262) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx. Ir-riskju ta' aggravazzjoni ulterjuri tad-dannu huwa evidenzjat ukoll permezz tat-13-il Pjan għal Ħames Snin għall-Iżvilupp tal-Industrija Kimika u Petrokimika fiċ-Ċina li għandu fil-mira tiegħu l-innovazzjoni teknoloġika, l-aġġustament strutturali u l-iżvilupp ekoloġiku. Dan il-pjan japplika għall-industrija tat-tajers, u fl-investigazzjoni antisussidji parallela l-Kummissjoni diġà sabet numru importanti tas-sussidji. Dawn isostnu l-fatt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom vantaġġ strutturali biex jitilgħu fil-katina tal-valur b'aċċess issoktat għal finanzjament irħis. Jekk it-tajers ta' kwalità ogħla mir-RPĊ jibqgħu jikkompetu dejjem aktar mat-tajers tla-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping, dawn inaqqsu l-marġni tal-industrija tat-tajers tal-Unjoni u, b'hekk, il-kapaċità ta' din li tinvesti u tkun innovattiva. Dan, min-naħa tiegħu, x'aktarx iġiegħel lill-industrija tal-Unjoni biex isserraħ fuq tajers ta' kwalità inferjuri li jeħtieġu investiment limitat fir-R&Ż, u dan ikompli jaffettwa l-possibbiltà tagħhom li jingħataw wiċċ ġdid, u b'hekk jikkawża dannu għat-tliet livelli kollha kemm huma. |
(263) |
Minħabba s-sitwazzjoni dannuża fil-livell 3 u l-effett kaskata b'lura li jinħass bħalissa fuq il-livelli 2 u 1, il-Kummissjoni b'hekk żammet il-konklużjoni tagħha li l-industrija sħiħa ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping
(264) |
Ċerti partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni ma wrietx kif il-volum u l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tat-tajers Ċiniżi affettwaw b'mod materjali lill-industrija tal-Unjoni, b'mod individwali jew inkella b'mod konġunt. Għad li l-importazzjonijiet mill-esportaturi Ċiniżi fl-Unjoni żdiedu b'1 124 101 unità matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fl-Unjoni wkoll żdied b'1 249 178 unità. B'hekk, iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet kompetittivi ma setgħetx minnha nfisha tikkaġuna dannu għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq. Barra minn hekk, il-fatt li uħud mill-produtturi tal-Unjoni kellhom jitilqu minn segment tas-suq u li l-issettjar tal-prezzijiet inbidel fis-suq tal-Unjoni mhux bilfors ifisser li l-importazzjonijiet miċ-Ċina huma responsabbli għall-ikkawżar tad-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. Il-fatt li l-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi kienu orħos minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux ikopru ż-żieda fil-konsum u kellhom inaqqsu l-prezzijiet tagħhom biex isiru aktar kompetittivi mhuwiex biżżejjed biex jintwera bil-provi li l-importazzjonijiet Ċiniżi huma responsabbli għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(265) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-prezzijiet oġġett ta' dumping taċ-Ċina waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-livelli kollha matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Bħala medja, dawn kienu b'mod sinifikanti anqas matul il-perjodu kkunsidrat sħiħ. Barra minn hekk, il-fatt li l-prezzijiet ta' importazzjoni baqgħu stabbli bejn l-2014 u l-2015, naqsu fl-2016 u baqgħu fl-istess livell baxx matul il-perjodu ta' investigazzjoni (ara l-premessa (147) tar-Regolament proviżorju) ma jistax jiġi spjegat mill-evoluzzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima. Dawn tal-aħħar naqsu fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, iżda żdiedu matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Minkejja dan, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma rrevedewx il-prezzijiet tagħhom 'il fuq. Dan wera li huma xtaqu jiksbu aktar sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. |
(266) |
Produttur esportatur minnhom iddikjara li ma kien hemm ebda rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni peress li l-esportazzjonijiet Ċiniżi huma predominantement preżenti fis-suq tal-livell 3 filwaqt li l-maġġoranza tal-produtturi tal-Unjoni tbigħ prodotti tal-livelli 1 u 2. Din id-dikjarazzjoni hi fattwalment żbaljata. Prodotti li jaqgħu fil-livelli 1 u 2 jirrappreżentaw madwar 35 % tal-importazzjonijiet totali Ċiniżi. Barra minn hekk, kif spjegat fit-tasqima 4.7 aktar 'il fuq rigward l-interkonnessjoni bejn tajers ġodda u dawk b'wiċċ ġdid u bejn il-livelli differenit hemm relazzjoni simbolika bejn il-livelli differenti. Il-pressjoni fuq il-prezzijiet u l-volum minn tajers Ċiniżi rħas oġġett ta' dumping fil-livell 3 taffettwa wkoll il-prezz fil-livelli l-oħra. Għaldaqstant, dik id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(267) |
L-istess produttur esportatur iddikjara li l-analiżi tad-dannu u, b'hekk, l-analiżi tal-kawżazzjoni għandhom isiru b'kunsiderazzjoni li t-tajers tal-livell 3 kellhom prezzijiet orħos peress li għandhom ħajja ferm iqsar mit-tajers tal-livell 1 u tal-livell 2. L-evalwazzjoni tas-sehem mis-suq għandha ssir billi jitqabbel is-sehem mis-suq fil-valur u mhux fil-kwantità. Jekk wieħed jieħu dan f'kunsiderazzjoni, it-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi jinħassu ferm anqas. |
(268) |
Il-Kummissjoni għarfet li l-ħajja tat-tajers hi aspett importanti tal-analiżi, li turi l-interkonnessjoni bejn il-livelli. Madankollu, hi ma aċċettatx li dan l-aspett ikun jinnega l-konklużjoni ta' kawżalità. Anki jekk, kif ammess, is-sehem mis-suq tat-tajers Ċiniżi fl-Unjoni hu anqas fil-valur minħabba “ħajja iqsar” milli “għal kull unità”, dan ma jbiddilx il-fatt li hu preċiżament minħabba l-attraenza li qed tikber fost il-konsumaturi biex jixtru tajers Ċiniżi “bi prezz baxx – b'ħajja qasira” li l-industrija tal-Unjoni nxteħtet taħt pressjoni u ġarrbet dannu materjali. |
(269) |
Parti interessata minnhom iddikjarat li t-tnaqqis fil-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina hu kkawżat minn bidla fit-taħlita ta' prodotti miġjuba mid-domanda li qed tikber għal tajers iżgħar. Ma kien hemm ebda evidenza li ssostni din id-dikjarazzjoni. Fi kwalunkwe każ, anki li kieku d-daqs kellu impatt fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet medji, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni anki għall-istess qisien peress li t-tqabbil dejjem isir skont it-tip ta' prodott. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din id-dikjarazzjoni. |
5.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(270) |
Diversi partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni għandha tipprovdi analiżi ulterjuri tal-impatt tal-importazzjonijiet Russi, li kienu prezzati fil-livell tal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
(271) |
Il-Kummissjoni sabet li hemm differenza kruċjali bejn il-volumi importati. Filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu minn 3,5 miljun tajer fl-2014 għal 4,6 miljun tajer (jiġifieri minn 1 100 000 unità) fil-perjodu ta' investigazzjoni, l-importazzjonijiet Russi żdiedu minn 0,2 miljun tajer għal 0,3 miljun tajer (jiġifieri b'biss 100 000 unità) fl-istess perjodu. Minħabba l-kwantitajiet limitati li joriġinaw mir-Russja (dawn jirrappreżentaw 6 % biss tal-volumi totali tal-importazzjoni mir-RPĊ u għandhom biss 1,29 % tas-sehem mis-suq tas-suq tal-Unjoni) bi prezz simili, dawn l-importazzjonijiet ma jistgħux idgħajfu r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(272) |
Xi partijiet interessati oħra allegaw li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bħall-Ġappun, il-Korea t'Isfel u t-Turkija saru fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet irħas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Minħabba l-prezz u l-kwantità tagħhom, dawn allegatament kissru r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu mġarra mill-industrija tal-Unjoni. |
(273) |
Il-Kummissjoni osservat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġappun, mill-Korea t'Isfel u mit-Turkija kienu ferm ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, fil-parti l-kbira dawn huma prezzijiet ta' trasferiment lil importaturi relatati. Għaldaqstant, dawk il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ma jistgħux iservu bħala bażi għal tqabbil mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Finalment, it-tajers Ġappuniżi, tal-Korea t'Isfel u Torok kienu jinbiegħu bi prezz korrispondenti għal-livell risettiv tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, dawk l-importazzjonijiet m'għandhomx jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet, l-ishma mis-suq tagħhom baqgħu stabbli (il-volum naqas għall-Korea t'Isfel b'50 000 unità, baqa' stabbli għall-Ġappun u żdied għat-Turkija b'170 000 unità) u kienu jirrappreżentaw madwar nofs il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ. Għaldaqstant, dik id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
5.3. Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
(274) |
Ċerti partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf peress li kienet qed tesporta bit-telf matul il-perjodu kkunsidrat li ħalla impatt fuq ir-redditu fuq l-investiment tagħhom u fuq il-ħila li jinvestu. Kif indikat fil-premessa (226) tar-Regolament proviżorju, il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni huma affettwati minn valuri tat-trasferiment lill-kumpaniji relatati. Barra minn hekk, il-kostijiet tal-produzzjoni rraportati fil-premessa (176) tar-Regolament proviżorju kienu kkalkolati għall-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati. Dan ma jippermettix li jinħarġu konklużjonijiet sinifikattivi fuq il-bażi tat-tqabbil ta' dawn iż-żewġ settijiet ta' data. Barra minn hekk, il-mikroindikaturi wrew li l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun instabu li kienu profittabbli. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(275) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-volumi baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, dawn il-prezzijiet huma prezzijiet ta' trasferiment bejn partijiet relatati, u għalhekk ma tista' tinħareġ ebda konklużjoni mill-fatt li dawn il-prezzijiet juru xejra ta' tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, dawk id-dikjarazzjonijiet ġew irrifjutati. B'hekk, il-Kummissjoni tikkonferma li ma hemm l-ebda evidenza li l-attività ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tista' ttaffi r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu li nstab. |
5.4. Evoluzzjoni tal-kostijiet
(276) |
Giti Group ddikjara li t-tajers il-ġodda raħsu hekk kif naqsu l-kostijiet, iżda l-produtturi tal-uċuħ ġodda ma setgħux jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis peress li l-proporzjon ta' materja prima fil-kost tal-produzzjoni tagħhom hu ferm anqas meta mqabbla ma' tajers ġodda. Dan jispjega t-telf imġarrab mill-industrija tal-għoti ta' wiċċ ġdid fil-livell 3, li hu primarjament dovut għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima hekk kif dawn ilhom jonqsu kontinwament mill-2012 u bdew jirkupraw biss fl-2017. |
(277) |
Kif imsemmi fil-premessa (152), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma segwewx l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima filwaqt li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni rrifletta din l-evoluzzjoni (58). It-telf kien dovut għall-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
5.5. Fatturi magħrufa oħra
(278) |
Aeolus Group u Pirelli ddikjaraw li l-Kummissjoni ma qisitx li ż-żewġ produtturi ewlenin investew ħafna fin-negozju tagħhom tal-għoti ta' wiċċ ġdid. Dan jista' allegatament jispjega għaliex produtturi oħra tal-Unjoni kellhom joħorġu mil-livell 3 tas-suq. Skont dawn il-partijiet, il-kriżi ekonomika ġiegħlet lil żewġ produtturi ewlenin (Goodyear u Continental) biex jinvestu fin-negozju tagħhom tal-għoti ta' wiċċ ġdid u dawn fetħu l-impjanti tagħhom stess tal-għoti ta' wiċċ ġdid. Skont l-informazzjoni disponibbli, il-kapaċità tal-produzzjoni ta' kull impjant hi ekwivalenti għall-produzzjoni annwali ta' għaxar produtturi żgħar tal-uċuħ ġodda. Aeolus Group jemmen li dawn l-investimenti wasslu għal dannu awtokaġunat. Jingħad li dawn l-investimenti ħolqu kapaċità eċċessiva u żiedu b'mod artifiċjali l-kostijiet unitarji u, bħala riżultat ta' dan, ikkawżaw tnaqqis fil-profitt. L-effett tal-investimenti fuq l-industrija ġenerali tal-Unjoni allegatament hu biżżejjed biex tittaffa kwalunkwe rabta ta' kawżalità potenzjali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, kemm jekk ikkunsidrat b'mod individwali kif ukoll jekk jitqies flimkien mal-fatturi magħrufa l-oħra. |
(279) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-ETRMA u minn xi manifatturi kbar kif deskritt fil-premessi minn (189) sa (191), il-produzzjoni ta' manifatturi kbar (prinċipalment bl-użu tal-proċess bis-sħana) fir-realta naqset matul il-perjodu kkunsidrat (l-output naqas minn 2,4 miljun fl-2014 għal 2,2 miljun fil-perjodu ta' investigazzjoni). B'hekk, dawn iċ-ċifri ma sostnewx id-dikjarazzjoni li l-investiment taż-żewġ produtturi ewlenin ipproduċa kapaċità eċċessiva. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni dwar id-dannu awtokaġunat ġiet irrifjutata. |
(280) |
Uħud mill-partijiet interessati ssottomettew li domanda li qed tikber għal tajers iżgħar aktarx li affettwawt it-taħlita ta' prodotti fi snin differenti b'tali mod li proporzjonalment aktar tajers żgħar kienu qed jinbiegħu lejn l-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni. Minħabba r-restrizzjonijiet fuq il-piż u d-daqs fiċ-ċentri tal-ibliet imposti fuq vetturi u t-tkabbir tan-negozju elettroniku (li jeħtieġ li t-tagħbijiet jitqassmu fi kwantitajiet iżgħar, li min-naħa tiegħu jeħtieġ aktar trakkijiet ħfief u vannijiet kummerċjali ħfief), kien hemm ċaqliq lejn domanda akbar għal tajers iżgħar. Din l-osservazzjonijiet ma applikatx biss għall-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni. L-importazzjonijiet Ċiniżi wkoll ħasbu għad-domanda akbar għal tajers iżgħar u dan, għalhekk, jispjega (parzjalment) it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
(281) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar l-evoluzzjoni tat-taħlita tal-prodott, l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni dwar id-daqsijiet kummerċjalizzati fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat ma tappoġġax l-argument li l-prezzijiet u l-kostijiet kienu aktar baxxi minħabba l-preżenza relattivament aktar qawwija ta' tajers iżgħar fis-suq (59). Id-data għall-perjodu ta' investigazzjoni minflok turi li t-taħlita ta' prodotti fis-suq hi stabbli u għadha kkonċentrata fuq id-dimensjonijiet ewlenin. Barra minn hekk, tnaqqis bħal dan tad-daqs medju tal-prodott ma tistax tinstab fid-data tal-Eurostat għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, u dan juri li, għall-kuntrarju, il-piż tat-tajers importati miċ-Ċina żdied bi 3 % bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni (60). Għall-kuntrarju ta' dan, il-Kummissjoni nnotat li l-industrija kienet għamlet adattamenti strutturali ġenerali biex tnaqqas il-kostijiet fid-dawl tal-effett “ta' tifrix” fuq il-livelli differenti inkwistjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
5.6. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(282) |
La l-importazzjonijiet Russi (minħabba l-volum żgħir tagħhom), u lanqas l-importazzjoni mill-Ġappun, il-Korea t'Isfel u t-Turkija (minħabba li l-prezzijiet ta' trasferiment tagħhom kienu saħansitra ogħla mill-prezzijiet Ċiniżi) ma kienu l-kawża prinċipali ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni. Lanqas il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-Unjoni u l-evoluzzjoni tal-kostijiet ta' din ma wasslu għas-sitwazzjoni dannuża tal-Unjoni. Din tal-aħħar lanqas ma tista' tiġi spjegata minn fatti oħra, bħall-investiment fin-negozju tal-għoti ta' wiċċ ġdid minn żewġ produtturi ewlenin u l-evoluzzjoni tat-taħlita ta' prodotti. |
(283) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha fil-premessi (229) u (232) tar-Regolament proviżorju li d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mir-RPĊ, u li l-fatturi l-oħra, meta meqjusa individwalment u kollettivament, ma kinux itaffu r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(284) |
Il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet proviżorji tagħha fil-premessi (234) u (235) tar-Regolament proviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri se tkun fl-interess tal-manifatturi tal-Unjoni. |
(285) |
Aeolus Group u Pirelli, Giti Group u Kirkby qiesu li l-industrija tal-għoti ta' wiċċ ġdid fl-Unjoni tkun affettwata b'mod negattiv minn provvista mnaqqsa u minn prezz miżjud tal-kejsings. Fil-fehma tagħhom, il-miżuri antidumping fuq it-tajers tal-livell 1 u tal-livell 2 iħallu impatt negattiv fuq l-produtturi tal-uċuħ ġodda indipendenti tal-Unjoni, li jużaw il-kejsings ta' dawk it-tajers fil-linja tal-produzzjoni tagħhom. Giti Group tenna allegazzjonijiet simili wara d-divulgazzjoni finali. |
(286) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din il-valutazzjoni. Minkejja l-fatt li produtturi kbar tal-Unjoni integraw l-operazzjonijiet tal-għoti ta' wiċċ ġdid, ħafna mill-kejsings tagħhom għadhom qed jingħataw wiċċ ġdid minn produtturi tal-uċuħ ġodda indipendenti tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-produtturi tal-uċuħ ġodda indipendenti tal-Unjoni indikaw lill-Kummissjoni li hemm provvista eċċessiva ta' kejsings fil-preżent. Fil-valutazzjoni tagħhom, ħafna konsumaturi jsibu li jkun orħos li jixtru tajers Ċiniżi ta' livell baxx milli jagħtu wiċċ ġdid lil dawk eżistenti. Dan ifisser li ħafna kejsings li jistgħu jingħataw wiċċ ġdid ikollhom jintremew. Aktar importanti minn hekk, filwaqt li l-produtturi tal-uċuħ ġodda indipendenti u l-assoċjazzjonijiet sostnew il-miżuri, l-ebda produtturi tal-uċuħ ġodda tal-Unjoni ma oppona l-miżuri. Dan jindika li l-miżuri huma fl-interess tal-industrija tal-Unjoni tal-għoti ta' wiċċ ġdid. |
(287) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li produtturi tal-uċuħ ġodda tal-Unjoni ddikjara li l-miżuri ma kinux fl-interess tiegħu. Madankollu, minħaba li ma kinitx appoġġata minn xi evidenza, dik id-dikjarazzjoni twarbet. |
6.2. Interessi tal-utenti u l-importaturi tal-Unjoni
(288) |
Aeolus Group u Pirelli, Giti Group u Heuver iddikjaraw li jekk jiġu adottati l-miżuri, ikun hemm tnaqqis fl-importazzjonijiet Ċiniżi li jwassal għal tnaqqis ġenerali fil-provvista. Min-naħa tiegħu, dan ikun iwassal għal żidiet spekulattivi fil-prezzijiet, għad-detriment tal-utenti finali. Miżuri li jipproteġu lill-industrija tal-Unjoni jkunu jimplikaw ukoll li l-konsumaturi finali jkollhom anqas prodotti mnejn jagħżlu. |
(289) |
Il-Kummissjoni qieset li kien hemm kapaċità ġenerali suffiċjenti fl-Unjoni biex tipprovdi lis-suq intern kif indikat fit-Tabella 4. Barra minn hekk, hemm ħafna produtturi li jinsabu f'pajjiżi terzi (it-Turkija, il-Korea t'Isfel, il-Ġappun, ir-Russja, it-Tajlandja u ħafna pajjiżi oħra) li diġà qed ibigħu lis-suq tal-Unjoni. Il-volumi ta' bejgħ kombinati tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat baqgħu relattivament stabbli, b'sehem mis-suq ta' madwar 10 %. Il-Kummissjoni fakkret li l-prezzijiet Ċiniżi kienu ferm anqas mill-prezzijiet tal-pajjiżi importaturi ewlenin kollha l-oħra. Skont l-Eurostat il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kien EUR 128,8/unità, (kif indikat fit-Tabella 3 tar-Regolament proviżorju) filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi l-oħra kollha kienu EUR 189/unità fil-perjodu ta' investigazzjoni (kif indikat fit-Tabella 18 tar-Regolament proviżorju). Għaldaqstant, jista' jkun raġonevolment mistenni li ladarba jiġu restawrati kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha jipprovdu għall-provvista neċessarja. |
(290) |
Il-Kummissjoni fakkret ukoll li s-suq tal-Unjoni hu suq kompetittiv li fih ħafna produtturi attivi fil-livelli kollha qed jikkompetu bi ħruxija. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet b'livell ta' prezzijiet ġust ser ikomplu jeżerċitaw pressjoni kompetittiva addizzjonali fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
(291) |
Diversi importaturi ddikjaraw li jistgħu joħorġu mis-suq għalkollox jekk jiġu imposti l-miżuri. Il-Kummissjoni fakkret li l-iskop tal-impożizzjoni tal-miżuri antidumping hu li tirrestawra kundizzjonijiet ekwi biex il-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi minn pajjżi terzi jikkompetu b'kundizzjonijiet ekwi. Għalhekk, id-dazji huma stabbiliti biss f'livell li xorta waħda jkun jippermetti biex l-importazzjonijiet Ċiniżi jibqgħu jikkompetu mal-produtturi tal-Unjoni, iżda bi prezzijiet ġusti. Barra minn hekk, fid-dawl tad-differenza kbira bejn il-prezzijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha se tonqos permezz tal-miżuri, l-importaturi ser ikollhom opportunitajiet kummerċjali akbar biex ibigħu tajers tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet minn pajjiżi oħra. |
(292) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Retread Manufacturing Association iddikjarat li l-provvista hija ggarantita. Skont l-Assoċjazzjoni m'hemmx nuqqas tal-prodott minħabba li d-data kummerċjali turi li l-manifatturi qed jibdlu s-sors tagħhom mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal pajjiżi oħra, bħall-Korea t'Isfel. Il-parti ddikjarat li minn mindu tħabbru d-dazji proviżorji d-domanda lokali żdiedet bejn 5 u 10 %. |
(293) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ma jkunux fl-interess ta' importaturi li jibbażaw b'mod predominanti fuq l-importazzjoni ta' tajers irħas ħafna miċ-Ċina. Madankollu, hu improbabbli li l-importaturi b'portafoll aktar mifrux ikunu affettwati b'mod sever mir-restawr tal-kompetizzjoni ġusta. |
6.3. Interess tal-fornituri
(294) |
Fin-nuqqas ta' kummenti dwar il-kwistjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha fil-premessa (242) tar-Regolament proviżorju li l-miżuri jkunu fl-interess fornituri tal-uċuħ ġodda. |
6.4. Interessi oħra
(295) |
Fin-nuqqas ta' kummenti kuntrarji provduti fl-iskadenza stabbilita biex jittresqu l-kummenti dwar id-dokument ta' Divulgazzjoni Finali (61), Il-Kummissjoni koknfermat il-konklużjonijiet tagħha fil-premessi minn (243) sa (249) tar-Regolament proviżorju li l-miżuri huma fl-interess tal-politika tal-Unjoni biex tnaqqas l-iskart u ġġestixxi l-materja prima b'mod sostenibbli. Barra minn hekk, peress li ħafna mill-SMEs huma attivi fin-negozju tal-għoti ta' wiċċ ġdid, l-impożizzjoni tal-miżuri tkun allinjata wkoll mal-objettiv importanti tal-Kummissjoni li ssostni lill-SMEs. |
6.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(296) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha fil-premessi minn (234) sa (249) tar-Regolament proviżorju. Ma hemm ebda raġuni valida skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku li turi li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri. |
7. KUNSIDERAZZJONI TA' IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TAL-MIŻURI
(297) |
Kif imsemmi fil-premessa (4), l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu soġġetti għal reġistrazzjoni mit-3 ta' Frar 2018 sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri proviżorji fit-8 ta' Mejju 2018 bil-possibilità li jsir ġbir retroattiv ta' dazji fuq l-importazzjonijiet irreġistrati. |
(298) |
Matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġiet ivvalutata d-data miġbura fil-kuntest tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-kriterji skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku kinux sodisfatti għal ġbir retroattiv ta' dazji definittivi. |
(299) |
Id-data disponibbli fiż-żmien tar-reġistrazzjoni kienet uriet li f'livell tal-kodiċi NM kienet seħħet żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet. Madankollu, data aktar ġdida turi li ma seħħet ebda żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet meta mqabbla mal-livell ta' importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, din il-kundizzjoni skont l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqitx. |
(300) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ġbir retroattiv tad-dazji definittivi ma kienx ġustifikat f'dan il-każ. |
8. MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
8.1. Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġni tad-dannu)
(301) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, diversi partijiet interessati sostnew li kien hemm qbil wiesa' dwar is-segmentazzjoni fis-suq tal-Unjoni fi tliet livelli, u li fir-Regolament proviżorju kien hemm analiżi estensiva u data pprovduta għal kull segment. Madankollu, l-approċċ użat fl-istadju proviżorju ta' profitt fil-mira wieħed għal-livelli kollha kellu l-effett ta' protezzjoni żejda tal-produtturi tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ta' tajers tal-livell 3, li ma setgħux jilħqu l-profitt fil-mira stipulat għall-industrija kollha kemm hi. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-profittabilità ta' kull livell sabiex tikkalkula l-prezz mhux dannuż u l-marġni ta' dannu għal applikazzjoni korretta tar-regola tad-dazju inferjuri. |
(302) |
Il-Kummissjoni aċċettat din id-dikjarazzjoni. Hi qieset li hu aktar xieraq li tistabbilixxi profitti fil-mira għal kull livell f'dan il-każ partikolari għaliex il-forma tal-miżuri hi dazju fiss għal kull tajer, li min-naħa tiegħu hu bbażat fuq marġni tad-dannu derivat minn numru ta' kontroll tal-prodott għal kull livell. Għaldaqstnat, hi rrevediet il-profitt fil-mira għal 17,9 % għal-livell 1, għal 17,9 % għal-livell 2 u għal 6,1 % għal-livell 3. |
(303) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti Group iddkjara li l-2014, li hija użata bħala bażi għall-profitt fil-mira, kienet sena anormali minħabba li l-profittabilità għal-Livell 1 u għal-Livell 2 kienu l-istess waqt li kienu differenti għas-sentejn ta' wara. |
(304) |
Il-Kummissjoni fakkret li hija marbuta tistabbilixxi profitt fil-mira billi tidentifika sena li tixbah l-aktar il-kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni mhux distorta minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Fl-isfond ta' dan il-kejl ta' referenza, l-ammonti tal-2014 għas-sena bl-anqas volumi u l-anqas sehem tas-suq tal-importazzjoni oġġett ta' dumping, meta mqabbla mal-2015 jew l-2016 u din tal--aħħar għaldaqstant għandha tkun eskluża. B'mod simili, il-Kummissjoni ma setgħetx tirreferi għal snin qabel l-2014 minħabba li ma kienet teżisti l-ebda informazzjoni verifikata għal dawk is-snin. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. |
(305) |
Xi partijiet (l-ilmentatur, Tyre Speċjalisti tal-Finlandja, Italian Tyre Retreaders Association, Bipaver, VIPAL, Portugues Association of Retreading Industries, Bundesverband Reifenhandel und Vulkaniseur-Handwerk) qiesu li l-profitt fil-mira ta' 6,1 % għal-livell 3 użat fid-divulgazzjoni finali kien baxx wisq biex jindirizza d-dannu mġarrba minn produtturi tal-uċuħ ġodda u li rata ta' profitt ta' madwar 10 % miksuba qabel iż-żieda qawwija tal-importazzjonijiet kienet iġġustifikata. |
(306) |
Il-Kummissjoni fakkret li s-suq tat-tajers ta' livell 3 huwa identifikabbli mill-preżenza partikolari ta' tajers b'wiċċ ġdid u ta' tajers ġodda, li jikkompetu attivament kontra xulxin għal sehem mis-suq. Kif ġie stabbilit b'mod preliminari li fil-premessa (209) tar-Regolament proviżorju, il-livelli ta' telf mhux sostenibbli fl-industrija li tagħti wċuħ ġodda lit-tajers qiegħed jitfa' riskju fuq is-sopravivenza tal-attività tat-tajers b'wiċċ ġdid fl-Unjoni. B'mod preliminari ulterjuri kif stabbilit fil-premessa (230) tar-Regolament proviżorju, dan it-telf jista' jaffettwa wkoll il-profittabbiltà li l-kumpaniji attivi fil-livelli 1 u 2 jistgħu jiksbu. Dawn il-konklużjonijiet għandhom jiġu meqjusa fid-dawl ta' interess ċar għall-Unjoni għall-eżistenza ta' bażi soda ta' industrija ta' tajers b'wiċċ ġdid, kif stabbilit fil-premessi minn (243) sa (249) tar-Regolament proviżorju u (232) tad-Dokument ta' Divulgazzjoni Finali. |
(307) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, iddeċidiet li tivvaluta d-dikjarazzjoni li l-profitt ta' 6,1 % li ntlaħaq fl-2014 għal-livell 3, kif innotat fid-Dokument ta' divulgazzjoni Finali, ma jiżgurax adegwatament is-sopravivenza tal-attività tat-tajers b'wiċċ ġdid fl-Unjoni. |
(308) |
Għal din ir-raġuni, hija ddeċidiet li tħares lejn il-livelli ta' profittabilità minn kumpaniji attivi f'dak il-livell għas-sena 2014, abbażi tad-data riċevuta fit-tweġibiet tal-kwestjonarji verifikati. Għall-kumpaniji kbar fil-kampjun attivi fil-livell 3 tan-negozju tal-għoti ta' wċuħ ġodda lit-tajers, iċ-ċifra ta' profittabilità għall-2014 kienet – 6,04 %. Għall-SMEs fil-kampjun, din iċ-ċifra kienet ta' 2,71 %. Dawn iċ-ċifri juru li l-industrija tat-tajers b'wiċċ ġdid, li tirrappreżentaw parti sinifikanti tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, kienet diġà affettwata mill-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2014. |
(309) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, fittxet li tiddetermina liema profitt fil-mira għandu jinkiseb mill-produtturi tal-Unjoni fil-livell 3 f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni b'attenzjoni dovuta mogħtija lil produtturi tal-uċuħ ġodda. Għal din il-valutazzjoni, hija użat ukoll l-informazzjoni disponibbli fil-fajl. Fl-ilment, il-profitt fil-mira għall-produtturi tal-prodott ta' livell 3 ikkonċernat ġie stabbilit fil-livell ta' 9,2 %, li, skont l-ilmentaturi, ikun jiżgura l-operazzjonijiet adegwati għall-produtturi kollha attivi fil-livell 3 (inklużi produtturi tal-uċuħ ġodda tal-prodott ikkonċernat). Din iċ-ċifra kienet ukoll konformi ma' kummenti magħmula minn produtturi tal-uċuħ ġodda tal-prodott ikkonċernat, bi tweġiba għad-Dokument ta' Divulgazzjoni finali), li argumentaw li l-Kummissjoni għandha tħares lejn livelli ta' profittabilità ta' madwar 9 % għall-produtturi ta' livell 3. L-argument tagħhom kien prinċipalment iċċentrat madwar iċ-ċifri tal-2014 li diġà kienu juru stat danneġġat tal-industrija tat-tajers b'wiċċ ġdid fl-Unjoni. B'mod simili, il-Kummissjoni kkunsidrat id-data sottomessa minn produtturi tal-uċuħ ġodda tal-Unjoni fil-kampjun għas-snin 2006 u 2007, li skonthom, kienu jirrappreżentaw l-aħħar snin li matulhom kienu fis-seħħ kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni. Għal dawk is-snin, il-profitabilità tal-produtturi tal-uċuħ ġodda tal-Unjoni kienet ta' 9,4 %. |
(310) |
Il-Kummissjoni qabblet dawn iċ-ċifri maċ-ċifri aggregati tal-profittabbiltà fil-livell 3 tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-2014. Mingħajr ma tirrifleti l-importanza tal-prestazzjoni tal-SMEs fl-industrija kollha tal-Unjoni, il-profittabbiltà fil-livell 3 f'dik is-sena kienet ta' 9,2 %. Din iċ-ċifra mhux ponderata kienet aktar xierqa miċ-ċifra preċedentement ponderata ta' 6,1 %. L-SMEs fil-livell 3 kienu diġà affettwati ħafna fl-2014 mill-importazzjonijiet Ċiniżi, b'tali mod li ċ-ċifri ponderati għal dik is-sena ma jirriflettux għalkollox il-kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni għall-industrija tat-tajers b'wiċċ ġdid. |
(311) |
Bħala riżultat, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien aktar xieraq biex jiġi kkalkolat il-profitt fil-mira fis-sena 2014 b'mod li jtaffi l-impatt dannuż tal-importazzjonijiet Ċiniżi diġà osservat f'dik is-sena wkoll għall-industrija ta' tajers b'wiċċ ġdid tal-Unjoni. Fid-dawl tal-informazzjoni ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixi profitt fil-mira għall-produtturi ta' livell 3 tal-prodott ikkonċernat ta' 9,2 %. Dan jammonta għal prezz minimu li ma jikkawżax dannu lill-produtturi tal-Unjoni ta' livell 3 jeħtieġ li jiksbu f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, bir-rispett dovut għall-ħtiġijiet partikolari tal-industrija tal-ogħti tal-uċuħ ġodda lit-tajers. |
(312) |
Kif imsemmi fil-premessa (16), il-Kummissjoni divulgat konklużjonijiet addizzjonali u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. |
(313) |
Heuver sostna li l-Kummissjoni ma tistax tiddistingwi bejn tajers b'wiċċ ġdid u tajers ġodda kif ġie kkunsidrat b'mod konsistenti bħala l-istess prodotti fid-dawl tal-interkambjabbiltà tagħhom. Barra minn hekk, l-analiżi sħiħa ta' dannu u ta' kawżalità saret mingħajr ma saret l-ebda distinzjoni. |
(314) |
Il-parti sostniet li l-Kummissjoni ma pprovdietx bażi valida biex titbiegħed mill-perjodu kkunsidrat f'din l-investigazzjoni u li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi kienet diġà affettwata mill-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2014. Barra minn hekk, dik il-parti ddikjarat li l-fatt li huma xi kultant ma laħqux dan il-livell ta' profitt fil-mira meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni (2008-2014) ifisser b'mod ċar li hemm kawżi oħra għad-dannu. |
(315) |
Hämmerling iddikjarat wkoll li l-iskadenza ta' tliet ijiem provduti biex jitressqu l-kummenti għall-bidliet sostanzjali li saru lid-dokument għall-konklużjonijiet finali li waslet għalihom il-Kummissjoni kienet qasira wisq u kienet tammont għal ksur tad-drittijiet tagħha ta' difiża. |
(316) |
Xingyuan Group stqarr li l-profitt fil-mira ta' 9,2 % ma kienx adattat għax ma kienx ivverifikat. Is-snin 2006 u 2007 kienu wisq imbiegħda mis-sitwazzjoni attwali u ma kien hemm l-ebda evidenza li l-industrija tal-Unjoni kienet qed issofri dannu fl-2014. Barra minn hekk, il-parti ddikjarat li l-għan ta' profitt fil-mira ma kienx li jiżgura s-sopravivenza tal-industrija, iżda li jneħħi l-effett tad-dumping dannuż. Hija ddikjarat li l-użu ta' profittabbiltà mhux ponderata ma kienx xieraq. |
(317) |
Aeolus Group iddikjara li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi dwar ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-industrija tal-Unjoni tat-tajers b'wiċċ ġdid. Barra minn hekk, il-parti ddikjarat li l-marġni ta' profitt għandu jiġi limitat għall-marġni ta' profitt li l-industrija tal-Unjoni tista' sserraħ fuqu b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni normali tas-suq. Huwa ddikjara li l-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel differenza bejn tajers ġodda u tajers mgħotija wiċċ ġdid meta tevalwa l-profit fil-mira xieraq għal-livell 3. Finalment, huwa ddikjara li l-Kummissjoni ma kinitx iġġustifikat għaliex stabbilixxiet il-profit fil-mira għal-livell 3 ta' 9,2 %. |
(318) |
Is-CCCMC u s-CRIA ddikjaraw li l-istabbiliment tal-profitt fil-mira ta' 9,2 % għal-livell 3 ma kiens jirrifletti l-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni u s-snin 2006 u 2007 mhumiex parametri referenzjarji xierqa biex ikun identifikat id-dannu. Minħabba li l-Kummissjoni tat wisq attenzjoni lill-produtturi tal-uċuħ ġodda ta' livell 3 hija fixklet ukoll l-analiżi tagħha tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. |
(319) |
Prometeon sostna li l-kalkolu tal-marġni tad-dannu revedut isaħħaħ il-konklużjoni li d-dannu allegat huwa marġinali. It-telf totali attribwibbli għal-livell 3 se jkun ta' madwar EUR 54 miljun li jirrappreżentaw 91 % tat-total tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, waqt li t-tajers tal-livell 1 u tal-livell 2 mhumiex affettwati. Huwa sostna wkoll li għandha tintuża forma oħra tal-miżura. |
(320) |
Il-Kummissjoni rrifjutat dawn l-argumenti għar-raġunijiet li ġejjin. |
(321) |
L-ewwel nett, il-profitt fil-mira għal-livell 3 ta' 9,2 % huwa bbażat fuq il-profittabilità reali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fil-livell 3 fl-2014 qabel il-ponderazzjoni tal-kumpaniji għal kull livell. Mhux ħażin li wieħed ineħħi l-ponderazzjoni ta' dawk iċ-ċifri sabiex inaqqas l-impatt tal-prestazzjoni tal-SMEs li kienu diġà affettwati mil-livell sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi. |
(322) |
It-tieni, ir-referenza tal-Kummissjoni għas-snin 2006-2007 ma tbiddilx il-valutazzjoni. Pjuttost, huwa kkonferma l-konklużjonijiet fuq il-bażi ta' ċifri mhux ponderati għall-2014 bħala parametru referenzjarju raġonevoli. L-ebda mill-partijiet interessati ma allega li l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fis-snin 2006-2007 kienu distorti. Il-produtturi tal-uċuħ ġodda fil-kampjun, użaw ir-rapporti finanzjarji biex jissostanzjaw id-dikjarazzjoni li l-profittabilità normali tagħhom kienet f'medja ta 9 u 10 % fis-snin 2006 -2007. |
(323) |
It-tielet, il-profitt fil-mira għal-livell 3 li kien kklakulat abbażi taċ-ċifri mhux ponderati għall-2014 kien ukoll konformi mal-livell ta' profitt fil-mira ssuġġerit mill-ilmentatur. Diġà waqt il-fażi ta' inizjazzjoni, l-industrija tal-Unjoni għalhekk ikkunsidrat din iċ-ċifra (jiġfieri 9,2 %) bħala profitt fil-mira xieraq - jiġifieri ferm qabel ma l-Kummissjoni kienet involuta fil-proċess ta' ponderazzjoni. |
(324) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat dawn id-dikjarazzjonijiet u kkonfermat l-għażla tagħha ta' profitt fil-mira stabbilit għal 9,2 % għat-tajers ta' livell 3. |
(325) |
Finalment, skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, il-partijiet għandhom jingħataw 10 ijiem għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. F'dan il-punt, il-Kummissjoni tat ġimagħtejn sħaħ għal dak l-iskop. Meta divulgazzjoni finali addizzjonali hija meħtieġa, jista' jkun stabbilit perjodu iqsar. Kuntrarjament għal dak li tallega Hämmerling, id-divulgazzjoni finali addizzjonali la kienet kumplessa u lanqas fundamentali. Aktar minn hekk, hija kienet tikkonċerna biss aspett speċifiku, jiġifieri l-profitt fil-mira, spjegat f'dokument ta' żewġ faċċati. F'din is-sitwazzjoni, l-għoti ta' tliet ijiem għall-kummenti kienet biżżejjed għall-partijiet kollha biex jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom. |
8.2. Miżuri antidumping definittivi
(326) |
Għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ, f'konformità mar-regola tad-dazju inferjuri stipulata fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġni tad-dannu u l-marġni tad-dumping. L-ammont tad-dazji għand jkun stabbilit fil-livell tal-marġni tad-dumping u tad-dannu inferjuri. |
(327) |
Għaldaqstant, ir-rati tad-dazju antidumping definittiv, espressi bil-prezz CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, bħala dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġejjin: Tabella 11 Rata tad-dazju antidumping definittiv
|
(328) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Għaldaqstant, dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li hu prodott mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Huma ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping. |
(329) |
Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawk ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba trid tinkludi l-informazzjoni relevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(330) |
Biex jiġu mminimizzati kemm jista' jkun ir-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati ta' dazju, jenħtieġu miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. Il-kumpaniji b'dazji antidumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) hawnhekk. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura sejrin ikunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(331) |
Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħra kollha għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jkunux ikkooperaw f'din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
(332) |
Fid-dawl tal-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (62), huwa xieraq li tiġi prevista r-rata tal-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħallas f'każ ta' rimborż ta' dazji definittivi, minħabba li d-dispożizzjonijiet relevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali ma jipprevedux tali rata ta' mgħax, u l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali twassal għal distorsjonijiet mhux dovuti bejn l-operaturi ekonomiċi skont liema Stat Membru jintgħażel għall-iżdoganar tal-merkanzija. |
(333) |
Kif imsemmi fil-premessa (263) tar-Regolament proviżorju, hemm ir-riskju li l-operaturi jużaw tal-importazzjoni Ċiniża ta' roti mgħammra b'tajers biex jevitaw l-miżuri. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien xieraq li jkunu mmonitorjati l-importazzjonijiet ta' roti tat-triq, tat-trejlers u tas-semitrejlers mgħammrin b'tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, sabiex timminimizza r-riskju. |
(334) |
Hämmerling iddikjarat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix lill-Kummissjoni bażi legali biex tikklassifika l-oġġetti għal skopijiet doganali u li għalhekk l-Artikolu 1(5) tar-Regolament proviżorju kien illegali. Kif imsemmi fil-premessa (263) tar-Regolament proviżorju, skont in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (Harmonised System Explanatory Notes, HSEN), l-intestaturi 8708 u 8716, roti tat-triq, tat-trejlers u tas-semitrejlers mgħammrin b'tajers għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestaturi 8708 u 8716. Dik il-premessa spjegat l-intenzjoni tal-Kummissjoni li timmonitorja l-importazzjonijiet ta' tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li kienu ffitjati b'rota u huma korrettament klassifikati skont il-liġi doganali fil-kapitolu 87 tan-Nomenklatura Magħquda (63). Biex ikun iċċarat li l-Kummissjoni ma kellhiex l-intenzjoni li tikklassifika l-oġġetti għall-iskopijiet doganali abbażi tar-Regolament bażiku iżda kellha l-intenzjoni lli timmonitorja l-importazzjonijiet, l-użu relevanti tal-kliem tal-artikolu korrispondenti f'dan ir-Regolament, jiġifieri l-Artikolu 1(4), kien abbozzat skont dan. |
8.3. L-għamla tal-miżuri
(335) |
Aeolus Group iddikjara li l-miżura antidumping għandha tieħu l-forma ta' dazju ad valorem. Fil-fehma tagħha, dazju fiss jikser l-Artikoli 7(2) u 9(4) tar-Regolament bażiku, li jeżiġu li d-dazju antidumping proviżorji u definittivi impost ma jistax jaqbeż il-marġni li huwa adegwat biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-aktar soluzzjoni xierqa tkun li l-Kummissjoni timplimenta dazji ad valorem fuq il-bażi tas-segmentazzjoni tas-suq, jiġifieri l-livelli 1, 2 u 3. Aeolus Group iddikjara li dan ikun konformi mal-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-importanza tal-evitar ta' miżuri sproporzjonati għal tajers ta' kwalità għolja u l-ħtieġa li jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni għal tajers b'karatteristiċi fiżiċi differenti – b'hekk jinħoloq suq ferm aktar b'saħħtu. |
(336) |
Kif imsemmi fil-premessa (302), il-Kummissjoni rrevediet il-marġni tad-dannu u stabbilixxiet mira ta' profitt għal kull livell. Għalhekk, huwa kkunsidrat li d-dazju fiss li jirriżulta, neħħa kif xieraq id-dannu għall-industrija tal-Unjoni filwaqt li huwa applikat b'mod proporzjonat għal-livell differenti. |
(337) |
Is-CRIA u s-CCCMC stqarrew li d-dazji fissi mhumiex adatti, b'mod partikolari għal-livell 3 u pproponiet li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li timponi dazji ad valorem jew, alternattivament, dazji fissi għal prodotti ta' kwalità għolja u dazji ad valorem għal prodotti ta' kwalità baxxa. Barra minn hekk, xi partijiet sostnew li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra d-daqs tat-tajers għax id-differenza fid-daqs hija riflessa fil-prezz tat-tajer. Is-CRIA u s-CCCMC sostnew ukoll li dazju ad valorem kien aktar xieraq. |
(338) |
Giti Group u Prometeon sostnew li d-dazju għandu jieħu l-forma ta' dazju varjabbli li bih it-tajers 'l fuq minn ċertu prezz minimu tal-importazzjoni (“PMI”) jew PMI għal kull livell ma jkunux suġġetti għal dazji. Barra minn hekk, Giti Group iddikjara li l-produtturi li ma kkooperawx għandhom jibqgħu suġġetti għal dazju ad valorem residwali, biex il-livell 1 u u l-livell 2 ikunu esklużi mill-ambitu tal-miżuri finali. |
(339) |
Kif imsemmi fil-premessa (302), il-Kummissjoni rrevediet il-marġni tad-dannu u stabbilixxiet mira ta' profitt għal kull livell. Għalhekk, huwa kkunsidrat li d-dazju fiss li jirriżulta, neħħa kif xieraq id-dannu għall-industrija tal-Unjoni filwaqt li huwa applikat b'mod proporzjonat għal-livell differenti. |
(340) |
Rigward l-allegazzjonijiet li PMI wieħed għat-tajers kollha jew PMI għal kull livell, ikun aktar adatt biex jitneħħa d-dannu kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, il-Kummissjoni kkunsidrat dan li ġej:
|
(341) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li l-forma tal-miżura kellha tkun ad valorem, il-Kummissjoni sostniet li dazju ad valorem joħloq inċentiv għal kumpanija biex tbigħ in-naħa t'isfel tat-taħlita ta' prodotti li jkollha, kif motivat fil-premessi (270) u (271) tar-Regolament proviżorju. Fir-rigward tad-daqsijiet, il-Kummissjoni sabet li tajers żgħar jirrappreżentaw madwar 15 % tal-volum tal-esportazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi fil-kampjun, u li l-importaturi normalment jimportaw id-daqsijiet kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-kunsiderazzjoni ma kinitx tipprevali fuq il-benefiċċji tal-impożizzjoni ta' dazju fiss. |
(342) |
Għalhekk, il-Kummissjoni żammet id-dazji fissi bħala l-forma ta' miżuri definittivi. |
(343) |
Xingyuan Group iddikjara li l-prezz tal-importazzjonijiet użat bħala bażi għall-kalkolu tad-dazju fiss kien jinkludi b'mod żbaljat il-kostijiet ta' wara l-importazzjoni. Il-Kummissjoni aċċettat it-talba u kkoreġiet il-kalkoli kif xieraq. |
8.4. Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji
(344) |
Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell ta' dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju impost bir-Regolament proviżorju għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti li jaqbżu r-rata tad-dazju definittiv determinata skont l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rilaxxati. |
(345) |
Il-Kummissjoni kienet infurmata li l-kumpanija Chonche Auto Double Happiness Tyre Corp., Ltd. (kodiċi TARIC addizzjonali C333), biddlet isimha għal Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd. mit-13 ta' Awwissu 2018. Għalhekk, kwalunkwe miżura li applikat b'mod proviżorju għal Chonche Auto Double Happiness Tyre Corp., Ltd.għandha tapplika għal Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd. |
(346) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju antidumping definittiv hu impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (kodiċi TARIC 4012120010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazji antidumping definittivi applikabbli f'EUR għal kull unità tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
Kumpanija |
Dazju antidumping definittiv (f'EUR għal kull unità) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Xingyuan Tire Group Co. Ltd.; Guangrao Xinhongyuan Tyre Co., Ltd. |
61,76 |
C331 |
Giti Tire (Anhui) Company Ltd.; Giti Tire (Fujian) Company Ltd.; Giti Tire (Hualin) Company Ltd.; Giti Tire (Yinchuan) Company, Ltd. |
47,96 |
C332 |
Aeolus Tyre Co., Ltd.; Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd.; Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd.; Pirelli Tyre Co., Ltd. |
49,44 |
C333 |
Chongqing Hankook Tire Co., Ltd.; Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd.; |
42,73 |
C334 |
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness |
49,31 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
61,76 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 jew fl-Anness għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b'ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(unità/unitajiet) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħa biex tiġi esportata/jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperta/i minn din il-fattura ġiet/ġew immanifatturata/immanifatturati minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hi sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-Roti tat-triq, tat-trejlers u tas-semitrejlers mgħammrin b'tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, taħt il-kodiċijiet TARIC 8708701015, 8708701080, 8708705015, 8708705080, 8708709115, 8708709915, 8716909015 u 8716909080.
5. Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet relevanti dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ. L-imgħax ta' inadempjenza li għandu jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt ta' ħlas ta' mgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, b'żieda ta' tliet punti perċentwali u nofs.
6. F'każi fejn il-prodotti saritilhom ħsara qabel id-dħul fil-moviment ħieles u, għalhekk, il-prezz fil-fatt imħallas jew li għandu jitħallas tqassam għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana skont l-Artikolu 131 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447, l-ammont ta' dazju antidumping stabbilit fil-paragrafu 2 jitnaqqas b'perċentwal li jaqbel mat-tqassim tal-prezz fil-fatt imħallas jew li għandu jitħallas.
Artikolu 2
Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
— |
hu ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017. |
— |
hu mhuwiex relatat ma' xi esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li hu soġġett għall-miżuri antidumping imposti b'dan ir-Regolament, |
— |
esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni; |
il-Kummissjoni tista' temenda l-Artikolu 1(2) billi żżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u li għaldaqstant jkunu soġġetti għad-dazju medju ponderat li ma jaqbiżx il-49,31għal kull unità.
Artikolu 3
L-ammonti garantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/683 għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti lil hinn mill-ammont definittiv ta' EURO għal kull unità tad-dazji antidumping li jinsabu fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 4
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/163 huwa mħassar.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/683 tal-4 ta' Mejju 2018 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163, ĠU L 116, 7.5.2018, p. 8.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/163 tal-1 ta' Frar 2018 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' tajers ġodda u miksijin mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għal reġistrazzjoni, ĠU L 30, 2.2.2018, p. 12.
(4) Aeolus Group huwa magħmul minn Aeolus Tyre Co., Ltd, Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd. u Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd. Din tal-aħħar preċedentament kien jisimha Chonche Auto Double Happiness Tyre Corp. Ltd. sat-13 ta' Awwissu 2018 meta biddlet isimha.
(5) Giti Group jikkonsisti f'Giti Tire (China) Investment Co., (Shanghai); Giti Tire (Anhui) Co., Ltd; (Hefei); Giti Tire (Hualin) Co., Ltd (Hualin); Giti Tire (Fujian) Co., Ltd; Giti Tire (Yinchuan) Co., Ltd u esportatur relatat fis-Singapore.
(6) Hankook Group jikkonsisti f'Shanghai Hankook Tire Sales Co., Ltd (Shanghai); Chongqing Hankook Tire Co., (Chongqing) Ltd; Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd (Jiangsu); u esportatur relatat f'Seoul, il-Korea.
(7) Xingyuan Group jikkonsisti fix-Xingyuan Tire Group Ltd, Co. u fi Guangrao Xinhongyuan Tyre Co., Ltd (Dongying).
(8) ĠU L 174, 10.7.2018, p. 23.
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(10) Ara l-Artikoli 4(2)(a) tar-Regolament bażiku.
(11) Ara t-taqsima 5.2.3. tan-Notifika ta' bidu dwar l-investigazzjoni, importaturi mhux relatati u partikolarment in-noti 1 f'qiegħ il-paġni 15 u 17.
(12) Nota għall-Fajl (Numru tas-sistema tal-iffajljar t18.007994).
(13) Ġiet ipprovduta medda minħabba l-kunfidenzjalità tal-identità ta' ċerti produtturi tal-Unjoni.
(14) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO f'WT/DS184/AB/R, l-Istati Uniti — Miżuri Antidumping rigward Ċerti Prodotti tal-Azzar Illaminati bis-Sħana mill-Ġappun, il-para. 109.
(15) Nota għall-fajl dwar talba għal verifika ta' informazzjoni fil-fajl kunfidenzjali (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.008053).
(16) ĠU L 107, 19.4.2012, p. 5.
(17) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(18) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell f'WT/DS/135/AB/R Komunitajiet Ewropej — Miżuri li Jaffettwaw l-Asbestos u Prodotti li Fihom l-Asbestos.
(19) Il-kummenti ta' Hankook Group dwar id-divulgazzjoni proviżorja (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.006816).
(20) F'mistoqsija fuq l-għarfien megħjun dwar id-ditta, stħarriġ ikejjel jekk in-nies jagħrfux ditta minn lista ta' ditti magħrufa sew (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.007850).
(21) L-għarfien mhux megħjun dwar ditta jindika li impressjoni ta' ditta kienet notevoli biżżejjed li d-ditta tinsab fuq nett f'moħħ il-konsumatur. Biex jitkejjel l-għarfien mhux megħjun dwar ditta, issir mistoqsija miftuħa, li fiha ma jissemmiex isem id-ditta (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.007850).
(22) Il-Kummissjoni Ewropea, il-Każ COMP/E-2/36.041/PO Michelin.
(23) Il-Kummissjoni Ewropea, il-Każ COMP/M.4564 -BRIDGESTONE/BANDAG, il-paragrafi 20-22.
(24) Skont id-dritt tal-Istati Uniti: “L-ebda karozza tal-linja ma għandha topera b'tajers bi xquq ġodda, b'valvs ġodda jew mogħtija wiċċ ġdid fir-rota ta' quddiem” [traduzzjoni mhux uffiċjali]; 49 CFR 393.75 - Tires.(d).
(25) Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46).
(26) ĠU L 181, 4 ta' Lulju 2006, p. 1.
(27) http://www.etrma.org/tyres/retreading/eu-regulatory-framework [aċċessat l-aħħar fit-12 ta' Lulju 2018].
(28) Ir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).
(29) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Mejju 2017 fil-Kawża C-239/15 P RFA International vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2017:337 paragrafi 24-26, u tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Marzu 2015 fil-Kawża T-466/12 RFA International v il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:151, il-paragrafi 51-56.
(30) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Marzu 1992, fil-Kawża C-178/87, Minolta vs il-Kunsill, EU:C:1992:112, il-paragrafu 12.
(31) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Settembru 2013 fil-Kawża C-15/12 P Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs il-Kunsill, EU:C:2013:572, il-paragrafi 34-35 tagħha.
(32) Idem.
(33) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Frar 2012 fil-każijiet magħquda C-191/09 P u C-200/09P, il-Kunsill vs Interpipe, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Ottubru 2016 fil-każ C-468/15 P, PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) vs il-Kunsill.
(34) Korp tal-Appell f'WT/DS184/AB/R, l-Istati Uniti - Prodotti tal-Azzar Illaminati bis-Sħana mill-Ġappun, paragrafi 195-196.
(35) Il-Korp tal-Appell f'WT/DS184/AB/R, l-Istati Uniti - Prodotti tal-azzar b'laminazzjoni termali mill-Ġappun, il-paragrafu 207.
(36) Il-Korp tal-Appell f'WT/DS184/AB/R, l-Istati Uniti - Prodotti tal-azzar b'laminazzjoni termali mill-Ġappun, il-paragrafu 204.
(37) Nota għall-Fajl dwar il-metodoloġija użata biex jiġi stmat il-konsum tal-Unjoni (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.004870).
(38) Nota għall-fajl dwar linterkonnessjoni (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.007993).
(39) https://www.pirelli.com/tyre/ww/en/news/2009/12/04/pirelli-tyre-collaboration-with-marangoni-for-truck-tyre-retreading/ [aċċessat l-aħħar fis-7 ta' Settembru 2018].
(40) https://www.aeolus-tyres.com/aeolus-eco-twin-a-second-life-for-tyres/ [aċċessat l-aħħar fis-17 ta' Lulju 2018].
(41) Ir-Rapport ta' Konformità tal-Korp tal-Appell f'WT/DS397/AB/RW, KE – Qfieli (Fasteners), il-paragrafu 5.265.
(42) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell f'WT/DS454/AB/R u WT/DS460/AB/R, iċ-Ċina — HP-SSST (il-Ġappun)/China — HP-SSST (UE), il-paragrafu 5.180.
(43) Ir-Rapport ta' Konformtà tal-Korp tal-Appell f'WT/DS397/AB/RW, KE - Qfieli, il-paragrafu 5.189.
(44) Ir-rapport tal-Bord f'WT/DS397/R KE - Qfieli (iċ-Ċina), il-paragrafu 7.328; ara wkoll ir-Rapport tal-Bord f'WT/DS219/R, KE - Fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet, il-paragrafu 7.292.
(45) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell f'WT/DS460/AB/R, iċ-Ċina - HP-SSST (UE), il-paragrafu 5.180.
(46) Kraiburg, fornitu tal-uċuħ, ipprovda lil Bipaver lista tal-klijenti tiegħu li jixtru materja prima għal proċess bis-sħana. Dik il-lista tinkludi 38 isem ta' kumpanija.
(47) WT/DS184/AB/R, 23.8.2001, l-Istati Uniti — Miżuri Antidumping rigward Ċerti Prodotti tal-Azzar Illaminati bis-Sħana mill-Ġappun, il-paragrafu 204 u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Ottubru 2004, il-Każ T-35/01 Shanghai Teraoka Electronic Co. Ltd vs il-Kunsill, il-paragrafi 129 u 258.
(48) Is-sit web tal-ETRMA jipprovdi l-ktejjeb għas-snin 2016 u 2017.
Jekk jogħġbok irreferi għal http://www.etrma.org/uploads/Modules/Documentsmanager/20180329---statistics-booklet-2017---alternative-rubber-section-final-web.pdf.
(49) Nota għall-Fajl (Numru tas-sistema tal-iffajljar t18.007994).
(50) Nota għall-fajl dwar linterkonnessjoni (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.007993).
(51) Ilment, paragrafu 107.
(52) It-tabelli minn 8 sa 10 tar-Regolament proviżorju għall-prezz tal-bejgħ medju tal-Unjoni għal kull livell u n-nota għall-fajl dwar l-interkonnessjoni, il-paġni minn 7 sa 10 (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.007993).
(53) Nota għall-fajl dwar linterkonnessjoni, il-paġni 11 u 12 (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.007993).
(54) Preżentazzjoni tas-seduta minn Prometeon Tyre Group u Pirelli, id-9 ta' April 2018 (Numru tas-Sistema tal-Iffjljar: t18.007993).
(55) Fl-2017, Goodyear Group għalaq l-impjant tiegħu fir-Renju Unit (madwar 330 impjieg); Michelin Group għalaq bosta impjanti fl-Unjoni: żewġ impjanti fi Franza (fl-2014 mas-700 impjegat u fl-2017 mat-330 impjegat), fil-Ġermanja (fl-2016 mal-200 impjegat), fl-Ungerija (fl-2015 mal-500 impjegat) u fl-Italja; Continental Group għalaq impjant wieħed fil-Ġermanja.
(56) Nota għall-fajl dwar l-interkonnessjoni, il-paġni 12 sa 14 (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.007993).
(57) Nota għall-fajl dwar linterkonnessjoni, il-paġni 12 u 13 (Numru tas-sistema tal-iffajljar: t18.007993).
(58) Il-premessi minn (176) sa (182) tar-Regolament proviżorju.
(59) Analiżi tad-dimensjoni mibjugħa fis-suq ibbażata fuq id-data tal-ETRMA Europool. Data tal-parti terza miġbura fil-qosor fil-verżjoni miftuħa tal-kummenti tal-Koalizzjoni dwar ir-Regolament proviżorju
(60) Kalkolu tal-piż/tal-unità bbażat fuq id-data tal-Eurostat u hu disponibbli għalkollox fl-iskeda Var. Il-Piż tal-Importazzjonijiet tal-verżjoni miftuħa tal-anness 2 tal-argumenti kontrarji tal-Koalizzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-esportaturi u l-importaturi (Numru tas-Sistema tal-Iffajljar: t18.007295).
(61) L-Assoċjazzjoni Nazzjonali Litwana tat-Trasportaturi fuq it-Triq bagħtet kummenti sew wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti dwar id-Dokument ta' Divulgazzjoni Finali. Fihom huma stqarru li l-importazzjonijiet Ċiniżi jirrappreżentaw 37 % tas-suq total tal-importazzjoni tat-tajers fil-Litwanja, u għalhekk it-trasportaturi se jiffaċċaw konsegwenzi negattivi sproporzjonati meta mqabbla ma' kumpaniji oħra tal-Unjoni minħabba d-dipendenza sħiħa tas-suq tat-tajers Litwan fuq l-importazzjonijiet Il-Kummissjoni sabet li l-kummenti tressqu wara l-iskadenza u li l-kummenti ma kinux sostanzjati b'evidenza. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma kinitx ikkunsidrata.
(62) Is-Sentenza tal-Qorti (it-Tielet Awla) tat-18 ta' Jannar 2017, Wortmann vs Hauptzollamt Bielefeld, C-365/15, EU:C:2017:19, il-paragraphi minn 35 sa 39.
(63) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Bayi Rubber Co., Ltd. |
C335 |
Bridgestone (Huizhou) Tire Co., Ltd. |
C336 |
Briway Tire Co., Ltd. |
C337 |
Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd. |
C338 |
Goodyear Dalian Tire Company Limited |
C339 |
Guizhou Tyre Co., Ltd. |
C340 |
Jiangsu General Science Technology Co., Ltd. |
C341 |
Megalith Industrial Group Co., Ltd. |
C342 |
Michelin Shenyang Tire Co., Ltd. |
C343 |
Nanjing Kumho Tire Co., Ltd. |
C344 |
Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd. |
C345 |
Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd. |
C346 |
Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd. |
C347 |
Qingdao Fudong Tyre Co., Ltd. |
C348 |
Qingdao Hairunsen Tyre Co., Ltd. |
C349 |
Qingdao GRT Rubber Co., Ltd. |
C350 |
Sailun Jinyu Group Co., Ltd. |
C351 |
Shaanxi Yanchang Petroleum Group Rubber Co., Ltd. |
C352 |
Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd. |
C353 |
Shandong Changfeng Tyres Co., Ltd. |
C354 |
Shandong Haohua Tire Co., Ltd. |
C355 |
Shandong Hawk International Rubber Industry Co., Ltd. |
C356 |
Shandong Hengfeng Rubber & Plastic Co., Ltd. |
C357 |
Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd. |
C358 |
Shandong Homerun Tires Co., Ltd. |
C359 |
Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd. |
C360 |
Shandong Hugerubber Co., Ltd. |
C361 |
Shandong Jinyu Tire Co., Ltd. |
C362 |
Shandong Linglong Tyre Co., Ltd. |
C363 |
Shandong Mirage Tyres Co., Ltd. |
C364 |
Shandong Vheal Group Co., Ltd. |
C365 |
Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd. |
C366 |
Shandong Wosen Rubber Co., Ltd. |
C367 |
Shandong Yongfeng Tyres Co., Ltd. |
C368 |
Shandong Yongsheng Rubber Group Co., Ltd.; Shandong Santai Rubber Co., Ltd. |
C369 |
Shandong Yongtai Group Co., Ltd. |
C370 |
Shanghai Huayi Group Corp. Ltd.; Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd. |
C371 |
Shengtai Group Co., Ltd. |
C372 |
Sichuan Kalevei Technology Co., Ltd. |
C373 |
Toyo Tire (Zhucheng) Co., Ltd. |
C374 |
Triangle Tyre Co., Ltd. |
C375 |
Weifang Goldshield Tire Co., Ltd. |
C376 |
Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd. |
C377 |
Xuzhou Armour Rubber Company Ltd. |
C378 |
Zhongce Rubber Group Co., Ltd. |
C379 |