This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0561
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/561 of 29 January 2018 amending Delegated Regulation (EU) 2016/127 with regard to protein requirements for follow-on formula (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/561 tad-29 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/127 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-proteini għall-formula ta' prosegwiment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/561 tad-29 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/127 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-proteini għall-formula ta' prosegwiment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/0438
ĠU L 94, 12.4.2018, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32016R0127 | Sostituzzjoni | anness II punt 2.1 TABL | 02/05/2018 |
12.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/561
tad-29 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/127 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-proteini għall-formula ta' prosegwiment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (2) jistabbilixxi inter alia regoli dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/127 jipprevedi speċifikament li l-formula ta' prosegwiment manifatturata mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż ikun fiha mill-inqas 1,8 g proteini/100 kcal (0,43 g/100kJ). |
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand operatur fin-negozju tal-ikel għat-tqegħid fis-suq ta' formula ta' prosegwiment ibbażata fuq il-proteina intatta mill-ħalib tal-baqar b'kontenut ta' proteina ta' mill-anqas 1,61 g/100 kcal, li huwa taħt il-livelli permessi skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (3) u r-Regolament (UE) 2016/127. |
(4) |
Wara talba mill-Kummissjoni, fil-5 ta' April 2017 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ħarġet opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza u l-idoneità għall-użu mit-trabi ta' formuli ta' prosegwiment b'kontenut ta' proteina ta' mill-anqas 1,6 g/100 kcal (4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ikkonkludiet li l-użu tal-formula ta' prosegwiment, ibbażata fuq il-proteini intatti mill-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż, b'kontenut ta' proteina ta' 1,6 g/100 kcal (0,38 g/100 kJ) u li mill-aspetti l-oħrajn tikkonforma mar-rekwiżiti tar-regoli rilevanti tal-Unjoni, huwa sikur u adattat għal trabi f'saħħithom li jgħixu fl-Ewropa b'konsum ta' ikel komplementari ta' kwalità suffiċjenti. Abbażi ta' din l-opinjoni, u sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta' prodotti innovattivi, il-kontenut minimu ta' proteini meħtieġ skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/127 dwar il-formula tat-trabi ibbażata fuq il-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż jenħtieġ li jitnaqqas għal 1,6 g/100 kcal. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta' Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment u fir-rigward ta' rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat- 22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).
(4) EFSA Journal 2017;15(5):4781.
ANNESS
It-tabella fil-punt 2.1 (Il-formula tat-trabi manifatturata mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż) tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 hija sostitwita b'dan li ġej:
Minimu |
Massimu |
0,38 g/100 kJ (1,6 g/100 kcal) |
0,6 g/100 kJ (2,5 g/100 kcal) |