Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0537

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/537 tal-5 ta' April 2018 li jemenda għat-283 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

    C/2018/2149

    ĠU L 89I, 5.4.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/537/oj

    5.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 89/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/537

    tal-5 ta' April 2018

    li jemenda għat-283 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fid-29 ta' Marzu 2018 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2018.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

    “Khatiba Imam Al-Bukhari (KIB) (magħrufa wkoll bħala: Khataib al-Imam al-Bukhari). Indirizz: (a) Khan-Shaykhun, ir-Repubblika Għarbija Sirjana (53 km fin-Nofsinhar ta' Idlib, il-post fejn tinsab f'Marzu 2018); (b) Aleppo, Idlib u Khama, ir-Repubblika Għarbija Sirjana (iż-żona tal-operazzjoni); (c) Iż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (il-post preċedenti tagħha). Informazzjoni oħra: mill-2016, riallokata għat-Tramuntana tal-Afganistan. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.3.2018.”


    Top