Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0461

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/461 tal-20 ta' Marzu 2018 li jawtorizza estensjoni tal-użu ta' estratt rikk fit-tassifolina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/1598

ĠU L 78, 21.3.2018, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/461/oj

21.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/461

tal-20 ta' Marzu 2018

li jawtorizza estensjoni tal-użu ta' estratt rikk fit-tassifolina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), b'mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li ikel ġdid jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni biss jekk ikun ġie awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid, kif ukoll dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Fit-23 ta' Awwissu 2010, il-kumpanija Ametis JSC bagħtet talba lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-estratt rikk fit-tassifolina mill-injam tal-Lerċi tad-Daħurja (Larix gmelinii (Rupr.) Rupr) bħala ingredjent ta' ikel ġdid fit-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikazzjoni talbet li l-estratt rikk fit-tassifolina jkun jista' jintuża f'supplimenti tal-ikel għal popolazzjoni ikbar minn 14-il sena, kif ukoll f'xorb mhux alkoħoliku, fil-jogurt u f'dolċerija taċ-ċikkulata għall-popolazzjoni ġenerali għajr it-trabi, it-tfal żgħar u t-tfal sal-età ta' disa' snin.

(5)

Fit-13 ta' Diċembru 2016, l-EFSA adottat l-opinjoni tagħha “Scientific Opinion on the safety of taxifolin-rich extract as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (4), fejn ikkonkludiet li l-estratt rikk fit-tassifolina huwa sikur għall-użi u għal-livelli ta' użu proposti.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2079 (5) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq tal-estratt rikk fit-tassifolina mill-injam tal-Lerċi tad-Daħurja (Larix gmelinii (Rupr.) Rupr) bħala ikel ġdid għall-użu f'supplimenti tal-ikel maħsubin għall-popolazzjoni ġenerali, għajr it-trabi, it-tfal iż-żgħar, it-tfal u l-adolexxenti li jkollhom inqas minn 14-il sena.

(7)

Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jittratta l-bqija tal-użi u tal-livelli ta' użu li għalihom l-applikant kien qed jitlob l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni bdiet evalwazzjoni ulterjuri qabel ma ħadet deċiżjoni aħħarija dwar l-ambitu sħiħ tal-applikazzjoni, sabiex tiżgura li l-estratt rikk fit-tassifolina huwa sikur ukoll meta jiġi kkonsmat f'forom oħra għajr supplimenti tal-ikel mit-trabi, mit-tfal żgħar, u mit-tfal ta' inqas minn disa' snin.

(8)

Fit-3 ta' Mejju 2017, l-applikant ġie infurmat bit-talba addizzjonali tal-Kummissjoni lill-EFSA, u qabel magħha. Fl-istess ħin, l-applikant talab ukoll estensjoni ulterjuri għall-użu u għall-kundizzjonijiet tal-użu tal-estratt rikk fit-tassifolina biex ikun kopert ukoll l-użu bħala ikel ġdid fi prodotti tal-ħalib għall-popolazzjoni ġenerali, kif ukoll l-inklużjoni, fl-informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid, ta' isem kimiku li ma kienx inkluż fl-applikazzjoni oriġinali iżda ġie inkluż fl-opinjoni tal-EFSA tal-2016. Għal dawn l-estensjonijiet tal-użu, l-applikant ipprovda informazzjoni addizzjonali lill-EFSA.

(9)

Fit-28 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni kkonsultat mal-EFSA, u talbitha twettaq valutazzjoni supplimentari tas-sikurezza għall-estratt rikk fit-tassifolina fix-xorb mhux alkoħoliku, fid-dolċerija taċ-ċikkulata u fil-prodotti tal-ħalib għal kull grupp tal-popolazzjoni.

(10)

Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kull talba biex ikel ġdid jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, imressqa lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni aħħarija qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

Fil-25 ta' Ottubru 2017, l-EFSA adottat l-opinjoni “Scientific Opinion on the safety of taxifolin-rich extract” (6). Din l-opinjoni, anki jekk ġiet elaborata u adottata mill-EFSA skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(12)

L-opinjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-estratt rikk fit-tassifolina, meta jintuża bħala ingredjent fix-xorb mhux alkoħoliku, fil-prodotti tal-ħalib u fid-dolċerija taċ-ċikkulata, u filwaqt li jitqies kull grupp tal-popolazzjoni, huwa konformi mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(13)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistipula rekwiżiti għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib, li japplikaw għall-estratt rikk fit-tassifolina meta jintuża bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib. Skont il-punt 2 tal-Parti III tal-Anness VII tiegħu, l-estratt rikk fit-tassifolina ma jista' jintuża fil-prodotti tal-ħalib biex jissostitwixxi, għalkollox jew parzjalment, lil ebda kostitwent tal-ħalib. Għaldaqstant, l-użu tal-estratt rikk fit-tassifolina bħala ikel ġdid fil-prodotti tal-ħalib għandu jiġi limitat skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għas-sustanza “estratt li fih ħafna tassifolina”, għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti ta' tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2017; 15(2):4682.

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2079 tal-10 ta' Novembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-estratt rikk fit-tassifolina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 81).

(6)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2017; 15(11):5059.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għal “Estratt li fih ħafna tassifolina” fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tinbidel b'li ġej:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Estratt rikk fit-tassifolina

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel il-ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun “estratt rikk fit-tassifolina”.”

 

Jogurt abjad/jogurt bil-frott (*)

0,020 g/kg

Kefir (*)

0,008 g/kg

Xorrox tal-butir (*)

0,005 g/kg

Trab tal-ħalib (*)

0,052 g/kg

Krema (*)

0,070 g/kg

Krema qarsa (*)

0,050 g/kg

Ġobon (*)

0,090 g/kg

Butir (*)

0,164 g/kg

Dolċerija taċ-ċikkulata

0,070 g/kg

Xorb mhux alkoħoliku

0,020 g/L

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsubin għall-popolazzjoni ġenerali, għajr it-trabi, it-tfal iż-żgħar, it-tfal u l-adolexxenti ta' taħt l-14-il sena

100 mg kuljum

(*)

Meta jintuża fil-prodotti tal-ħalib, l-estratt rikk fit-tassifolina ma jista' jissostiwixxi, għalkollox jew parzjalment, lil ebda kostitwent tal-ħalib.

(2)

L-entrata għal “Definizzjoni” għal “Estratt li fih ħafna tassifolina” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tinbidel b'li ġej:

L-Ikel il-Ġdid awtorizzat

Speċifikazzjoni

Estratt rikk fit-tassifolina

Definizzjoni:

Isem kimiku: [(2R,3R)-2-(3,4 diidrossifenil)-3,5,7-triidrossi-2,3-diidrokromen-4-on, imsejjaħ ukoll (+) trans (2R,3R)-diidrokwerċetin], u b'mhux iktar minn 2 % tal-forma ċis-”


Top