Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats
Dokument 32018R0681
Commission Regulation (EU) 2018/681 of 4 May 2018 amending the Annex to Regulation (EU) No 231/2012 laying down specifications for food additives listed in Annexes II and III to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards specifications for Polyvinyl alcohol-polyethylene glycol graft-co-polymer (E 1209) (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/681 tal-4 ta' Mejju 2018 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/681 tal-4 ta' Mejju 2018 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/2623
ĠU L 116, 7.5.2018, s. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Gällande
Samband | Rättsakt | Kommentar | Berörd underavdelning | Från | till |
---|---|---|---|---|---|
ändring | 32012R0231 | Sostituzzjoni | anness Test | 27/05/2018 |
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/681
tal-4 ta' Mejju 2018
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(2) |
Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(3) |
F'konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209) huwa awtorizzat bħala addittiv tal-ikel fil-kategorija tal-ikel 17.1 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu”. Skont l-ispeċifikazzjonijiet attwali tal-UE, l-ammont massimu permissibbli tal-glikol tal-etilen u tal-glikol tad-dietilen, li huma preżenti bħala impuritajiet fl-addittiv tal-ikel il-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209), huwa 50 mg/kg għal kull wieħed minnhom. |
(4) |
Fis-26 ta' Ġunju 2015 tressqet applikazzjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-limiti għall-glikol tal-etilen u għall-glikol tad-dietilen fil-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209). L-applikazzjoni tqiegħdet għad-disponibbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
L-applikant talab li jiżdiedu l-limiti individwali massimi għal dawk iż-żewġ impuritajiet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209) għal limitu globali ta' “Mhux aktar minn 620 mg/kg għall-glikol tal-etilen b'mod individwali jew flimkien mal-glikol tad-dietilen”. L-applikant iddikjara li din l-ispeċifikazzjoni kienet inkluża fl-applikazzjoni oriġinali li ġiet ivvalutata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-2013 (4) u li l-limitu propost (620 mg/kg għall-glikol tal-etilen b'mod individwali jew flimkien mal-glikol tad-dietilen) kien identiku għal-limitu għall-glikol tal-etilen fil-prodotti farmaċewtiċi. |
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta' Mejju 2017 (5) l-Awtorità kkonkludiet li t-talba tal-applikant se tirriżulta f'esponiment totali mill-użi tal-addittivi tal-ikel taħt id-doża tollerabbli ta' kuljum (tolerable daily intake, TDI) tal-grupp ta' 0,5 mg/kg tal-piż tal-ġisem/jum allokata mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (Scientific Committee on Food, SCF) u li l-emenda għall-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livell tal-impuritajiet glikol tal-etilen u glikol tad-dietilen fil-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209) proposta mill-applikant mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza. Madankollu, l-Awtorità nnutat li r-riżultati analitiċi pprovduti kienu b'mod konsistenti u b'mod konsiderevoli aktar baxxi (sa 360 mg/kg) mil-livell propost ta' 620 mg/kg għall-glikol tal-etilen b'mod individwali jew flimkien mal-glikol tad-dietilen fl-ispeċifikazzjonijiet tal-UE għall-E 1209. |
(7) |
Mid-diskussjonijiet mal-Istati Membri fil-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti Governattivi dwar l-Addittivi tal-Ikel irriżulta li l-limitu massimu għall-glikol tal-etilen u għall-glikol tad-dietilen jenħtieġ li jinżamm baxx kemm jista' jkun kif muri mid-dejta analitika biex tiġi limitata l-kontribuzzjoni tagħhom lit-TDI. |
(8) |
Meta jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012, huwa meħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi tal-ikel kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius imfassal mill-Kumitat Konġunt tal-Esperti tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel (Joint Expert Committee on Food Additives, JECFA). |
(9) |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-JECFA għall-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (INS 1209) tħejjew fit-80 laqgħa tal-JECFA (6) u ġew ppubblikati fil-Monografiji tal-FAO JECFA 17 (7) fl-2015. Il-livell għall-glikol tal-etilen u għall-glikol tad-dietilen stabbiliti hemmhekk huwa “Mhux aktar minn 400 mg/kg (b'mod indivdwali jew flimkien)”. |
(10) |
Għalhekk, huwa xieraq li jiġu emendati l-limiti għall-impuritajiet glikol tal-etilen u glikol tad-dietilen fl-addittiv tal-ikel il-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209) għal “Mhux aktar minn 400 mg/kg għall-glikol tal-etilen b'mod individwali jew flimkien mal-glikol tad-dietilen”. |
(11) |
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) Il-Bord tal-ANS tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel), 2013. Scientific Opinion on the safety of polyvinyl alcohol-polyethylene glycol-graft-co-polymer as a food additive. EFSA Journal 2013; 11(7):3303, 31 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2013.3303
(5) Il-Bord tal-ANS tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel), 2017. Scientific Opinion on safety of the proposed amendment of the specifications for the food additive polyvinyl alcohol-polyethylene glycol-graft-co-polymer (E 1209). EFSA Journal 2017;15(6):4865, 23 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.4865
(6) Evaluation of certain food additives and contaminants: eightieth report of the Joint FAO/WHO Expert Committee on Food Additives. WHO Technical Report Series 995.
(7) http://www.fao.org/documents/card/en/c/001c43bb-c473-4a65-a511-d876831f41a0/
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, fir-rigward tal-livelli ta' purità għall-addittiv tal-ikel E 1209 il-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene, l-entrati għall-glikol tal-etilen u għall-glikol tad-dietilen huma sostitwiti b'dan li ġej:
“Glikoli tal-etilen (mono- u di-) |
Mhux aktar minn 400 mg/kg (b'mod individwali jew flimkien)” |