Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0273

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560

    C/2017/8261

    ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/273/oj

    28.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 58/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/273

    tal-11 ta' Diċembru 2017

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 89, 145(4), 147(3) u 223(2) tiegħu u l-punt 5 tat-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII ta' dak ir-Regolament,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 64(6) u 89(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ħa post ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). Il-Kapitolu III tat-Titolu I u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fihom regoli rigward l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli u l-ġestjoni tiegħu, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u r-rekwiżiti tal-komunikazzjoni fis-settur tal-inbid, u jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Dawk l-atti jħassru u jieħdu post id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (4) u (KE) Nru 436/2009 (5), kif ukoll ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (6) u (KE) Nru 607/2009 (7) dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-inbejjed varjetali u regoli amministrattivi relatati mar-reġistru tad-dħul u l-ħruġ. Fl-interess tas-simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-att delegat il-ġdid jinkorpora wkoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (8).

    (2)

    Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu ddefiniti ċerti termini użati f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 (9). Jixraq li jiġu ddefiniti t-tipi differenti ta' żoni tad-dwieli u l-operaturi fir-rigward tad-drittijiet speċifiċi u r-rekwiżiti stipulati għal kull wieħed minnhom f'dawn iż-żewġ Regolamenti.

    (3)

    L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi r-rekwiżit ġenerali għall-Istati Membri biex jagħtu awtorizzazzjoni għat-tħawwil tad-dwieli wara li titressaq applikazzjoni mill-produtturi li jkun beħsiebhom iħawlu jew jerġgħu jħawlu d-dwieli. Madankollu, skont il-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu, ċerti żoni huma eżentati mill-iskema tal-awtorizzazzjonijiet. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dik l-eżenzjoni. Iż-żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet tat-tilqim jenħtieġ li jintużaw biss għall-finijiet speċifikati ħalli tkun evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-iskema l-ġdida. Jenħtieġ li l-prodotti tad-dwieli dderivati minn dawn iż-żoni ma jiġux ikkummerċjalizzati sakemm l-Istati Membri ma jkunux iqisu li ma jeżisti l-ebda riskju ta' tfixkil tas-suq. Jenħtieġ li l-esperimenti eżistenti tal-vitikultura u tal-mixtliet tat-tilqim jitħallew ikomplu skont ir-regoli applikabbli għalihom qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560. Sabiex ikun żgurat li ż-żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum tal-membri tal-unità domestika tal-produttur tal-inbid ma jikkontribwux għat-tfixkil tas-suq, jixraq li jiġi stabbilit limitu fuq id-daqs, filwaqt li l-eżenzjoni tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-vinikultur ma jkunx involut fil-produzzjoni kummerċjali tal-inbid. Għall-istess raġuni, din l-eżenzjoni jenħtieġ li tiġi estiża wkoll għall-organizzazzjonijiet mingħajr attività kummerċjali. Fir-rigward taż-żoni stabbiliti minn produttur li jkun tilef ċerta żona mħawla bid-dwieli minħabba xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali, jenħtieġ li tiġi stabbilita kundizzjoni fir-rigward tas-superfiċje massima taż-żona l-ġdida ħalli jkun evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ġenerali tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli.

    (4)

    L-Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi r-regoli dwar l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta' dwieli ġodda, u jistipula l-kriterji tal-eliġibbiltà u ta' prijorità li l-Istati Membri jistgħu japplikaw. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi assoċjati ma' xi kriterji tal-eliġibbiltà u ta' prijorità biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għall-implimentazzjoni tagħhom u biex tkun evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sistema tal-awtorizzazzjonijiet mill-produtturi li jingħataw l-awtorizzazzjonijiet. Minbarra dan, it-tliet kriterji addizzjonali introdotti mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 jenħtieġ li jibqgħu: kriterju tal-eliġibbiltà dwar il-miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; kriterju ta' prijorità li jiffavorixxi lill-produtturi konformi mar-regoli tal-iskema u li ma jkunux abbandunaw il-vinji fl-azjendi tagħhom; u kriterju ta' prijorità li jiffavorixxi lill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet sekwestrati f'każ ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità. Il-kriterju tal-eliġibbiltà jissodisfa l-bżonn li titħares ir-reputazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi b'mod simili għar-reputazzjoni ta' denominazzjonijiet speċifiċi tal-oriġini, biex ikun żgurat li dawn ma jkunux mhedda mit-tħawwil ta' dwieli ġodda. L-ewwel kriterju ta' prijorità jiffavorixxi lil ċerti applikanti abbażi tal-isfond tagħhom, li juri r-rispett tagħhom għar-regoli tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet u li ma jkunux qed japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tat-tħawwil ta' dwieli ġodda filwaqt li jkollhom żoni mħawlin bi dwieli barra mis-sistema tal-produzzjoni li jistgħu jiġġeneraw awtorizzazzjonijiet għal tħawwil mill-ġdid. It-tieni kriterju ta' prijorità għandu l-għan li jiffavorixxi lill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet sekwestrati f'każ ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità, ħalli jkun promoss l-użu soċjali tal-art li inkella tista' tirriskja li ma tibqax tipproduċi.

    (5)

    Filwaqt li jitqies l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u biex jingħelbu ċerti differenzi naturali u soċjoekonomiċi u jiġu indirizzati strateġiji differenti tat-tkabbir mill-atturi ekonomiċi f'dawk iż-żoni differenti fi ħdan territorju partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ ikollhom permess japplikaw il-kriterji tal-eliġibbiltà u ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll it-tliet kriterji tal-eliġibbiltà u ta' prijorità, b'mod differenti fil-livell reġjonali, għal żoni speċifiċi eliġibbli għal denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP), għal żoni speċifiċi eliġibbli għal indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) jew għal żoni mingħajr indikazzjoni ġeografika. Dawn id-differenzi fl-applikazzjoni ta' dawk il-kriterji fiż-żoni differenti ta' territorju partikolari jenħtieġ ikunu bbażati dejjem fuq id-differenzi bejn dawk iż-żoni.

    (6)

    Sabiex jindirizzaw il-każijiet ta' ċirkomvenzjoni li ma kinux antiċipati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ jadottaw miżuri biex jevitaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà jew ta' prijorità minn applikanti tal-awtorizzazzjonijiet meta l-azzjonijiet tagħhom ma jkunux koperti diġà bid-dispożizzjonijiet speċifiċi kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jistabbilixxi dan ir-Regolament fir-rigward tal-kriterji speċifiċi tal-eliġibbiltà u ta' prijorità.

    (7)

    L-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi l-possibbiltà ta' koeżistenza tad-dwieli li l-produttur ikun impenja ruħu li jaqla' ma' dwieli li jkunu għadhom kemm tħawlu. Sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jużaw mezzi xierqa biex jiżguraw li jitwettaq l-impenn li jinqalgħu d-dwieli, inkluż ir-rekwiżit li tingħata garanzija li takkumpanja l-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tħawwil mill-ġdid antiċipat. Barra minn hekk, jeħtieġ jiġi speċifikat li jekk il-qlugħ tad-dwieli ma jsirx sal-iskadenza ta' erba' (4) snin stabbilita b'dik id-dispożizzjoni, id-dwieli mħawlin fiż-żona mwiegħda għandhom jitqiesu li mhumiex awtorizzati.

    (8)

    L-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jippermetti lill-Istati Membri li jillimitaw it-tħawwil mill-ġdid fiż-żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'denominazzjonijiet ta' oriġini protetti jew b'indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, abbażi ta' rakkomandazzjoni minn organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti u rappreżentattivi. Il-bażi jew ir-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet ta' restrizzjoni jenħtieġ li jiġu ddefiniti biex jiċċaraw il-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, jiżguraw il-koerenza tal-iskema u jevitaw iċ-ċirkomvenzjoni tagħha. Jenħtieġ ikun żgurat li awtomatiċità fl-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid stabbilita fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma xxekkilx il-possibilità li l-Istati Membri jillimitaw il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għal żoni speċifiċi skont l-Artikolu 63(2)(b) u (3) ta' dak ir-Regolament. Iżda jenħtieġ li jiġi ċċarat li ċerti każijiet speċifiċi ma jistgħux jitqiesu bħala ċirkomvenzjoni tal-iskema.

    (9)

    L-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li ċerti Stati Membri għandhom iżommu reġistru tal-vinji li jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal tal-produzzjoni. Id-dettalji tal-informazzjoni li trid titniżżel fir-reġistru tal-vinji jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    (10)

    L-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-prodotti tal-inbid jistgħu jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni fi ħdan it-territorju tal-Unjoni biss permezz ta' dokument ta' akkumpanjament awtorizzat uffiċjalment. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu ta' dan id-dokument ta' akkumpanjament.

    (11)

    L-esperjenza fl-Istati Membri turi li l-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mill-obbligu li l-prodotti tal-inbid jinġarru b'dokument ta' akkumpanjament jista' jkopri distanzi ikbar u firxa usa' ta' operazzjonijiet, u b'hekk jeħfiefu l-movimenti tal-inbid u jinżamm livell sodisfaċenti tat-traċċabbiltà tal-prodotti tal-inbid. B'mod partikolari jenħtieġ li anki l-meraq u l-most tal-għeneb klassifikati bil-kodiċijiet NM 2009 61 u 2009 69 u kkonsenjati lill-operaturi li mhumiex involuti fil-manifattura tal-inbid, ikunu eżentati għax dawk l-operaturi mhumiex soġġetti għall-kontrolli tal-awtoritajiet inkarigati mis-settur tal-inbid, u t-traċċabbiltà ta' dawk il-prodotti tista' tkun żgurata permezz ta' dokument kummerċjali.

    (12)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (10) tinkludi arranġamenti armonizzati għal ċerti prodotti bid-dazju tas-sisa, inkluż ċertu xorb alkoħoliku, u jipprevedi dokument amministrattiv elettroniku u dokumenti oħra ta' akkumpanjament għall-konsenji ta' dawn il-prodotti. Bil-għan li jiġu stabbiliti regoli uniformi applikabbli fl-Unjoni u jiġu ssimplifikati l-formalitajiet amministrattivi għall-operaturi, jixraq li jiġi stipulat li d-dokumenti ta' akkumpanjament fil-ġarr tal-prodotti tal-inbid għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli tas-sisa jitqiesu wkoll bħala dokumenti ta' akkumpanjament rikonoxxuti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (13)

    Filwaqt li jitqies l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2008/118/KE u biex jitħaffu l-formalitajiet amministrattivi għall-operaturi u jinkiseb livell ogħla ta' garanziji ta' affidabbiltà għaċ-ċertifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti tal-inbid, jenħtieġ li fejn jidħlu l-konsenji tal-prodotti tal-inbid li jkunu ġejjin mingħand produtturi żgħar u l-konsenji tal-prodotti tal-inbid li mhumiex soġġetti għas-sisa, ikun rikonoxxut l-użu tas-sistema tal-informazzjoni ssimplifikata għall-ħruġ tad-dokumenti elettroniċi ta' akkumpanjament li tkun fis-seħħ fl-Istati Membri u li tkun tipprevedi l-użu ta' dokument kummerċjali li tal-anqas ikun fih l-indikazzjonijiet meħtieġa biex jidentifikaw il-prodott u jintraċċaw il-moviment tiegħu. Madankollu, biex l-Istati Membri li għad ma għandhomx din is-sistema tal-informazzjoni jkunu jistgħu joħolquha, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw iż-żewġ modi, jiġifieri d-dokumenti ta' akkumpanjament fuq il-karta u d-dokumenti ta' akkumpanjament elettroniċi.

    (14)

    Filwaqt li jitqies l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/118/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw proċeduri u dokumenti ssimplifikati li permezz tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-movimenti tal-prodotti tal-inbid li jsiru esklussivament fit-territorju tagħhom.

    (15)

    Id-dokumenti ta' akkumpanjament jistgħu jservu wkoll biex jiċċertifikaw ċerti karatteristiċi tal-prodotti tal-inbid b'mod ġenerali u s-sena tagħhom tal-qtugħ tal-għeneb jew il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid u d-DOP jew IĠP tagħhom b'mod partikolari. Sabiex ikun żgurat trattament ugwali lill-operaturi kollha, dan ir-Regolament jenħtieġ jistipula l-kundizzjonijiet li skonthom id-dokumenti ta' akkumpanjament jistgħu jintużaw għall-fini ta' din iċ-ċertifikazzjoni. Biex jiġu ssimplifikati l-formalitajiet amministrattivi għall-operaturi u jitneħħa l-piż tal-ħidmiet ta' rutina minn fuq l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ issir dispożizzjoni għal dawn tal-aħħar biex jawtorizzaw lil konsenjaturi biex fid-dokumenti ta' akkumpanjament jimlew u jiċċertifikaw huma stess l-oriġini jew il-provenjenza u l-karatteristiċi tal-prodotti tal-inbid, jew is-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew il-varjetà(jiet) tal-għeneb li minnhom jiġu prodotti u d-DOP jew l-IĠP tal-inbid.

    (16)

    Meta l-operaturi jintalbu minn pajjiżi terzi biex jipprovdu ċertifikati speċifiċi dwar il-karatteristiċi tal-prodotti tal-inbid, dan ir-Regolament jenħtieġ joffri l-possibbiltà li tintuża sistema taċ-ċertifikazzjoni għall-prodotti tal-inbid esportati, u jenħtieġ jipprevedi l-kundizzjonijiet għall-awtentiċità u l-użu tagħha.

    (17)

    Minbarra d-dokumenti ta' akkumpanjament, id-dokumenti supplimentari, bħad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni, huma meħtieġa skont ir-regoli doganali bħala prova tal-esportazzjoni tal-prodotti tal-inbid. Għalhekk jenħtieġ li jiġu ddefiniti proċeduri addizzjonali għat-tfassil u l-validazzjoni ta' dawn id-dokumenti skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jew stabbiliti skontu.

    (18)

    Il-prodotti tal-inbid trasportati bl-ingrossa huma suxxettibbli aktar għal prattiki frawdolenti milli huma l-prodotti fil-fliexken tikkettati u magħluqa b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw. Għaldaqstant, jenħtieġ li għal konsenji bħal dawn tkun mitluba informazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti fil-post tat-tagħbija fuq id-dettalji inklużi fid-dokument ta' akkumpanjament, sakemm ma tkunx qed tintuża sistema tal-informazzjoni li tippermetti li l-awtorità kompetenti fil-post tal-ħatt tkun infurmata b'dawk id-dettalji.

    (19)

    Biex jeħfiefu l-kontrolli tal-awtoritajiet kompetenti għall-ġarr tal-konsenji tal-prodotti tal-pajjiżi terzi rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera jew tal-prodotti tal-Unjoni li inizjalment kienu esportati u mbagħad importati mill-ġdid fl-Unjoni, id-dokumenti ta' akkumpanjament tal-konsenji ta' prodotti bħal dawn wara r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera jenħtieġ ikollhom referenza għad-dokumenti użati għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera jew, fil-każ tal-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni, referenza għad-dokument ta' akkumpanjament maħruġ għad-dispaċċ inizjali jew dokument ieħor aċċettat li juri prova tal-oriġini tal-prodotti.

    (20)

    Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jarmonizzaw l-azzjoni li għandu jieħu d-destinatarju tal-konsenja jekk jiġi rrifjutat il-prodott trasportat b'kopertura ta' dokument ta' akkumpanjament u li jispeċifikaw b'liema kopertura ta' dokument ta' akkumpanjament jista' sussegwentement jiġi trasportat il-prodott.

    (21)

    Sabiex jiġu indirizzati l-każijiet meta l-awtorità kompetenti tkun qed tqis jew ikollha raġuni valida biex tissuspetta li jkun sar ksur serju tar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali fis-settur tal-inbid f'dak li jirrigwarda t-trasport tal-prodotti tal-inbid bil-kopertura tad-dokument ta' akkumpanjament jew tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew li l-kompożizzjoni ta' dawn il-prodotti tkun saret minn konsenjatur, u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkontrollaw il-moviment sussegwenti jew jiddeċiedu dwar l-użu futur tal-prodott inkwistjoni, jixraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċedura li jaf ikunu jeħtieġu l-awtorità kompetenti fir-rigward tad-dokumenti ta' akkumpanjament u l-iskambju tal-informazzjoni u l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti f'każijiet bħal dawn.

    (22)

    Biex ikun żgurat effett deterrenti jew titreġġa' lura l-legalità f'każ ta' ksur mhux serju b'rabta mad-dokumenti ta' akkumpanjament fil-ġarr tal-prodotti tal-inbid, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li bihom l-awtorità kompetenti li tkun skopriet l-irregolaritajiet tkun tista' tieħu miżuri xierqa biex tirregolarizza dan il-ġarr jew tieħu miżuri proporzjonati kontra l-irregolaritajiet, inkluż il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti inkwistjoni, u tinforma lill-awtorità kompetenti tal-post tat-tagħbija.

    (23)

    Fl-interess taċ-ċertezza legali, jixraq li jkunu previsti regoli għal każijiet ta' forza maġġuri jew għal inċidenti mhux previsti waqt il-ġarr ħalli t-trasportatur ikun jaf x'inhu meħtieġ biex jirregolarizza l-ġarr ikkonċernat.

    (24)

    L-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-inbid impurtat tal-prodotti koperti minn dak l-Artikolu jkun akkumpanjat b'ċertifikat imħejji minn korp kompetenti fil-pajjiż tal-oriġini tal-prodott u b'rapport ta' analiżi mfassal minn korp jew dipartiment nominat mill-pajjiż terz tal-oriġini. Biex jonqos l-għadd ta' dokumenti meħtieġa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u biex jeħfiefu l-kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dak iċ-ċertifikat u dak ir-rapport ta' analiżi jenħtieġ jitwaħħdu f'dokument wieħed, id-dokument VI-1. Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u jkun faċilitat il-kummerċ, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni biex dan id-dokument jitqies bħala dokument li jiċċertifika l-karatteristiċi tal-prodott tal-inbid, is-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew il-varjetà(jiet) tal-għeneb, jew DOP jew IĠP.

    (25)

    Għal raġunijiet ta' armonizzazzjoni u biex jonqos il-piż amministrattiv għall-operaturi u għall-Istati Membri, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet mir-rekwiżit li jkun ippreżentat dokument VI-1 għall-prodotti tal-inbid li jkunu qed jiġu importati fl-Unjoni jiġu allinjati mal-eżenzjonijiet applikabbli għad-dokumenti ta' akkumpanjament fil-ġarr tal-prodotti tal-inbid wara r-rilaxx tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, permezz tas-sistema tal-Unjoni tal-eżenzjonijiet mid-dazju doganali stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 (12) u mal-eżenzjonijiet li joħorġu minn konvenzjonijiet speċifiċi dwar ir-relazzjonijiet diplomatiċi konklużi mal-pajjiżi terzi.

    (26)

    Biex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw proċeduri armonizzati u jużaw l-istess tip ta' dokument irrispettivament mill-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-prodotti importati, jenħtieġ li jingħataw kampjun tad-dokument VI-1 u l-estratt tiegħu, jiġifieri l-estratt VI-2, flimkien ma' dettalji dwar il-proċedura li għandha tintuża biex dawn jinħarġu.

    (27)

    Ir-regoli għall-użu tad-dokument VI-1 u tal-estratt VI-2 jenħtieġ jiġu stabbiliti ħalli jiżguraw li l-partijiet konċernati kollha jimxu bl-istess proċedura għar-rilaxx tal-konsenja fiċ-ċirkolazzjoni libera. Filwaqt li titqies il-prattika kummerċjali, jenħtieġ jiġi ċċarat li meta l-konsenja tal-inbid tkun maqsuma, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ ikollhom is-setgħa li jkollhom estratti tad-dokument VI-1 imfassla bis-superviżjoni tagħhom biex jakkumpanjaw kull konsenja ġdida li tirriżulta mill-qasma.

    (28)

    Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-kummerċ u tiġi ssimplifikata l-importazzjoni indiretta, jixraq li jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw il-każijiet meta ma jkunx hemm bżonn issir aktar analiżi għall-importazzjonijiet minn pajjiż terz għajr il-pajjiż tal-oriġini tal-prodott tal-inbid.

    (29)

    Bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-partikolaritajiet ta' nbejjed speċifiċi, fosthom l-inbejjed likurużi u l-inbejjed imsaħħa għad-distillazzjoni, u l-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu tad-dokument VI-1 għall-konsenji ta' dawn l-inbejjed. Biex jonqos ix-xogħol tal-esportaturi u tal-awtoritajiet, id-dokument VI-1 ippreżentat jenħtieġ ikun biżżejjed biex jiċċertifika l-indikazzjoni ġeografika jew l-oriġini mid-dielja tal-alkoħol miżjud mal-inbejjed likuri jew mal-inbejjed imsaħħa għad-distillazzjoni, diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

    (30)

    Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-kummerċ mal-pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni bi klawżoli dwar koperazzjoni aktar mill-qrib għall-prevenzjoni tal-frodi, u li għandhom relazzjonijiet kummerċjali tajbin mal-Unjoni, jixraq li l-produtturi f'dawk il-pajjiżi jkunu awtorizzati joħorġu d-dokumenti VI-1 huma stess, u li dawn id-dokumenti jitqiesu bħala dokumenti maħruġa mill-korpi kompetenti tal-pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew minn korpi jew dipartimenti maħtura minn dawn il-pajjiżi, b'mod simili għal kif sar għall-inbejjed b'oriġini mill-Unjoni.

    (31)

    Filwaqt li jitqies l-iżvilupp tas-sistemi kompjuterizzati fis-settur tal-inbid, u biex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ tal-movimenti u l-kontrolli tal-prodotti tal-inbid, jixraq li jiġi awtorizzat ukoll l-użu ta' sistemi kompjuterizzati u ta' dokumenti elettroniċi li għandhom jinħarġu mill-korpi kompetenti tal-pajjiżi terzi jew direttament mill-operaturi f'pajjiżi terzi bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li l-użu tas-sistemi kompjuterizzati jkun soġġett għar-rispett ta' ċerti kundizzjonijiet u għar-rikonoxximent min-naħa tal-Unjoni li s-sistema tal-kontrolli stabbilita f'pajjiż terz toffri garanziji biżżejjed b'rabta man-natura, l-oriġini u t-traċċabbiltà tal-prodotti tal-inbid importati fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz. Għalhekk hemm bżonn li jiġu stabbiliti dawn il-kundizzjonijiet minimi. Biex jiġu ssimplifikati u aċċellerati l-proċeduri għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-estratti VI-2, jixraq li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jitħallew joħorġu dawn l-estratti b'sistemi kompjuterizzati, skont il-proċeduri li għandhom jistabbilixxu huma stess.

    (32)

    Skont l-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom xi prodotti tal-inbid għandhom iżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ fir-rigward ta' dawn il-prodotti. Iżda għal ċerti operaturi li l-ħażniet tagħhom jew il-bejgħ ma jaqbżux ċerti limiti jew li jbigħu biss fl-istabbilimenti tagħhom, iż-żamma tar-reġistru tfisser piż sproporzjonat. Għaldaqstant, dawn jenħtieġ ikunu eżentati minn dan l-obbligu. Għall-finijiet ta' trasparenza u kontroll, l-Istati Membri jenħtieġ iżommu lista tal-operaturi li huma obbligati jżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ. Minbarra dan, biex ikunu żgurati t-traċċabbiltà u l-monitoraġġ tal-moviment u ż-żamma tal-prodotti tal-inbid, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-bżonn ta' reġistru separat għal kull impriża, dettalji dwar kif għandu jinżamm, u l-operazzjonijiet li għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru.

    (33)

    Dan ir-Regolament jenħtieġ jipprovdi regoli komuni applikabbli għall-operaturi kollha. Bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-kontrolli, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jistabbilixxu regoli kumplimentari rigward id-dettalji tar-reġistrazzjoni dwar ċerti prodotti jew l-operazzjonijiet li għandhom jitniżżlu fir-reġistru, u jeżiġu li l-operaturi jinnotifikaw ċerti trattamenti li għandhom jitniżżlu fir-reġistru. Iżda billi dawn in-notifiki jistgħu joħolqu piż amministrattiv sproporzjonat għal ċerti operaturi, huwa ġġustifikat li ssir restrizzjoni fejn tidħol il-possibbiltà li l-Istati Membri jeżiġu dawn in-notifiki.

    (34)

    Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir tad-dejta tal-informazzjoni dwar is-suq għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tas-suq filwaqt li jiġi limitat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiżguraw li l-operaturi kkonċernati stabbiliti fl-Istati Membri li huma obbligati jżommu reġistru tal-vinji, iressqu d-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ħażniet tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri li mhumiex obbligati jżommu reġistru tal-vinji jenħtieġ ikunu jistgħu jitolbu dawn id-dikjarazzjonijiet. Biex tkun evitata d-duplikazzjoni tad-dejta, l-Istati Membri li jkunu implimentaw ir-reġistru tal-vinji li jiġbor informazzjoni aġġornata kull sena fuq iż-żona mħawla bid-dwieli għal kull vinikultur, jenħtieġ ikunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi mill-obbligu li jniżżlu ż-żona fid-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni.

    (35)

    Bil-għan li jitjiebu t-traċċabbiltà u l-ġestjoni tas-suq, l-Istati Membri jenħtieġ jitħallew jiġbru dejta kumplimentari dwar il-produzzjoni tal-għeneb u l-most maħsubin għall-inbid. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ jitħallew jitolbu dikjarazzjonijiet tal-ħsad.

    (36)

    Bil-għan li titjiebu t-traċċabbiltà u l-ġestjoni tas-suq, l-Istati Membri jeħtieġ jitħallew jiġbru dejta dwar l-operazzjonijiet li jistgħu jsiru bejn id-data proprja tal-ħsad u d-dati għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ħsad li jikkonċernaw it-trattament jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-għeneb miġbur, u l-most u l-meraq tal-għeneb li jsir minnu.

    (37)

    Għal raġunijiet ta' aktar trasparenza u ġestjoni mtejba tas-suq, jenħtieġ li r-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jwaqqfux lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni aktar komprensiva. Barra minn hekk, meta ma jkunx hemm produzzjoni jew ħażniet, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi milli jressqu dikjarazzjonijiet.

    (38)

    Għall-finijiet tal-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ jiġu stabbiliti regoli uniformi dwar il-kontrolli li għandhom isiru fir-rigward tas-suq intern. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli għall-monitoraġġ taż-żamma u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-inbid jingħataw l-istrumenti meħtieġa biex iwettqu kontrolli effettivi skont regoli uniformi applikabbli fl-Unjoni kollha fejn jidħlu l-potenzjal tal-produzzjoni, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament, iċ-ċertifikazzjoni u r-reġistru tad-dħul u l-ħruġ.

    (39)

    Biex tkun żgurata ħidma bla intoppi waqt il-kontrolli u t-teħid tal-kampjuni tal-għeneb u l-prodotti tal-inbid, jenħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet biex il-partijiet soġġetti għal kontrolli ma jitħallewx ifixklu dawk il-kontrolli, kif ukoll biex ikunu obbligati jiffaċilitaw it-teħid tal-kampjuni u jagħtu l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament.

    (40)

    Bil-ħsieb li l-Istati Membri jingħataw għodod effiċjenti biex jindirizzaw ir-riskju ta' manipulazzjoni frawdolenti tal-inbid, ġie stabbilit il-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika msemmi fl-Artikolu 89(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u hu mmexxi miċ-ċentru ta' referenza Ewropew għall-kontroll fis-settur tal-inbid stabbilit fi ħdan iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. L-użu ta' metodi ta' referenza tal-analiżi isotopika jiżgura kontrolli effettivi b'rabta mal-arrikkiment tal-prodotti tal-inbid jew mas-sejbien ta' ilma miżjud ma' dawn il-prodotti. Flimkien ma' tekniki analitiċi oħrajn, il-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika jgħin fil-verifika tal-konformità tal-prodotti tal-inbid mal-oriġini u l-varjetà ddikjarati. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-użu ta' metodi ta' referenza tal-analiżi isotopika u għaż-żamma u l-aġġornament tal-bank tad-dejta analitiku.

    (41)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-effikaċja tal-ħidma tal-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fis-settur tal-inbid. Għal dan il-għan, fl-Istati Membri b'diversi awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fis-settur tal-inbid, jenħtieġ li l-operazzjonijiet tal-kontrolli jiġu kkoordinati bejn l-awtoritajiet kompetenti, u jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru korp wieħed responsabbli biex iżomm kuntatt bejniethom u mal-Kummissjoni.

    (42)

    Biex jiġu ffaċilitati l-kontrolli dwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti jkollu setgħat adegwati tal-investigazzjoni ħalli jiżgura l-konformità mar-regoli.

    (43)

    Bil-ħsieb li jkunu żgurati t-traċċabbiltà tal-prodotti tal-inbid u l-konformità mar-regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid, jenħtieġ issir koordinazzjoni tal-kontrolli u jinżamm aċċess għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fis-settur tal-inbid. Biex dan l-approċċ koordinat jitħaddem bis-sħiħ, id-diversi awtoritajiet involuti fil-kontrolli tal-prodotti tal-inbid soġġetti għas-sisa jenħtieġ ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-movimenti ta' dawn il-prodotti li jsiru skont id-Direttiva 2008/118/KE u r-Regolament (KE) Nru 684/2009. Għal dan il-għan, jixraq li titqies is-sistema kompjuterizzata li tintuża għall-moviment u s-sorveljanza tal-prodotti soġġetti għas-sisa stabbilita mid-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew (13).

    (44)

    L-interdipendenza tas-swieq tas-settur tal-inbid u l-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jeħtieġu l-koperazzjoni mill-qrib fost id-diversi awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli. Għall-fini ta' kollaborazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regoli tas-settur tal-inbid, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jagħmlu kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor. Għal dan il-għan, jenħtieġ jiġu stabbiliti r-regoli li jirregolaw l-assistenza reċiproka meta tintalab. Bil-għan li tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni tan-nefqa b'rabta mat-teħid u d-dispaċċ tal-kampjuni, l-analiżi u l-ittestjar organolettiku u l-użu tas-servizzi ta' espert, jenħtieġ jiġi stabbilit il-prinċipju li din in-nefqa għandha tħallasha l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jordna t-teħid tal-kampjuni jew is-servizzi ta' espert.

    (45)

    Biex tiżdied l-effettività tal-assistenza reċiproka tal-awtoritajiet kompetenti, dan ir-Regolament jenħtieġ ikollu dispożizzjoni dwar il-forza konklussiva tas-sejbiet mill-kontrolli mwettqa skont dan ir-Regolament fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru fejn ikun sar il-kontroll.

    (46)

    Biex issir ġlieda effettiva kontra l-frodi, ħalli jkunu evitati riskji serji ta' frodi jew ħalli tittieħed l-azzjonijiet xierqa f'każijiet ta' suspetti jew meta jinstab nuqqas ta' konformità tal-prodotti tal-inbid mar-regoli tal-Unjoni, il-korpi ta' kollegament tal-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ ikunu jistgħu jinnotifikaw lil xulxin dwar dawn il-każijiet. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jużaw is-sistemi tal-informazzjoni disponibbli mill-Kummissjoni.

    (47)

    L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi penali amministrattivi f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità fejn jidħlu l-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u obbligi oħrajn li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni agrikola settorjali. Skont l-Artikolu 71(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom ikunu previsti penali amministrattivi b'rabta mat-tħawwil mhux awtorizzat. Biex ikun żgurat l-effett deterrenti, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jiggradwaw dawn il-penali skont il-valur kummerċjali tal-inbejjed prodotti fil-vinji kkonċernati. Il-valur minimu ta' dawn il-penali jenħtieġ jikkorrispondi għall-medja tal-introjtu annwali għal kull ettaru ta' żoni tal-vinji fil-livell tal-Unjoni, imkejla fil-marġini gross għal kull ettaru ta' żoni tal-vinji. Il-gradwazzjoni progressiva jenħtieġ tiġi stabbilita minn dan il-valur minimu, skont iż-żmien tan-nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw ukoll il-possibbiltà li japplikaw penali minimi ogħla għall-produtturi f'ċerta żona, meta l-valur minimu stabbilit fil-livell tal-Unjoni jkun inqas mill-introjtu annwali medju stmat għal kull ettaru taż-żona kkonċernata. Din iż-żieda fil-valur minimu tal-penali jenħtieġ tkun proporzjonali għad-dħul annwali medju stmat għal kull ettaru fiż-żona fejn tinsab iż-żona tal-vinji mhux awtorizzata.

    (48)

    Minħabba l-bżonn li tkun żgurata protezzjoni malajr u effikaċi lill-konsumaturi, hu essenzjali li tingħata l-possibbiltà li jiġi sospiż l-użu tad-dokumenti ta' akkumpanjament u l-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni minn operaturi misjuba jew issuspettati li mhumiex konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni jew il-ġarr tal-prodotti tal-inbid, jew l-użu tal-arranġamenti simplifikati jew tal-proċeduri elettroniċi għall-importazzjoni f'każ ta' frodi jew riskju għas-saħħa tal-konsumaturi.

    (49)

    Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u monitoraġġ xieraq tas-suq tal-inbid, jenħtieġ li jiġu previsti l-penali b'effett ta' deterrent li għandhom japplikaw l-Istati Membri skont il-gravità u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta' konformità, għal meta ma jiġux rispettati l-obbligi li jinżamm reġistru tad-dħul u l-ħruġ, li jitressqu d-dikjarazzjonijiet jew li jsiru n-notifiki.

    (50)

    Biex ikun żgurat it-trattament ġust tal-operaturi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal każijiet ta' żbalji ovvji u ċirkostanzi eċċezzjonali.

    (51)

    Skont l-Artikolu 223 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar in-notifiki li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, jixraq li jiġu stabbiliti n-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tingħata, u l-kundizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta' dik l-informazzjoni.

    (52)

    Biex jiġi ffaċilitat il-kontroll tad-dokumenti għall-importazzjoni tal-prodotti tal-inbid maħruġin mill-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni jenħtieġ tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti, il-korpi jew id-dipartimenti maħtura u l-produtturi tal-inbid awtorizzati notifikati mill-pajjiżi terzi sabiex jitfasslu dawn id-dokumenti. Bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-komunikazzjoni u t-talbiet ta' assistenza bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, min-naħa, u l-pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, il-korp ta' kollegament maħtur f'kull pajjiż terz li jkun f'kuntatt mal-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ ukoll li ssir pubbliku mill-Kummissjoni.

    (53)

    Biex tkun żgurata l-kwalità tal-prodotti tal-inbid, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-għasir żejjed tal-għeneb. Il-verifika tal-applikazzjoni korretta ta' dik il-projbizzjoni teħtieġ monitoraġġ adegwat tal-prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-inbid u l-użu aħħari tagħhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-persentaġġ minimu ta' alkoħol f'dawk il-prodotti sekondarji wara l-għasir tal-għeneb, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet għar-rimi obbligatorju tal-prodotti sekondarji miżmuma minn xi persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew minn gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, bis-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn il-kundizzjonijiet huma marbuta direttament mal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, u għalhekk jenħtieġ li jiġu elenkati flimkien mal-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni tal-inbid stipulati fir-Regolament (KE) Nru 606/2009. Għaldaqstant, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat kif meħtieġ.

    (54)

    Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jitħassru d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 li jinbidlu b'dan ir-Regolament u bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jitħassru wkoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

    Artikolu 1

    Is-suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jissupplimentaw r-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, fir-rigward ta':

    (a)

    l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli;

    (b)

    ir-reġistru tal-vinji;

    (c)

    dokumenti ta' akkumpanjament rikonoxxuti, iċ-ċertifikazzjoni u r-regoli għall-importazzjonijiet tal-nbid;

    (d)

    ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ;

    (e)

    id-dikjarazzjonijiet obbligatorji;

    (f)

    il-kontrolli u l-bank tad-dejta analitika tad-dejta isotopika;

    (g)

    l-awtoritajiet kompetenti u l-assistenza reċiproka bejniethom;

    (h)

    il-penali;

    (i)

    in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata.

    Artikolu 2

    Id-definizzjonijiet

    1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (a)

    “vinikultur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-impriża tagħhom tinsab fit-territorju tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea b'rabta mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li jkollhom żona mħawla bid-dwieli fejn il-prodott ta' din iż-żona jintuża għall-produzzjoni kummerċjali tal-prodotti tal-inbid, jew iż-żona tibbenefika mill-eżenzjonijiet għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet tat-tilqim kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament;

    (b)

    “prodotti tal-inbid” tfisser il-prodotti elenkati fil-Parti XII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għajr il-ħall tal-inbid li jaqa' fil-kodiċijiet NM 2209 00 11 u 2209 00 19;

    (c)

    “ħabel tal-vinji” tfisser żona agrikola kif definit fl-Artikolu 67(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li titħawwel bid-dwieli mmirati għall-produzzjoni kummerċjali tal-prodotti tal-inbid jew li jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet tat-tilqim kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament;

    (d)

    “żona tat-tkabbir tad-dwieli mitluqa” tfisser żona mħawla bid-dwieli li ma għadhiex soġġetta għall-kultivazzjoni regolari bil-ħsieb li tkabbar prodott kummerċjabbli għal aktar minn ħames snin tal-inbid, mingħajr preġudizzju għal każijiet speċifiċi definiti mill-Istati Membri, li l-qlugħ ta' dawn id-dwieli ma għadux jippermetti li l-produttur jerġa' jingħata awtorizzazzjoni tat-tħawwil mill-ġdid skont l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (e)

    “ħassad” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li jiġbru l-għeneb maħsud minn żona mħawla bid-dwieli ħalli dak l-għeneb jiġi kkummerċjalizzat għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid minn partijiet terzi, jew biex jiġi pproċessat fi prodotti tal-inbid fl-impriża tagħhom, jew minn ħaddieħor f'isimhom, għal finijiet kummerċjali;

    (f)

    “proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li huma jew ħaddieħor f'isimhom iwettqu l-ipproċessar tal-inbejjed li jwassal għal inbejjed, inbejjed likurużi, inbejjed frizzanti u semifrizzanti, inbejjed frizzanti u semifrizzanti bil-gass, inbejjed frizzanti ta' kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità;

    (g)

    “bejjiegħ bl-imnut” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-attività kummerċjali tagħhom tinkludi l-bejgħ dirett lill-konsumaturi tal-inbid u tal-most bi kwantitajiet żgħar, li għandhom jiġu ddefiniti minn kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tal-kummerċ u tad-distribuzzjoni, iżda minbarra l-persuni li jużaw kantini mgħammra għall-ħażna jew faċilitajiet għall-ibbottiljar tal-inbid bi kwantitajiet kbar, u dawk involuti f'negozju ambulanti tal-inbid trasportat bl-ingrossa;

    (h)

    “ibbottiljar” tfisser it-tiswir tal-inbid fi prodott finali għal finijiet kummerċjali f'kontenituri ta' kapaċità li ma taqbiżx is-60 litru;

    (i)

    “bottiljatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li jwettqu l-ibbottiljar tal-inbid jew li ħaddieħor iwettaq l-ibbottilljar f'isimhom;

    (j)

    “negozjant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, għajr il-konsumaturi privati u l-bejjiegħa bl-imnut, li għandhom ħażniet ta' prodotti tal-inbid b'finijiet kummerċjali jew li huma involuti fil-kummerċ tagħhom u aktarx jibbottiljawhom ukoll, ħlief distilleriji;

    (k)

    “sena tal-inbid” tfisser is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni għas-settur tal-inbid kif imsemmija fl-Artikolu 6(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    2.   Għall-finijiet tal-Kapitoli IV sa VIII ta' dan ir-Regolament, għajr l-Artikolu 47, kif ukoll tal-Kapitoli IV sa VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, “produttur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li għandhom għeneb frisk, most jew inbid ġdid li għadu qed jiffermenta fi nbid jew most għal finijiet kummerċjali, jew li ħaddieħor jipproċessahom f'isimhom.

    3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 10(1), “produttur żgħir” tfisser produttur li bħala medja jipproduċi inqas minn 1 000 hl ta' nbid f'kull sena tal-inbid, abbażi tal-produzzjoni medja annwali tul tal-anqas tliet snin tal-inbid konsekuttivi.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-definizzjoni ta' “produttur żgħir” ma tkunx tkopri lill-produtturi li jixtru l-għeneb frisk, il-most jew l-inbid ġdid għadu qed jiffermenta, biex jipproċessawhom fi nbid.

    KAPITOLU II

    L-ISKEMA TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAT-TĦAWWIL TAD-DWIELI

    Artikolu 3

    Iż-żoni eżentati mill-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli

    1.   L-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli stabbilita fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhiex tapplika għat-tħawwil jew għat-tħawwil mill-ġdid taż-żoni msemmija fl-Artikolu 62(4) ta' dak ir-Regolament li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

    2.   It-tħawwil jew it-tħawwil mill-ġdid taż-żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet tat-tilqim għandhom ikunu soġġetti għal notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti. In-notifika għandha tinkludi kull informazzjoni rilevanti fir-rigward ta' dawk iż-żoni u l-perjodu li matulu se jsir l-esperiment jew il-perjodu li matulu se tibda l-produzzjoni tal-mixtla tat-tilqim. Anki l-estensjonijiet ta' dawn il-perjodi għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti.

    Jekk ma jkunx jeżisti xi riskju ta' tfixkil tas-suq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li matul il-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-għeneb imkabbar f'dawk iż-żoni u l-prodotti tal-inbid miksuba minn dak l-għeneb jistgħu jiġu kkummerċjalizzati. Fi tmiem dawk il-perjodi, il-produttur għandu:

    (a)

    jikseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 64 jew 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għaż-żona kkonċernata, b'mod li l-għeneb imkabbar f'dik iż-żona u l-prodotti tal-inbid miksuba minn dak l-għeneb jistgħu jiġu kummerċjalizzati; jew

    (b)

    jaqla' d-dwieli minn din iż-żona u jġarrab l-ispejjeż hu skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    Kull żona maħsuba għall-esperimenti jew għall-mixtliet tat-tilqim li tħawlet qabel l-1 ta' Jannar 2016 wara l-għoti ta' drittijiet ġodda tat-tħawwil għandha tkompli tikkonforma wara dik id-data ma' kull kundizzjoni ddefinita għall-użu ta' dawn id-drittijiet sa tmiem il-perjodu tal-esperiment jew il-perjodu tal-produzzjoni tal-mixtliet tat-tilqim li għalih ikunu ngħataw. Malli jiskadu dawn il-perjodi, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi.

    3.   It-tħawwil jew it-tħawwil mill-ġdid taż-żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsuba biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-vinikultur għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)

    iż-żona ma taqbiżx iż-0,1 ettaru;

    (b)

    il-vinikultur ikkonċernat ma jkunx involut fil-produzzjoni kummerċjali tal-inbid jew fil-produzzjoni kummerċjali ta' prodotti oħrajn tal-inbid.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jqisu ċerti organizzazzjonijiet mingħajr attività kummerċjali bħala ekwivalenti għall-unità domestika tal-vinikultur.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tħawwil msemmi fl-ewwel subparagrafu jkun soġġett għal notifika.

    4.   Produttur li jkun tilef ċerta żona mħawla bid-dwieli minħabba xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali għandu jkun intitolat biex iħawwel żona ġdida diment li din iż-żona mħawla mill-ġdid ma tkunx taqbeż il-105 % mil-lat ta' għelejjel puri taż-żona mitlufa. Iż-żona mħawla mill-ġdid għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-vinji.

    5.   Il-qlugħ tad-dwieli miż-żoni li jibbenefikaw mill-eżenzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma għandux jagħti lok għal awtorizzazzjoni tat-tħawwil mill-ġdid skont l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata fil-każ ta' qlugħ tad-dwieli li jkun għadhom kif tħawlu skont l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

    Artikolu 4

    Il-kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet

    1.   Meta l-Istati Membri japplikaw il-kriterju tal-eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawn għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-kriterju oġġettiv u nondiskriminatorju addizzjonali li l-applikazzjoni ma għandhiex tkun ta' riskju sinifikanti ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti speċifiċi, li għandha tkun preżunta diment li l-awtoritajiet pubbliċi juru l-eżistenza ta' dan ir-riskju.

    Ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan il-kriterju addizzjonali huma stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness I.

    2.   Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw wieħed jew aktar mill-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1)(a) sa (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-kriterju addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fl-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli l-ġodda, dawn jistgħu japplikaw dawn il-kriterji fil-livell nazzjonali jew f'livell territorjali.

    3.   Jekk l-Istati Membri japplikaw wieħed jew aktar mill-kriterji ta' prijorità stabbiliti fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawn għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet A sa H tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-kriterju oġġettiv u nondiskriminatorju addizzjonali tal-imġiba preċedenti tal-produttur u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet sekwestrati f'każ ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità. Ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji addizzjonali huma stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness II.

    4.   Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw waħda jew aktar mill-kriterji ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 64(2)(a) sa (h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-kriterju addizzjonali previst fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fl-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli l-ġodda, dawn jistgħu japplikaw dawn il-kriterji b'mod uniformi fil-livell nazzjonali jew bi gradi differenti ta' importanza fi nħawi differenti tal-Istati Membri.

    5.   L-użu ta' wieħed jew aktar mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bħala kriterji tal-eliġibbiltà f'wieħed mil-livelli ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 63(2) għandu jitqies ġustifikat debitament għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 64 ta' dak ir-Regolament jekk l-użu jkollu l-għan li jindirizza problema speċifika li taffettwa s-settur tat-tkabbir tad-dwieli f'dak il-livell ġeografiku speċifiku li jista' jiġi indirizzat biss b'din ir-restrizzjoni.

    6.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fl-Annessi I u II fir-rigward ta' ċerti kriterji tal-eliġibbiltà u ta' prijorità speċifiċi, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri addizzjonali meta meħtieġ biex jevitaw li l-applikanti tal-awtorizzazzjonijiet iduru mal-kriterji tal-eliġibbiltà u ta' prijorità inklużi f'dawk l-Annessi.

    Artikolu 5

    Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid antiċipat

    L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-awtorizzazzjoni lill-produtturi involuti fil-qlugħ tad-dwieli miż-żona mħawla bid-dwieli skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, soġġett għall-ħtieġa li tiġi ddepożitata garanzija.

    Fi kwalunkwe każ, jekk il-qlugħ tad-dwieli ma jsirx mill-produtturi sa tmiem ir-raba' sena mid-data meta jkunu tħawlu d-dwieli l-ġodda, għandu japplika l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward taż-żona mwiegħda li ma jkunux inqalgħulha d-dwieli.

    Artikolu 6

    Restrizzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid

    L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-tħawwil mill-ġdid abbażi tal-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta ż-żona speċifika li għandha titħawwel mill-ġdid tkun tinsab fiż-żona li għaliha jkun limitat il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ġdid skont l-Artikolu 63(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u diment li d-deċiżjoni tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jkun evitat riskju muri sew ta' żvalutar sinifikanti ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta.

    Ir-riskju ta' żvalutar sinifikanti msemmi fl-ewwel paragrafu ma jkunx jeżisti jekk:

    (a)

    iż-żona speċifika li għandha titħawwel mill-ġdid tkun tinsab fl-istess żona tad-DOP jew tal-IĠP bħaż-żona li jkunu nqalgħulha d-dwieli, u t-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli jkun konformi mal-istess speċifikazzjoni tad-DOP jew tal-IĠP bħaż-żona li jkunu nqalgħulha d-dwieli;

    (b)

    it-tħawwil mill-ġdid ikun immirat għall-produzzjoni tal-inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika diment li l-applikant jintrabat bl-istess impenji bħal dawk stabbiliti fil-punt (2) tat-Taqsimiet A u B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-tħawwil ġdid.

    KAPITOLU III

    IR-REĠISTRU TAL-VINJI

    Artikolu 7

    L-informazzjoni minima fir-reġistru tal-vinji

    1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fl-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, l-informazzjoni aġġornata fir-reġistru tal-vinji għandha tal-inqas tinkludi d-dettalji u l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Annessi III u IV ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull vitikultur.

    2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 145(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri li ma jimplimentawx l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli iżda li jimplementaw programmi nazzjonali ta' appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, l-informazzjoni aġġornata fir-reġistru tal-vinji għandu tal-inqas jinkludi d-dettalji u l-ispeċifikazzjonijiet simplifikati stipulati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    KAPITOLU IV

    ID-DOKUMENTI TA' AKKUMPANJAMENT U R-REGOLI DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET TAL-PRODOTTI TAL-INBID

    TAQSIMA I

    ID-DOKUMENTI TA' AKKUMPANJAMENT GĦALL-MONITORAĠĠ U Ċ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI TAL-INBID

    Artikolu 8

    Ir-regoli ġenerali

    1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kull operazzjoni tal-ġarr tal-prodotti tal-inbid li jagħmlu l-vinikultur, il-ħassada, il-produtturi, il-proċessuri, il-bottiljaturi jew in-negozjanti, jew mingħandhom għal għand il-bejjiegħa bl-imnut, għandha tkun koperta b'dokument ta' akkumpanjament.

    L-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu jistgħu jressqu dokument ta' akkumpanjament lill-awtoritajiet kompetenti waqt l-operazzjoni tal-ġarr.

    2.   Id-dokument ta' akkumpanjament jista' jintuża biss għal konsenja waħda.

    3.   L-Istati Membri għandhom ifasslu l-lista tal-operaturi msemmija f'dan l-Artikolu u jżommuha aġġornata. Meta din il-lista jew ir-reġistru jkunu diġà jeżistu għal finijiet oħrajn, dawn jistgħu jintużaw ukoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Eżenzjonijiet

    1.   B'deroga mill- Artikolu 8 , ma għandu jkun meħtieġ l-ebda dokument anċillari f'dawn il-każijiet:

    (a)

    għall-prodotti tal-inbid trasportati mill-vinja lejn il-bini tal-produzzjoni tal-inbid, bejn iż-żewġ stabbilimenti tal-istess impriża jew bejn stabbilimenti li jappartjenu għal grupp tal-produtturi, tal-istess sid, diment li l-ġarr isir għall-finijiet tal-produzzjoni tal-inbid, l-ipproċessar, il-ħżin jew l-ibbottiljar, id-distanza sħiħa tat-triq ma taqbiżx is-70 km u t-trasport isir esklussivament fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati;

    (b)

    għall-karfa tal-għeneb u l-fond tal-inbid:

    (i)

    trasportati lejn distillerija jew impjant tal-produzzjoni tal-ħall, meta l-prodott ikun akkumpanjat b'nota tad-distribuzzjoni tal-produttur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jibda l-ġarr, jew

    (ii)

    meta l-ġarr isir għall-għan tal-irtirar tal-prodott mill-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, jew kwalunkwe pproċessar ieħor tal-għeneb, bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, kif previst fl-Artikoli 14(1)(b)(vii) u 18(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274;

    (c)

    għall-meraq tal-għeneb u l-most li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 2009 61 u 2009 69 imwassla lil operaturi mhux involuti fil-produzzjoni tal-inbid, meta l-prodott ikun akkumpanjat minn dokument kummerċjali;

    (d)

    għall-prodotti tal-inbid imkabbra u trasportati esklussivament fit-territorju tal-Istati Membri li mhumiex soġġetti għall-obbligu li jżommu reġistru tal-vinji b'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (e)

    għal dawn il-każijiet ta' prodotti tal-inbid trasportati esklussivament fit-territorju ta' Stat Membru f'kontenituri ta' volum nominali sa 60 litru:

    (i)

    il-prodotti tal-inbid f'kontenituri tikkettati ta' volum nominali ta' 10 litri jew inqas, magħluqa b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, meta l-kwantità kollha trasportata ma taqbiżx:

    il-5 litri jew il-5 kilogrammi fil-każ tal-most tal-għeneb ikkonċentrat, rettifikat jew le;

    il-100 litru għall-prodotti l-oħra kollha;

    (ii)

    l-inbejjed jew il-meraq tal-għeneb maħsuba għal rappreżentanzi diplomatiċi, konsulati u stabbilimenti simili, fil-limiti tal-għotjiet konferiti lilhom;

    (iii)

    l-inbejjed jew il-meraq tal-għeneb:

    fil-beni ta' individwi li jkunu qed iġorru d-dar u li ma jkunux maħsuba għall-bejgħ;

    abbord bastimenti, inġenji tal-ajru jew ferroviji biex jiġu kkonsmati fihom;

    (iv)

    inbid, inbid iffermentat parzjalment, most tal-għeneb iffermentat parzjalment u most tal-għeneb trasportati minn individwi privati u maħsuba għall-konsum personali tad-destinatarju tal-konsenja jew tal-familja tiegħu, meta l-kwantità trasportata ma taqbiżx it-30 litru;

    (v)

    kull prodott maħsub għall-esperimenti xjentifiċi jew tekniċi, meta l-kwantità kollha trasportata ma taqbiżx l-ettolitru;

    (vi)

    kampjuni kummerċjali;

    (vii)

    il-kampjuni għal awtorità kompetenti jew laboratorju deżinjat.

    2.   Meta dokument ta' akkumpanjament ma jkunx meħtieġ, il-konsenjaturi għandhom ikunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jagħtu prova tal-preċiżjoni tal-informazzjoni kollha rreġistrata fir-reġistru tagħhom tad-dħul u l-ħruġ previst fil-Kapitolu V jew f'reġistri oħra meħtieġa mill-Istat Membru fejn tibda l-operazzjoni tal-ġarr.

    Artikolu 10

    Id-dokumenti ta' akkumpanjament rikonoxxuti

    1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu dawn id-dokumenti bħala dokumenti ta' akkumpanjament, diment li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 u fl-Anness V:

    (a)

    għall-prodotti tal-inbid trasportati fi ħdan Stat Membru jew minn Stat Membru għal ieħor, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) ta' dan is-subparagrafu:

    (i)

    wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 21(6) jew fl-Artikolu 26(1)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE għall-prodotti trasportati bl-arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju fi ħdan l-Unjoni, diment li dan ikun jindika b'mod mill-aktar ċar il-kodiċi ta' referenza amministrattiva unika msemmi fl-Artikolu 21(3) ta' dik id-Direttiva (“in-numru ARC”), hu mfassal b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (14) u, jekk jintuża d-dokument imsemmi fl-Artikolu 26(1)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE, il-konsenjatur ikun konformi ma' dak il-paragrafu 1;

    (ii)

    għall-prodotti soġġetti għas-sisa li jiġu trasportati fl-Unjoni, wara li jkunu ġew rilaxxati għall-konsum fl-Istat Membru minn fejn tkun bdiet l-operazzjoni tal-ġarr, id-dokument ta' akkumpanjament simplifikat imsemmi fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2008/118/KE, imfassal u użat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 (15);

    (iii)

    għall-prodotti tal-inbid soġġetti għas-sisa trasportati minn produtturi żgħar, skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2008/118/KE, u għall-prodotti tal-inbid li mhumiex soġġetti għas-sisa, wieħed minn dawn id-dokumenti mfassla bil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru tad-dispaċċ:

    meta l-Istat Membru juża sistema tal-informazzjoni, verżjoni stampata tad-dokument amministrattiv elettroniku stabbilit, jew xi dokument kummerċjali ieħor li jiddikjara b'mod mill-aktar ċar il-kodiċi ta' referenza amministrattiva speċifika (“il-kodiċi MVV”) mogħtija minn dik is-sistema lid-dokument amministrattiv elettroniku, diment li dak id-dokument ikun stabbilit b'konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli;

    meta l-Istat Membru ma jużax sistema tal-informazzjoni, dokument amministrattiv jew dokument kummerċjali, bil-kodiċi MMV mogħti mill-awtorità kompetenti, diment li d-dokument u l-kopja tiegħu jkunu ġew ivvalidati b'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

    (b)

    għall-prodotti tal-inbid trasportati lejn pajjiż terz jew lejn territorju msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2008/118/KE, wieħed mid-dokumenti msemmija fil-punt (a)(i) jew (iii).

    Id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jintużaw biss sal-31 ta' Diċembru 2020.

    2.   Id-dokumenti ta' akkumpanjament imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima A tal-Anness V, jew jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw din l-informazzjoni.

    Meta dawn id-dokumenti jkollhom numru ARC mogħti mis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2008/118/KE, jew kodiċi MMV mogħti mis-sistema tal-informazzjoni stabbilita mill-Istat Membru tad-dispaċċ kif imsemmija fl-ewwel inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima A tal-Anness V ta' dan ir-Regolament għandha tiġi inkluża fis-sistema użata.

    3.   Id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-kopja tagħhom għandhom jiġu vvalidati qabel id-dispaċċ permezz ta':

    (a)

    id-data, il-firma ta' uffiċjal tal-awtorità kompetenti, u t-timbru ta' dak l-uffiċjal; jew

    (b)

    id-data, il-firma tal-konsenjatur, u skont il-każ:

    (i)

    timbru speċjali mill-konsenjatur skont il-mudell imsemmi fit-Taqsima C tal-Anness V;

    (ii)

    timbru mill-konsenjatur kif preskritt mill-awtoritajiet kompetenti, jew

    (iii)

    marka mill-konsenjatur b'magna tat-timbrar kif approvata mill-awtoritajiet kompetenti.

    It-timbru speċjali jew it-timbru preskritt imsemmijin fil-punt (b) jistgħu jiġu stampati minn qabel fuq il-formoli, meta l-istampar ikun fdat f'idejn apparat awtorizzat għal dan il-għan.

    4.   Fil-każ ta' prodotti tal-inbid importati minn pajjiż terz, id-dokumenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jagħmel referenza għaċ-ċertifikat imfassal fil-pajjiż tal-oriġini skont l-Artikolu 20.

    5.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu dokumenti oħra bħala dokumenti ta' akkumpanjament, inkluż dokumenti maħruġin bi proċedura kompjuterizzata maħsuba biex tissimplifika l-proċedura fejn jidħol il-ġarr tal-prodotti tal-inbid li jsir esklussivament fit-territorju tagħhom u meta jiġu esportati direttament mit-territorju tagħhom.

    Artikolu 11

    Iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini jew il-provenjenza, il-karatteristiċi, is-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew il-varjetà tal-għeneb u d-DOP jew l-IĠP tal-inbid

    1.   Id-dokumenti msemmija fil-punt (a)(i) u (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) għandhom jitqiesu li jiċċertifikaw l-oriġini jew il-provenjenza, il-karatteristiċi tal-prodott tal-inbid, is-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew il-varjetà(jiet) tal-għeneb li minnhom jiġi prodott u, meta applikabbli, id-DOP jew l-IĠP. Għal dan il-għan, il-konsenjatur jew il-persuna awtorizzata li taġixxi f'isem il-konsenjatur għandhom jimlew il-kaxxa 17 l ta' dawk id-dokumenti, bl-informazzjoni rilevanti stabbilita fil-Parti I tal-Anness VI.

    2.   Il-konsenjatur għandu jiċċertifika l-preċiżjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 abbażi tar-reġistru tad-dħul u l-ħruġ li għandu jinżamm skont il-Kapitolu V, jew l-informazzjoni ċċertifikata fid-dokumenti ta' akkumpanjament tal-konsenji preċedenti tal-prodott inkwistjoni, u l-kontrolli uffiċjali tal-konformità li jagħmlu l-awtoritajiet kompetenti skont il-Kapitolu VII.

    3.   Meta l-Istati Membri, fir-rigward tal-prodotti tal-inbid magħmulin fit-territorju tagħhom, jeżiġu ċertifikat tad-DOP jew tal-IĠP li jitfassal minn korp tal-kontroll maħtur għal dan il-għan, id-dokument ta' akkumpanjament għandu jagħmel referenza għal dak iċ-ċertifikat, l-isem, u meta applikabbli, l-email tal-korp tal-kontroll.

    Artikolu 12

    Iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-inbid esportati

    1.   Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni jeżiġu ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11 għall-prodotti tal-inbid trasportati lejn dak il-pajjiż terz, dik iċ-ċertifikazzjoni għandu jkollha waħda minn dawn l-għamliet:

    (a)

    id-dokument amministrattiv elettroniku jew xi dokument kummerċjali ieħor użat b'konformità mal-Artikolu 21(6) tad-Direttiva 2008/118/KE jew dokument kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a)(iii) ta' dan ir-Regolament, diment li l-konsenjatur jew il-persuna awtorizzata taġixxi f'isem il-konsenjatur jindikaw l-informazzjoni rilevanti kif stabbilit fil-Parti I tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament;

    (b)

    ċertifikat speċifiku għall-esportazzjoni mfassal abbażi tal-mudell previst u r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

    2.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jitqies awtentiku meta dan jiġi vvalidat, bid-data u l-firma tal-konsenjatur jew tal-persuna awtorizzata li taġixxi f'isem il-konsenjatur, u meta n-numru ARC jew il-kodiċi MMV mogħti mill-awtorità kompetenti lid-dokument ta' akkumpanjament ikunu ġew indikati mill-konsenjatur fuq iċ-ċertifikat bħala referenza amministrattiva.

    3.   L-Artikolu 11(2) u (3) għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 13

    Id-dokumenti użati bħala prova tal-esportazzjoni

    1.   Meta l-prodotti tal-inbid jiċċirkolaw bil-kopertura ta' wieħed mid-dokumenti msemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), il-prova tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha ssir bir-rapport tal-esportazzjoni msemmi fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/118/KE, imfassal mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 334 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (16).

    2.   Meta l-prodotti tal-inbid jiċċirkolaw bil-kopertura ta' wieħed mid-dokumenti msemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), il-prova tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun stabbilita skont l-Artikolu 334 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. F'dan il-każ, il-konsenjatur jew il-persuna awtorizzata li taġixxi f'isem il-konsenjatur għandhom jirreġistraw ir-referenza tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 331 ta' dak ir-Regolament u maħruġ mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni fuq id-dokument ta' akkumpanjament, permezz ta' waħda mill-indikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima D tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.

    3.   Il-prodotti tal-inbid li jiġu esportati temporanjament bl-arranġamenti tal-ħruġ previsti fl-Artikolu 210(d) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 skont il-Kapitoli I u V tat-Titolu VII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (17) u l-Kapitolu I tat-Titolu VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 lejn wieħed mill-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA) biex jgħaddu minn operazzjonijiet tal-ħżin, tal-maturazzjoni u/jew tal-imballaġġ, għandu jkollhom magħhom id-dokument ta' akkumpanjament flimkien mal-folja tal-informazzjoni stabbilita bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Koperazzjoni Doganali tat-3 ta' Diċembru 1963. Fil-kaxex riżervati għad-deskrizzjoni tal-prodott, din il-folja għandha tagħti d-deskrizzjoni b'konformità mar-regoli tal-Unjoni u mar-regoli nazzjonali, kif ukoll il-kwantitajiet tal-inbid trasportat.

    Dik l-informazzjoni għandha tittieħed mill-oriġinal tad-dokument ta' akkumpanjament li l-inbid ġie trasportat bil-kopertura tiegħu lejn l-uffiċċju doganali fejn tinħareġ il-folja tal-informazzjoni. It-tip, id-data u n-numru tad-dokument ta' akkumpanjament preċedenti tal-konsenja għandhom jidhru fuq il-folja tal-informazzjoni.

    Meta l-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu qed jerġgħu jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-folja tal-informazzjoni għandha timtela kif suppost mill-uffiċċju doganali kompetenti tal-EFTA. Dak id-dokument għandu jitqies ekwivalenti għad-dokument ta' akkumpanjament fil-ġarr sal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fl-Unjoni jew sal-uffiċċju doganali tar-rilaxx għall-konsum, diment li fil-kaxxa riżervata għad-deskrizzjoni tal-prodotti, dan id-dokument ikollha l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

    L-uffiċċju doganali rilevanti fl-Unjoni għandu jittimbra l-kopja jew il-fotokopja tad-dokument mogħti mid-destinatarju tal-konsenja jew mir-rappreżentant tiegħu, u jagħtihulu lura għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 14

    Il-ġarr tal-prodotti tal-inbid mhux ippakkjati

    1.   Meta s-sistema kompjuterizzata jew is-sistema tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) jew fl-Artikolu 10(5) ma jintużawx, jew meta din is-sistema ma tippermettix li l-awtorità kompetenti fil-post tal-ħatt tkun infurmata, il-konsenjatur tal-prodotti tal-inbid mhux ippakkjati għandu jibgħat kopja tad-dokument ta' akkumpanjament, sa mhux aktar tard minn qabel it-tluq tal-ġarr, lill-awtorità kompetenti fit-territorju tal-post tat-tagħbija, fir-rigward ta' dawn il-prodotti:

    (a)

    għall-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni, bi kwantità ta' iżjed minn 60 litru:

    (i)

    l-inbid maħsub għall-ipproċessar fi nbejjed b'DOP jew b'IĠP, jew inbid ta' varjetà(jiet) jew ta' sena partikolari, jew maħsub għall-ippakkjar biex jiġi kkummerċjalizzat b'dan il-mod;

    (ii)

    il-most tal-għeneb iffermentat parzjalment;

    (iii)

    il-most tal-għeneb ikkonċentrat, rettifikat jew le;

    (iv)

    il-most tal-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda tal-alkoħol;

    (v)

    il-meraq tal-għeneb;

    (vi)

    il-meraq tal-għeneb ikkonċentrat;

    (b)

    għall-prodotti li ma joriġinawx mill-Unjoni, bi kwantità ta' iżjed minn 60 litru:

    (i)

    l-għeneb frisk, minbarra l-għeneb tal-ikel;

    (ii)

    il-most tal-għeneb;

    (iii)

    il-most tal-għeneb ikkonċentrat, rettifikat jew le;

    (iv)

    il-most tal-għeneb iffermentat parzjalment;

    (v)

    il-most tal-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda tal-alkoħol;

    (vi)

    il-meraq tal-għeneb;

    (vii)

    il-meraq tal-għeneb ikkonċentrat;

    (viii)

    l-inbid likur għall-preparazzjoni tal-prodotti li ma jaqgħux fil-kodiċi NM 2204;

    (c)

    għall-prodotti, irrispettivament mill-oriġini tagħhom u mill-kwantità trasportata, mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9:

    (i)

    il-fond tal-inbid;

    (ii)

    il-karfa tal-għeneb maħsuba għad-distillazzjoni jew għal forma oħra ta' pproċessar industrijali;

    (iii)

    il-piquette;

    (iv)

    l-inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni;

    (v)

    l-inbid mill-għeneb ta' varjetajiet mhux imniżżla bħala varjetajiet tal-għeneb tal-inbid fil-klassifika stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-unità amministrattiva fejn ikunu nħasdu;

    (vi)

    il-prodotti li ma jistgħux jiġu offruti jew fornuti għall-konsum dirett tal-bniedem.

    Meta jibda l-ġarr, l-awtorità kompetenti tal-post tat-tagħbija għandha tinforma b'dan lill-awtorità kompetenti tal-post tal-ħatt.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw perjodi differenti biex tintbagħat il-kopja tad-dokument ta' akkumpanjament fir-rigward tal-konsenji tal-prodotti tal-inbid li jiġu trasportati esklussivament fit-territorju tagħhom.

    Artikolu 15

    Il-ġarr tal-prodotti tal-pajjiżi terzi jew ta' prodotti tal-Unjoni li inizjalment kienu esportati lejn pajjiż terz

    1.   Għall-ġarr fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni ta' konsenji ta' prodotti tal-pajjiżi terzi rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera, id-dokument ta' akkumpanjament għandu jkun ibbażat fuq id-dokument VI-1 imsemmi fl-Artikolu 20 jew fuq dokument ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 26 jew 27, u għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja, jew jippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw din l-informazzjoni:

    (a)

    in-numru tad-dokument VI-1 jew ir-referenza għal wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikoli 26 u 27;

    (b)

    l-isem u l-indirizz tal-korp tal-pajjiż terz li lesta d-dokument imsemmi fil-punt (a) jew li jkun awtorizza l-konklużjoni tiegħu minn xi produttur;

    (c)

    id-data meta d-dokument imsemmi fil-punt (a) ikun ġie konkluż.

    L-operatur għandu jkun jista' jippreżenta d-dokument VI-1, dokument ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 26 jew 27 jew l-estratt VI-2 imsemmi fl-Artikolu 22 kull meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

    2.   Għall-ġarr fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni ta' konsenja tal-prodotti tal-inbid li toriġina mill-Unjoni, li inizjalment kienet esportata lejn pajjiż terz jew lejn territorju msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2008/118/KE, id-dokument ta' akkumpanjament għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja, jew jippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw din l-informazzjoni:

    (a)

    ir-referenza għad-dokument ta' akkumpanjament imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament, stabbilita għad-dispaċċ inizjali, jew

    (b)

    ir-referenzi għal dokumenti ta' sostenn oħrajn imfassla mill-importatur biex juru l-oriġini tal-prodott u meqjusa sodisfaċenti mill-awtorità kompetenti waqt ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

    3.   Meta jintużaw is-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2008/118/KE jew is-sistema tal-informazzjoni stabbilita mill-Istat Membru tad-dispaċċ, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiddaħħal fis-sistema użata.

    Artikolu 16

    Rifjut mid-destinatarju tal-konsenja

    Meta parti mill-prodott jew il-prodott kollu li jinġarr bil-kopertura ta' dokument ta' akkumpanjament jiġi rrifjutat mid-destinatarju tal-konsenja, dan tal-aħħar għandu jikteb il-frażi “refused by the consignee” (il-konsenja hija rrifjutata mid-destinatarju) fuq in-naħa ta' wara tad-dokument, flimkien mad-data u l-firma tad-destinatarju tal-konsenja, u fejn xieraq, indikazzjoni tal-kwantità rrifjutata f'litri jew f'kilogrammi.

    F'dan il-każ, il-prodott jista' jintbagħat lura lill-konsenjatur bil-kopertura tal-istess dokument ta' akkumpanjament, jew jista' jinżamm fl-istabbiliment tat-trasportatur sakemm jimtela dokument ta' akkumpanjament ġdid għall-ġarr lura tal-prodott.

    Artikolu 17

    Validazzjoni tad-dokument ta' akkumpanjament fil-każ ta' ksur serju jew nuqqas ta' konformità

    1.   Meta awtorità kompetenti ssib, jew ikollha raġuni valida biex tissuspetta, li konsenjatur qed iġorr jew ġarr prodott tal-inbid li mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dawn, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tiegħu jew tal-kompożizzjoni tiegħu jew prodott tal-inbid li fir-rigward tiegħu jkun sar ksur serju relatat mad-dokumenti ta' akkumpanjament, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-konsenjatur biex jimla dokument ġdid ta' akkumpanjament għal dak il-prodott tal-inbid u jiġi validat mill-awtorità kompetenti.

    Meta tingħata, il-validazzjoni tista' tintrabat mal-kundizzjonijiet tal-użu futur tal-prodott jew projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Din għandha ssir bit-timbru, il-firma tal-uffiċjal tal-awtorità kompetenti u d-data.

    2.   L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-awtorità kompetenti responsabbli fit-territorju tal-post tat-tagħbija. Fil-każ tal-ġarr fl-Unjoni, għandhom japplikaw l-assistenza reċiproka jew in-notifika ta' suspett ta' nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 43 u 45.

    Artikolu 18

    Il-miżuri f'każ ta' ksur relatat mad-dokumenti ta' akkumpanjament għajr il-ksur serju

    1.   Meta awtorità kompetenti ssib li konsenja li teħtieġ dokument ta' akkumpanjament tkun qed tinġarr mingħajr dan id-dokument jew bil-koperta ta' dokument li jkun fih dettalji żbaljati jew mhux kompluti, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirregolarizza dan il-ġarr billi jissewwew l-iżbalji materjali jew billi jimtela dokument ġdid.

    L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittimbra d-dokumenti korreġuti jew mimlija permezz ta' dik id-dispożizzjoni. Ir-regolarizzazzjoni ta' irregolaritajiet ma għandhiex tittardja l-operazzjoni tal-ġarr ikkonċernata aktar minn dak li hu strettament meħtieġ.

    F'każ ta' irregolaritajiet ripetuti mill-istess konsenjatur, l-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tinforma lill-awtorità kompetenti responsabbli fit-territorju tal-post tat-tagħbija. Fil-każ tal-ġarr fl-Unjoni, għandhom japplikaw l-assistenza reċiproka jew in-notifika ta' suspett ta' nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 43 u 45.

    2.   Meta jkun impossibbli li l-operazzjoni tal-ġarr tiġi rregolata skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità msemmija f'dak is-subparagrafu għandha twaqqaf il-ġarr. Għandha tinforma lill-konsenjatur li l-ġarr qed jitwaqqaf u bil-miżuri li ttieħdu minħabba f'hekk. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

    Artikolu 19

    Il-forza maġġuri jew inċidenti mhux previsti

    Jekk waqt il-ġarr, minħabba forza maġġuri jew minħabba xi inċident mhux previst, konsenja li tkun teħtieġ dokument ta' akkumpanjament ikollha tinqasam jew tintilef parzjalment jew kollha kemm hi, it-trasportatur għandu jitlob lill-eqreb awtorità kompetenti tal-post tal-inċident jew tal-forza maġġuri biex tiddikjara l-fatti u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirregolarizza l-operazzjoni tal-ġarr ikkonċernata.

    TAQSIMA II

    ID-DOKUMENT TA' AKKUMPANJAMENT GĦAR-RILAXX TAL-PRODOTTI TAL-INBID IMPORTATI FIĊ-ĊIRKOLAZZJONI LIBERA

    Artikolu 20

    Iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-inbid importati

    1.   Id-dokument ta' akkumpanjament għall-importazzjoni tal-prodotti tal-inbid għandu jinkludi ċ-ċertifikat u r-rapport ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 90(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, u għandu jikkostitwixxi dokument uniku, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “id-dokument VI-1”. Madankollu, it-taqsima tar-rapport ta' analiżi fid-dokument VI-1 ma jeħtieġx timtela meta l-prodotti ma jkunux maħsuba għall-konsum dirett tal-bniedem.

    Il-korpi kompetenti jew il-korpi u d-dipartimenti maħtura msemmija fl-Artikolu 90(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 51(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

    2.   Id-dokument VI-1 għandu jitfassal u jintuża skont l-Artikoli 22 sa 25, u għandu jitqies li jiċċertifika li l-prodott importat:

    (a)

    għandu l-karatteristiċi ta' prodott tal-inbid skont il-liġi tal-Unjoni jew b'konformità ma' ftehim bilaterali fis-seħħ bejn l-Unjoni u pajjiż terz;

    (b)

    sar mill-għeneb ta' sena tal-qtugħ tal-għeneb partikolari jew sar minn varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid deżinjati;

    (c)

    meta applikabbli, hu konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika b'konformità mal-Ftehim dwar Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (it-TRIPS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) jew mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jew ma' xi ftehim dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz imnejn joriġina l-inbid.

    Artikolu 21

    Eżenzjonijiet

    B'deroga mill-Artikolu 90(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom japplikaw dawn l-eżenzjonijiet:

    (a)

    mhu meħtieġ jiġi ppreżentat l-ebda dokument VI-1 għal:

    (i)

    il-prodotti f'kontenituri tikkettati ta' volum nominali sa 10 litri, magħluqa b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, meta l-kwantità kollha trasportata, anki jekk tkun f'konsenji separati, ma taqbiżx il-100 litru;

    (ii)

    l-inbid u l-meraq tal-għeneb li jifforma parti mill-proprjetà personali ta' individwi privati li jibdlu l-post tar-residenza normali tagħhom minn pajjiż terz lejn l-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009;

    (iii)

    l-inbid mibgħut f'konsenji minn individwu privat wieħed lil individwu privat ieħor, skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 sa massimu ta' 30 litru għal kull konsenja;

    (iv)

    l-inbid, il-most tal-għeneb u l-meraq tal-għeneb li jkun hemm fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi skont it-tifsira tal-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 sa massimu ta' 30 litru għal kull vjaġġatur;

    (v)

    l-inbid u l-meraq tal-għeneb għall-fieri kummerċjali kif definit fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, diment li l-prodotti kkonċernati jitqiegħdu f'kontenituri tikkettati ta' mhux aktar minn żewġ litri, magħluqin b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw;

    (vi)

    il-kwantitajiet tal-inbid, il-most tal-għeneb u l-meraq tal-għeneb f'kontenituri oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (v), importati għall-finijiet ta' esperimenti xjentifiċi u tekniċi sa massimu ta' 100 litru;

    (vii)

    l-inbejjed u l-meraq tal-għeneb importati skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-relazzjonijiet diplomatiċi tat-18 ta' April 1961, il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-relazzjonijiet konsulari tal-24 ta' April 1963 jew konvenzjonijiet konsulari oħra, jew il-Konvenzjoni ta' New York tas-16 ta' Diċembru 1969 dwar il-missjonijiet speċjali;

    (viii)

    l-inbejjed u l-meraq tal-għeneb miżmuma fi mħażen abbord bastimenti u inġenji tal-ajru li joperaw għall-ġarr internazzjonali;

    (ix)

    l-inbejjed u l-meraq tal-għeneb li joriġinaw mill-Unjoni u li jiġu bbottiljati fl-Unjoni, esportati lejn pajjiż terz u mibgħuta lura fit-territorju doganali tal-Unjoni u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera;

    (b)

    fil-każ tal-inbid imqiegħed f'kontenituri tikkettati li ma jesgħux aktar minn 60 litru, magħluqin b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, u diment li l-inbid ikun joriġina minn pajjiż li offra garanziji speċjali aċċettati mill-Unjoni kif elenkat fit-Taqsima A tal-Parti IV tal-Anness VII, it-taqsima tar-rapport ta' analiżi tad-dokument VI-1 jeħtieġ timtela biss fir-rigward ta':

    (i)

    il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum;

    (ii)

    l-aċidità totali;

    (iii)

    il-kontenut totali tad-diossidu tal-kubrit.

    Artikolu 22

    Ir-regoli għat-tfassil tad-dokument VI-1 u tal-estratt VI-2

    1.   Id-dokument VI-1 għandu jitfassal b'forma li tikkorrispondi għall-mudell mogħti fil-Parti I tal-Anness VII skont ir-regoli tekniċi stabbiliti f'dak l-Anness.

    Dan għandu jiġi ffirmat minn uffiċjal ta' korp kompetenti u minn uffiċjal ta' korp jew dipartiment maħtura inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 51(1).

    L-oriġinal u kopja ta' dan id-dokument VI-1 għandhom jakkumpanjaw il-prodott.

    L-estratt, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-estratt VI-2”, jista' jitfassal skont il-mudell mogħti fil-Parti II tal-Anness VII, li jkun fih id-dejta mogħtija fid-dokument VI-1 jew, jekk jiġi ppreżentat l-estratt VI-2, id-dejta mogħtija f'dak l-estratt VI-2, bit-timbru ta' uffiċċju doganali tal-Unjoni. L-oriġinal u żewġ kopji tal-estratt VI-2 għandhom jakkumpanjaw il-prodott.

    2.   Id-dokumenti VI-1 u l-estratti VI-2 għandu jkollhom numru tas-serje assenjat, fil-każ tad-dokumenti VI-1 mill-korp kompetenti li l-uffiċjal tiegħu jiffirma d-dokument, u fil-każ tal-estratti VI-2 mill-uffiċċju doganali li jittimbrahom.

    Artikolu 23

    L-użu tad-dokument VI-1 u tal-estratti VI-2

    L-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u ż-żewġ kopji tal-estratt VI-2 għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih isiru l-formalitajiet doganali meħtieġa biex il-konsenja relatata magħhom tiġi rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera, malli jsiru dawk il-formalitajiet, kif ġej:

    (a)

    l-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw l-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u ż-żewġ kopji tal-estratt VI-2, jibagħtu lura l-oriġinal tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u kopja tal-estratt VI-2 lill-persuna kkonċernata, u jżommu l-kopja tad-dokument VI-1 jew il-kopja tal-estratt VI-2 għal mill-inqas ħames snin;

    (b)

    meta l-konsenja tkun trid terġa' tiġi konsenjata qabel ma tiġi rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera, il-konsenjatur il-ġdid għandu jagħti d-dokument VI-1 u l-estratt VI-2 relatati ma' dik il-konsenja lill-awtoritajiet doganali li jkunu qed jissorveljaw il-konsenja jew, meta l-konsenja tkun koperta b'estratt VI-2 mimli preċedentement u b'estratt VI-2 mimli konsekuttivament, għandu jagħtihom dawk iż-żewġ estratti VI-2.

    Jekk l-estratt VI-2 jingħata flimkien mad-dokument VI-1, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw li d-dettalji mniżżla fid-dokument VI-1 ikunu jikkorrispondu għal dawk imniżżla fl-estratt VI-2. Jekk l-estratt VI-2 mimli konsekuttivament jingħata flimkien mal-estratt VI-2 mimli preċedentement, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw li d-dettalji mniżżla f'dak l-estratt VI-2 mimli preċedentement ikunu jikkorrispondu għal dawk imniżżla fl-estratt VI-2 mimli konsekuttivament u għandhom jittimbraw dan tal-aħħar, li mbagħad għandu jkun ekwivalenti għall-estratt VI-2 mimli preċedentement.

    L-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw l-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u l-kopja tal-estratt VI-2 mimli preċedentement.

    L-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu lura l-oriġinal tad-dokument VI-1 u ta' kull estratt VI-2 lill-konsenjatur il-ġdid u għandhom iżommu l-kopji għal mill-inqas ħames snin.

    Iżda ma hemmx bżonn jimtela estratt VI-2 meta l-konsenja ta' prodott terġa' tiġi esportata lejn pajjiż terz.

    (c)

    meta konsenja tinqasam qabel ma tiġi rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera, il-persuna kkonċernata għandha tagħti l-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u l-kopja tal-estratt VI-2 mimli preċedentement li huma relatati mal-konsenja li trid tinqasam lill-awtoritajiet doganali li jkunu qed jissorveljaw dik il-konsenja, flimkien mal-oriġinal tal-estratt VI-2 mimli konsekuttivament għal kull konsenja ġdida u żewġ kopji tagħhom.

    L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw li d-dettalji mniżżla fid-dokument VI-1 jew fl-estratt VI-2 mimli preċedentement ikunu jikkorrispondu għal dawk imniżżla fl-estratt VI-2 mimli konsekuttivament għal kull konsenja ġdida. Jekk dawn ikunu jikkorrispondu, l-awtoritajiet doganali għandhom jittimbraw dan tal-aħħar, li mbagħad għandu jkun ekwivalenti għall-estratt VI-2 mimli preċedentement, u japprovaw l-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u l-kopja tal-estratt VI-2 mimli preċedentement. Dawn għandhom jibagħtu lura l-oriġinal tal-estratt VI-2 mimli konsekuttivament flimkien mal-oriġinal tad-dokument VI-1 jew tal-estratt VI-2 mimli preċedentement lill-persuna kkonċernata, u jżommu kopja ta' kull wieħed minn dawk id-dokumenti għal mill-anqas ħames snin.

    Artikolu 24

    L-użu tad-dokument VI-1 fil-każ ta' importazzjonijiet indiretti

    Meta l-inbid ikun ġie esportat minn pajjiż terz li fit-territorju tiegħu jkun ġie magħmul (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pajjiż tal-oriġini”) lejn pajjiż terz ieħor (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pajjiż esportatur”) qabel ma jiġi esportat lejn l-Unjoni, id-dokument VI-1 għall-inbid ikkonċernat għandu jitqies validu għall-importazzjoni fl-Unjoni jekk dan ikun tfassal mill-korpi kompetenti tal-pajjiż esportatur, mingħajr aktar analiżi fuq dak l-inbid, abbażi ta' dokument VI-1 jew ekwivalenti mħejji mill-korpi kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, diment li l-inbid:

    (a)

    ikun ġie bbottiljat u ttikkettat fil-pajjiż tal-oriġini u jibqa' hekk; jew

    (b)

    ikun esportat bl-ingrossa mill-pajjiż tal-oriġini u bbottiljat u ttikkettat fil-pajjiż esportatur mingħajr aktar ipproċessar.

    Id-dokument VI-1 tal-pajjiż esportatur għandu juri ċ-ċertifikazzjoni tal-korp kompetenti ta' dak il-pajjiż li l-inbid ikkonċernat hu nbid li għalih jirreferi l-ewwel paragrafu u li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fih.

    L-oriġinal jew il-kopja ċċertifikata tad-dokument VI-1 jew ekwivalenti tal-pajjiż tal-oriġini għandhom jinhemżu mad-dokument VI-1 tal-pajjiż esportatur.

    Il-korpi kompetenti tal-pajjiżi terzi għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jitniżżlu fil-lista prevista fl-Artikolu 51(1).

    Artikolu 25

    Regoli speċjali dwar iċ-ċertifikazzjoni għal inbejjed partikolari

    1.   Għall-inbejjed likurużi u l-inbejjed imsaħħin għad-distillazzjoni, id-dokumenti VI-1 għandhom jitqiesu validi biss meta l-korp kompetenti inkluż fil-lista prevista fl-Artikolu 51(1) ikun niżżel dan li ġej fil-kaxxa 14:

    “l-alkoħol miżjud ma' dan l-inbid hu ċċertifikat bħala alkoħol tal-inbid” (the alcohol added to this wine is certified as being wine alcohol).

    2.   Id-dokument VI-1 jista' jintuża biex jiċċertifika li l-inbid importat għandu indikazzjoni ġeografika konformi mal-Ftehim tat-TRIPS, mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jew ma' xi ftehim dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiż terz imnejn joriġina l-inbid.

    F'dan il-każ, il-kaxxa 14 għandha turi dan li ġej:

    “l-inbid kopert b'dan id-dokument hu ċċertifikat li ġie magħmul fir-reġjun tal-vitikultura u ngħata l-indikazzjoni ġeografika murija fil-kaxxa 6 skont id-dispożizzjonijiet tal-pajjiż tal-oriġini” (the wine covered by this document is certified as having been produced in the winegrowing region and was given the geographical indication shown in box 6 in accordance with the provisions of the country of origin).

    3.   Iċ-ċertifikazzjoni fil-kaxxa 14 imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi din l-informazzjoni:

    (a)

    l-isem sħiħ u l-indirizz tal-korp kompetenti tal-ħruġ;

    (b)

    il-firma ta' uffiċjal tal-korp kompetenti;

    (c)

    it-timbru tal-korp kompetenti.

    Artikolu 26

    Proċedura simplifikata

    1.   Id-dokumenti VI-1 imħejjija mill-produtturi tal-inbid fil-pajjiżi terzi li offrew garanziji speċjali aċċettati mill-Unjoni, kif elenkat fit-Taqsima B tal-Parti IV tal-Anness VII, għandhom jitqiesu daqslikieku dokumenti VI-1 imfasslin mill-korpi kompetenti u mill-korpi jew id-dipartimenti maħtura mniżżlin fil-lista prevista fl-Artikolu 51(1) fir-rigward tal-pajjiżi terzi kkonċernati, diment li l-produtturi jkunu kisbu awtorizzazzjoni individwali mingħand il-korpi kompetenti ta' dawk il-pajjiżi terzi u jkunu soġġetti għal spezzjoni minn dawn tal-aħħar.

    2.   Il-produtturi awtorizzati kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jużaw u jimlew sew id-dokumenti VI-1, b'mod partikolari:

    (a)

    fil-kaxxa 1, iniżżlu isimhom, l-indirizzi tagħhom u n-numri tar-reġistrazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima B tal-Parti IV tal-Anness VII;

    (b)

    fil-kaxxa 9, l-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti tal-pajjiż terz li awtorizzahom;

    (c)

    fil-kaxxa 10, mill-anqas id-dettalji previsti fl-Artikolu 21(b).

    Il-produtturi għandhom jiffirmaw fl-ispazju pprovdut fil-kaxex 9 u 10, wara li jaqtgħu l-kliem “l-isem u t-titlu tal-uffiċjal” (name and title of official).

    La t-timbri u lanqas l-isem u l-indirizz ta' xi korp jew dipartiment maħtur ma għandhom ikunu meħtieġa.

    Artikolu 27

    Dokument elettroniku

    1.   Id-dokument VI-1 jista' jinbidel b'dokument elettroniku għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-inbid li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jħaddmu sistema tal-kontrolli aċċettata mill-Unjoni, skont it-tieni subparagrafu, u li tkun ekwivalenti għal dik stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodotti.

    Sistema tal-kontrolli f'pajjiż terz tista' tiġi aċċettata bħala ekwivalenti għal dik stabbilita mill-Unjoni għall-istess prodotti jekk tkun tissodisfa mill-inqas dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)

    toffri garanziji biżżejjed fir-rigward tan-natura, l-oriġini u t-traċċabbiltà tal-prodotti tal-inbid magħmulin jew ikkummerċjalizzati fit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat;

    (b)

    tiżgura aċċess għad-dejta miżmuma fis-sistema elettronika użata fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-operaturi, il-korpi kompetenti, u l-korpi u d-dipartimenti maħtura;

    (c)

    tiżgura li jkunu jistgħu jsiru kontrolli tad-dejta msemmija fil-punt (b) fi ħdan il-qafas ta' koperazzjoni amministrattiva reċiproka.

    Il-pajjiżi terzi li jħaddmu sistema tal-kontrolli aċċettata mill-Unjoni bħala ekwivalenti skont it-tieni subparagrafu għandhom jitniżżlu fil-lista stabbilita fit-Taqsima C tal-Parti IV tal-Anness VII.

    2.   Id-dokument elettroniku previst fil-paragrafu 1 għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tad-dokument VI-1 u l-kodiċi ta' referenza amministrattiva unika assenjat mill-korpi kompetenti tal-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew assenjat fil-kontroll tiegħu. Dan il-kodiċi għandu jkun indikat fuq id-dokumenti kummerċjali meħtieġa għall-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni.

    3.   L-aċċess għad-dokument elettroniku jew għad-dejta meħtieġa biex dan ikun stabbilit għandu jingħata mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni kull meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mnejn se tiġi rilaxxata l-merkanzija għaċ-ċirkolazzjoni libera. Meta l-aċċess għas-sistemi elettroniċi rilevanti ma jkunx disponibbli, din id-dejta tista' tintalab ukoll fuq dokument stampat.

    4.   L-estratti VI-2 imsemmija fl-Artikolu 22(1) jistgħu jinħarġu u jintużaw b'sistemi kompjuterizzati skont ir-regoli dettaljati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-kontenut ta' estratt VI-2 elettroniku għandu jkun l-istess bħal dak stampat.

    KAPITOLU V

    IR-REĠISTRU TAD-DĦUL U L-ĦRUĠ

    Artikolu 28

    Iż-żamma tar-reġistru tad-dħul u l-ħruġ

    1.   B'deroga mill-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u diment li d-daħliet, l-irtirar u l-ħażniet ikunu jistgħu jiġu vverifikati fi kwalunkwe ħin abbażi tad-dokumenti kummerċjali użati għall-kontijiet finanzjarji, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ li f'dan il-Kapitolu qed jissejjaħ “ir-reġistru” ma hemmx bżonn jinżamm minn:

    (a)

    l-operaturi li jżommu ħażniet ta' prodotti tal-inbid jew li joffruhom għall-bejgħ esklussivament f'kontenituri tikkettati ta' volum nominali ta' 10 litri jew anqas, magħluqin b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, meta l-kwantità kollha ma tkunx taqbeż il-5 litri jew il-5 kilogrammi fil-każ tal-most ikkonċentrat tal-għeneb, rettifikat jew le, u l-100 litru għall-prodotti l-oħra kollha;

    (b)

    l-operaturi li jbigħu xorb esklussivament għall-konsum fil-post.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li n-negozjanti li ma għandhomx ħażniet iżommu r-reġistru u, f'dak il-każ, jistgħu jistabbilixxu ċerti regoli u proċeduri.

    3.   L-Istati Membri għandhom ifasslu l-lista tal-operaturi obbligati li jżommu r-reġistru, u jżommuha aġġornata. Meta din il-lista jew ir-reġistru jkunu diġà jeżistu għal finijiet oħrajn, dawn jistgħu jintużaw ukoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

    4.   Ir-reġistru għandu jinżamm individwalment għal kull impriża.

    Meta l-ħwienet tal-imnut li jbigħu direttament lil konsumaturi finali jkunu parti mill-istess impriża u jkunu fornuti minn maħżen ċentrali wieħed jew bosta ta' dak in-negozju, dawn l-imħażen ċentrali għandhom iżommu r-reġistru, mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-prodotti li jfornu. Il-konsenji lill-ħwienet tal-imnut għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru bħala rtirati.

    5.   Ir-reġistru għandu jinżamm fil-post fejn jinżammu l-prodotti.

    Iżda jekk id-daħliet, l-irtirar u l-ħażniet jistgħu jiġu vverifikati fi kwalunkwe ħin fil-post proprja fejn jinżammu l-prodotti abbażi ta' dokumenti oħra ta' sostenn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni biex ir-reġistru:

    (a)

    jinżamm fil-post tan-negozju rreġistrat tal-impriża, meta l-prodotti jkunu maħżuna f'diversi imħażen tal-istess impriża li jkunu jinsabu fl-istess unità amministrattiva lokali jew li jkunu jinsabu f'unitajiet amministrattivi lokali ħdejn xulxin;

    (b)

    ikun fdat f'idejn impriża speċjalizzata fil-qasam.

    Artikolu 29

    L-operazzjonijiet li għandhom jitniżżlu fir-reġistru

    1.   L-operaturi li jeħtieġ iżommu r-reġistru għandhom jindikaw il-prattiki enoloġiċi, l-ipproċessar u t-trattamenti li jimplementaw, skont ir-rekwiżiti u l-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 78(2) u fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll l-Annessi I A u I D tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, kif ukoll l-użu esperimentali ta' prattiki enoloġiċi ġodda, inkluż referenza xierqa għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009.

    2.   Meta implimentati, l-operazzjonijiet li jikkonċernaw dawn it-trattamenti li ġejjin għandhom jitniżżlu fir-reġistru skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, inkluż, jekk previst mill-Istati Membri, referenzi xierqa għal notifiki li saru lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 30(2):

    (a)

    korrezzjoni tal-qawwa alkoħolika ta' nbid (il-Punt 40 u l-Appendiċi 10 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009) u tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor fil-most permezz tal-akkoppjament tal-membrani (il-Punt 49 u l-Appendiċi 16 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (b)

    arrikkiment u ħlewwa (il-Partijiet I A u B tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; l-Artikoli 11 u 12 u l-Annessi I D u II tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (c)

    aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni (il-Partijiet I C u D tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; l-Artikolu 13 u l-Punti 12, 13, 46, 48 u 50 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (d)

    trattament bil-faħam għall-użu enoloġiku (il-Punt 9 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (e)

    trattament bil-ferroċanur tal-potassju (il-Punt 26 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (f)

    trattament bl-elettrodijaliżi, jew trattament bl-iskambju tal-katjoni biex tkun żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid, jew aċidifikazzjoni bi trattament bl-iskambju tal-katjoni (il-Punti 20, 36 u 43 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (g)

    żieda tad-dimetildikarbonat (DMDC) mal-inbid (il-Punt 34 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (h)

    l-użu ta' biċċiet tal-injam tal-ballut fil-produzzjoni tal-inbid (il-Punt 38 u l-Appendiċi 9 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (i)

    l-użu esperimentali ta' prattiki enoloġiċi ġodda (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (j)

    il-ġestjoni ta' gass maħlul fl-inbid bl-użu ta' kuntatturi tal-membrana (il-Punt 52 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (k)

    trattament permezz ta' teknoloġija tal-membrana flimkien ma' karbonju attivat (il-Punt 53 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (l)

    l-użu ta' kopolimeri tal-polivinilimidażol u l-polivinilpirrolidon (il-Punt 54 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);

    (m)

    l-użu tal-klorur tal-fidda (il-Punt 55 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009).

    3.   Meta jiġu implimentati, dawn l-operazzjonijiet speċifiċi għandhom jitniżżlu fir-reġistru:

    (a)

    it-taħlit u l-coupage, kif previst fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

    (b)

    l-ibbottiljar;

    (c)

    il-produzzjoni ta' kull kategorija ta' nbejjed frizzanti, inbejjed semifrizzanti, u nbejjed semifrizzanti bil-gass;

    (d)

    il-produzzjoni ta' nbid likuruż;

    (e)

    il-produzzjoni ta' most tal-għeneb ikkonċentrat, rettifikat jew le;

    (f)

    il-produzzjoni ta' nbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni;

    (g)

    l-ipproċessar f'xi kategorija oħra tal-prodotti, bħall-inbid aromatizzat.

    Fil-każ tal-ibbottiljar, għandhom jiġu speċifikati l-għadd ta' reċipjenti mimlija u l-kontenut tagħhom.

    Artikolu 30

    Ir-regoli nazzjonali

    1.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli kumplimentari dwar id-dettalji tar-reġistrazzjoni b'rabta ma':

    (a)

    il-prodotti f'kontenituri tikkettati ta' volum nominali ta' 10 litri jew anqas, magħluqin b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1)(a), biex jiġu rilaxxati fis-suq tat-territorju tagħhom;

    (b)

    ċerti kategoriji ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274;

    (c)

    ċerti operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29.

    L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-obbligu li jżommu kontijiet separati jew li jiġi adattat ir-reġistru eżistenti.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jitniżżlu d-dettalji relatati ma' kull operazzjoni ta' korrezzjoni tal-qawwa alkoħolika, l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 29(2), l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-operaturi li jwettqu l-operazzjonijiet ikkonċernati fit-territorju tagħhom jinnotifikaw sa ċertu limitu taż-żmien lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew lill-korpi dwar dawn l-operazzjonijiet wara li jitwettqu jew, fil-każ tal-operazzjonijiet ta' arrikkiment, qabel ma jitwettqu.

    In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun meħtieġa għall-prodotti tal-inbid soġġetti għal kontrolli analitiċi sistematiċi tal-lottijiet kollha tal-prodotti mill-awtoritajiet kompetenti ta' spezzjoni tal-Istati Membri.

    KAPITOLU VI

    ID-DIKJARAZZJONIJIET

    Artikolu 31

    Id-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni

    1.   Il-produtturi stabbiliti fi Stat Membru li hu obbligat iżomm reġistru tal-vinji aġġornat skont l-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom iressqu dikjarazzjoni tal-produzzjoni kull sena lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru fir-rigward tal-produzzjoni tagħhom matul is-sena tal-inbid rispettiva f'dak l-Istat Membru.

    L-Istati Membri li jkunu stabbilew reġistru tal-vinji aġġornat kull sena li abbażi tiegħu jkunu jistgħu joħolqu rabta bejn id-dikjaranti, il-produzzjoni ddikjarata u l-ħbula tal-vinji kkonċernati, jistgħu jeżentaw lill-produtturi mill-obbligu li jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom huma stess jimlew id-dikjarazzjonijiet billi jindikaw iż-żona abbażi tad-dejta fir-reġistru tal-vinji.

    2.   Il-ħassada li jappartjenu għal waħda jew diversi koperattivi tal-inbid jew gruppi tal-produtturi, jew li huma assoċjati magħhom, u li jikkonsenjaw il-produzzjoni tal-għeneb jew il-most kollu tagħhom lil dawk il-koperattivi tal-inbid jew il-gruppi tal-produtturi, filwaqt li jżommu d-dritt li mill-għasir jiksbu kwantità ta' nbid li ma taqbiżx l-10 ettolitri għall-konsum tal-familja tagħhom, dawn għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jressqu dikjarazzjoni tal-produzzjoni, diment li dawk il-koperattivi tal-inbid jew il-gruppi tal-produtturi ikollhom iressqu dikjarazzjoni tal-produzzjoni.

    3.   L-Istati Membri li mhumiex obbligati jżommu reġistru tal-vinji aġġornat skont l-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jeżiġu li l-produtturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    F'dak il-każ, il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.

    Artikolu 32

    Id-dikjarazzjonijiet tal-ħażniet

    1.   Il-produtturi, il-proċessuri, il-bottiljaturi u n-negozjanti li jżommu ħażniet fi Stat Membru obbligat li jżomm reġistru tal-vinji aġġornat skont l-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom iressqu lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru dikjarazzjonijiet tal-ħażniet kull sena dwar l-inbid u l-most li jkollhom fil-31 ta' Lulju..

    2.   L-Istati Membri li mhumiex obbligati jżommu reġistru tal-vinji aġġornat skont l-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jeżiġu li l-produtturi, il-proċessuri, il-bottiljaturi u n-negozjanti stabbiliti fit-territorju tagħhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-ħażniet imsemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 33

    Id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad

    L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-ħassada, jew uħud mill-ħassada abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, iressqu dikjarazzjoni tal-ħsad lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-sena tal-inbid meta jkun sar il-ħsad.

    Artikolu 34

    Id-dikjarazzjonijiet tat-trattament jew tal-kummerċjalizzazzjoni

    1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ħassada, il-produtturi u n-negozjanti tal-għeneb, tal-meraq tal-għeneb u tal-most li, qabel id-dati tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-produzzjoni kif speċifikat fl-Artikoli 22 u 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, ikunu ttrattaw jew ikkummerċjalizzaw prodotti tal-inbid maħsuba għall-produzzjoni tal-inbid, għandhom iressqu dikjarazzjoni tat-trattament jew tal-kummerċjalizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-sena tal-inbid meta jkunu saru t-trattament jew il-kummerċjalizzazzjoni.

    2.   Meta l-Istati Membri jeżiġu li l-ħassada jressqu dikjarazzjoni tat-trattament jew tal-kummerċjalizzazzjoni skont il-paragrafu 1, il-ħassada li jappartjenu għal waħda jew diversi koperattivi tal-inbid jew gruppi tal-produtturi, jew li huma assoċjati magħhom, u li jikkonsenjaw il-produzzjoni tal-għeneb jew il-most kollu tagħhom lil dawk il-koperattivi tal-inbid jew il-gruppi tal-produtturi, filwaqt li jżommu d-dritt li mill-għasir jiksbu kwantità ta' nbid li ma taqbiżx l-10 ettolitri għall-konsum tal-familja tagħhom, dawn għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jressqu din id-dikjarazzjoni, diment li dawk il-koperattivi tal-inbid jew il-gruppi tal-produtturi jkunu meħtieġa jressqu dikjarazzjoni tat-trattament jew tal-kummerċjalizzazzjoni skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 35

    Dispożizzjonijiet komuni

    L-Istati Membri jistgħu jitolbu aktar informazzjoni komprensiva fir-rigward tar-reġistru tal-vinji jew tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-ħażniet.

    L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil xi operatur mill-obbligu li jressaq id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikoli 31 u 32, li għandhom x'jaqsmu mas-snin tal-inbid li matulhom ma tkun saret l-ebda produzzjoni jew ma jkun baqa' l-ebda ħażna.

    KAPITOLU VII

    IL-KONTROLLI, L-AWTORITAJIET KOMPETENTI, L-ASSISTENZA REĊIPROKA U L-PENALI

    TAQSIMA I

    IL-KONTROLLI, L-AWTORITAJIET KOMPETENTI, IL-KORPI TA' KOLLEGAMENT U L-ASSISTENZA REĊIPROKA

    Artikolu 36

    Prinċipji ġenerali

    1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal kontrolli sakemm ikun meħtieġ biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-regoli għall-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, l-importazzjonijiet tal-inbid, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji stabbiliti għal dak is-settur fl-Artikolu 90 u l-Kapitolu III tat-Titolu I u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jipprevedu sistema tal-kontrolli uffiċjali li jkunu effettivi u bbażati fuq ir-riskju.

    2.   Il-kontrolli uffiċjali għandhom jagħmluhom l-awtorità(jiet) kompetenti skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tal-Kapitolu VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274.

    L-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandu japplika mutatis mutandis għall-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli.

    3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kontrolli tal-prodotti tal-inbid b'DOP jew b'IĠP previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti ta' dawk il-prodotti.

    Artikolu 37

    Dispożizzjonijiet komuni dwar il-kontrolli

    1.   Il-kontrolli għandhom isiru fl-Istat Membru fejn issir il-produzzjoni, mingħajr preġudizzju għal kontrolli każwali jew analiżi tar-riskju fl-Istat Membru tad-dispaċċ.

    Jekk il-kontrolli jsiru b'kampjuni, l-għadd, in-natura u l-frekwenza tal-kontrolli għandhom ikunu b'tali mod li l-kontrolli jkunu rappreżentattivi għat-territorju kollu tal-Istat Membru u jkunu jikkorrispondu, fejn japplika, għall-volum tal-prodotti tas-settur tal-inbid magħmula, ikkummerċjalizzati jew maħżuna bil-ħsieb li jiġu kkummerċjalizzati.

    2.   Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kontrolli amministrattivi u, fejn xieraq, kontrolli fuq il-post.

    Fejn xieraq, il-kontrolli amministrattivi għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, kontroverifiki ma' dejta mis-sistema tal-amministrazzjoni u tal-kontroll integrata stipulata fil-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

    Il-kontrolli fuq il-post ma għandhomx jitħabbru. Madankollu, sakemm l-għan tal-kontroll ma jiġix kompromess, jista' jsir avviż bil-quddiem limitat għall-minimu meħtieġ. Dan l-avviż bil-quddiem ma għandux jaqbeż it-48 siegħa, għajr meta jkun ġustifikat jew għal dawk il-miżuri fejn hemm previsti kontrolli sistematiċi fuq il-post. Dawn għandhom isiru billi jittieħed kampjun ta' persentaġġ xieraq ta' produtturi abbażi ta' analiżi tar-riskju. Kull kontroll fuq il-post għandu jkun soġġett għal rapport tal-kontroll ħalli jkunu jistgħu jiġu mistħarrġa d-dettalji tal-kontrolli mwettqa.

    3.   Fir-rigward tar-reġistru tal-vinji, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li s-sitwazzjoni strutturali li toħroġ mill-fajls tal-vitikultur u l-produzzjoni tal-inbid previsti fl-Annessi III u IV jkunu jikkorrispondu għas-sitwazzjoni reali fir-rigward ta' kull vitikultur u kull persuna fiżika jew ġuridika jew kull grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma obbligati jressqu d-dikjarazzjoni tal-produzzjoni prevista fl-Artikolu 31. Il-fajls għandhom jiġu adattati skont dik il-verifika.

    4.   Il-kontrolli tal-inbejjed u ta' prodotti tal-inbid oħrajn minn pajjiżi terzi għandhom isiru fl-Istat Membru tad-dħul fit-territorju tal-Unjoni abbażi tad-dokument VI-1.

    Artikolu 38

    Il-persuni soġġetti għall-kontrolli

    1.   Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-attivitajiet professjonali tagħhom huma soġġetti għall-kontrolli msemmija f'dan ir-Regolament ma għandhomx ifixklu dawn il-kontrolli u jeħtieġ li jiffaċilitawhom f'kull żmien.

    2.   L-operaturi li mingħandhom jittieħdu l-kampjuni mill-uffiċjali ta' awtorità kompetenti:

    (a)

    ma jistgħux iwaqqfu b'xi mod li jsir dan il-ġbir; u

    (b)

    lil dawn l-uffiċjali għandhom jagħtuhom kull informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274.

    Artikolu 39

    Il-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika

    Iċ-ċentru ta' referenza Ewropew għal kontrolli fis-settur tal-inbid għandu jżomm u jaġġorna l-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika fil-livell tal-Unjoni abbażi tad-dejta nnotifikata mil-laboratorji nnominati mill-Istati Membri. Dik id-dejta għandha tinkiseb minn analiżi isotopika armonizzata tal-komponenti tal-etanol u l-ilma fi prodotti tal-inbid, u għandha tippermetti l-kontrolli rilevanti kollha waqt il-kummerċjalizzazzjoni, b'konformità mal-metodi ta' analiżi stabbiliti skont l-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274.

    Artikolu 40

    L-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kollegament

    L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 37. Dawk l-awtoritajiet għandu jkollhom persunal biżżejjed li jkun kwalifikat u esperjenzat sew biex iwettaq dawn il-kontrolli b'mod effettiv.

    Meta Stat Membru jaħtar diversi awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità mar-regoli li jirregolaw is-settur tal-inbid, dan għandu jindika r-responsabbiltà speċifika tagħhom u jikkoordina ħidmithom.

    Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed ta' kollegament bir-responsabbiltà li jżomm kuntatt mal-Kummissjoni, mal-korpi ta' kollegament ta' Stati Membri oħra u ma' pajjiżi terzi, u biex jirċievi u jressaq talbiet għall-assistenza amministrattiva.

    Artikolu 41

    Is-setgħat tal-uffiċjali

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiffaċilita x-xogħol tal-uffiċjali tal-korpi kompetenti tiegħu. Dan għandu jiżgura li dawn l-uffiċjali, flimkien ma' uffiċjali ta' korpi oħra meta meħtieġ u meta jawtorizzahom:

    (a)

    ikollhom aċċess għall-vinji, għall-produzzjoni tal-inbid u għall-installazzjonijiet tal-ipproċessar tal-prodotti fis-settur tal-inbid u għall-vetturi li jġorru dawk il-prodotti;

    (b)

    ikollhom aċċess għall-istabbiliment kummerċjali jew għall-imħażen u l-vetturi ta' kull impriża li tkun qed tbigħ, tikkummerċjalizza jew iġġorr prodotti tas-settur tal-inbid jew prodotti li jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw fis-settur tal-inbid;

    (c)

    ikunu jistgħu jagħmlu inventarju tal-prodotti u s-sustanzi tas-settur tal-inbid, jew tal-prodotti li jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta' prodotti bħal dawn;

    (d)

    ikunu jistgħu jieħdu kampjuni ta' prodotti jew sustanzi tas-settur tal-inbid, jew ta' prodotti li jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta' prodotti bħal dawn u ta' prodotti maħżuna bil-ħsieb li jinbiegħu, jiġu kkummerċjalizzati jew jinġarru;

    (e)

    ikunu jistgħu jistudjaw id-dejta tal-kontijiet u ta' dokumenti oħra li jintużaw fil-proċeduri tal-kontrolli, u jagħmlu kopji tagħhom jew jieħdu estratti minnhom;

    (f)

    ikunu jistgħu jieħdu miżuri protettivi xierqa fir-rigward tat-tħejjija, iż-żamma, it-trasport, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' xi prodotti tas-settur tal-inbid jew ta' prodott maħsub biex jintuża fit-tħejjija ta' prodott bħal dak, jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li jkun sar ksur gravi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-aktar fil-każ tat-trattament frawdolenti jew ir-riskji għas-saħħa.

    Artikolu 42

    Il-koordinazzjoni tal-kontrolli u l-aċċess għall-informazzjoni

    Fir-rigward tal-kontrolli fuq il-konsenji li jsiru bil-kopertura tad-dokumenti ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 10, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 40 għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni miżmuma fis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/118/KE, kif ukoll għall-informazzjoni dwar il-movimenti tal-prodotti tal-inbid li jiċċirkolaw bl-arranġamenti stabbiliti fil-Kapitolu IV ta' dik id-Direttiva.

    Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess ukoll għall-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tal-informazzjoni stabbiliti għall-kontrolli tal-movimenti tal-prodotti tal-inbid, għajr dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu.

    L-informazzjoni miksuba skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi tista' tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 43

    L-assistenza reċiproka

    1.   Meta awtorità kompetenti ta' Stat Membru tagħmel kontrolli fit-territorju tagħha, din tista' titlob informazzjoni mingħand awtorità kompetenti ta' xi Stat Membru ieħor li jaf jintlaqat direttament jew indirettament. Dawn it-talbiet għandhom isiru permezz tal-korpi ta' kollegament previsti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 40, u l-assistenza għandha tingħata fil-ħin.

    Il-Kummissjoni għandha tkun notifikata kull meta l-prodott soġġett għall-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun joriġina minn pajjiż terz, u jekk il-kummerċjalizzazzjoni ta' dan il-prodott tista' tkun ta' interess speċifiku għal Stati Membri oħra.

    L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tagħti kull informazzjoni li tista' tgħin lill-awtorità rikjedenti biex iwettaq dmirijietha.

    2.   Meta awtorità rikjedenti tagħmel talba raġunata, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha twettaq kontrolli biex tilħaq l-għanijiet mixtieqa deskritti fit-talba, jew għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li dawn il-kontrolli jsiru.

    L-awtorità li ssirilha t-talba għandha taġixxi daqslikieku f'isimha.

    3.   Bi qbil mal-awtorità li ssirilha t-talba, l-awtorità rikjedenti tista' taħtar uffiċjali biex:

    (a)

    jiksbu informazzjoni, fil-bini tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn hi stabbilita l-awtorità li ssirilha t-talba, dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-prodotti tal-inbid tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274 jew dwar kontrolli relatati magħhom, inkluż li jagħmlu kopji tad-dokumenti tal-ġarr u dokumenti oħrajn jew ta' estratti mir-reġistri; jew

    (b)

    ikunu preżenti waqt il-kontrolli mitluba skont il-paragrafu 2, wara li l-awtorità li ssirilha t-talba tkun mgħarrfa f'ħin adegwat qabel ma jsiru l-kontrolli.

    Il-kopji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru biss bi qbil mal-awtorità li ssirilha t-talba.

    4.   L-uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba għandhom jibqgħu responsabbli għall-kontrolli mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom f'kull ħin.

    5.   L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti:

    (a)

    għandhom jipproduċu ordni bil-miktub li turi l-identità u l-kariga uffiċjali tagħhom;

    (b)

    mingħajr preġudizzju għal-limiti imposti mill-Istat Membru tal-awtorità li ssirilha t-talba fuq l-uffiċjali tiegħu stess waqt it-twettiq tal-kontrolli inkwistjoni, għandu jkollhom

    (i)

    id-drittijiet tal-aċċess imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 41;

    (ii)

    id-dritt li jkunu mgħarrfa bir-riżultati tal-kontrolli mwettqin mill-uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba, skont il-punti (c) u (e) tal-Artikolu 41.

    6.   L-ispejjeż għat-teħid, it-trattament u d-dispaċċ tal-kampjuni u biex isiru t-testijiet analitiċi u organolettiċi għandha tħallashom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li talab li jittieħed il-kampjun. Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu kkalkulati skont ir-rati applikabbli fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jsiru l-operazzjonijiet.

    Artikolu 44

    Forza konklussiva

    Is-sejbiet tal-uffiċjali ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru waqt l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima jistgħu jiġu invokati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u għandhom l-istess valur daqslikieku kienu s-sejbiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    Artikolu 45

    Notifika ta' suspett ta' nuqqas ta' konformità

    Meta awtorità kompetenti ta' Stat Membru jkollha raġunijiet biex tissuspetta jew tkun taf li prodott tal-inbid mhuwiex konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-prodotti tal-inbid tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, jew li kien soġġett għal azzjoni frawdolenti biex jinkiseb jew jiġi kkummerċjalizzat, il-korp ta' kollegament ta' dak l-Istat Membru għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-korp ta' kollegament ta' kull Stat Membru li għandu interess speċifiku f'dan in-nuqqas ta' konformità ma' dawn ir-regoli, u dan biex iwassal għal miżuri amministrattivi jew azzjoni legali.

    Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jsibu jew jissuspettaw li l-prodotti tal-inbid kienu soġġetti għal falsifikazzjoni li aktarx twassal għal riskju għas-saħħa lill-konsumaturi, jew li mhumiex konformi mal-Artikolu 80 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-korp ta' kollegament ta' dak l-Istat Membru għandu jinforma dwar dan mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, lill-korpi ta' kollegament tal-Istati Membri l-oħra, u jekk ikun il-każ lill-korp ta' kollegament tal-pajjiżi terzi kkonċernati, permezz tas-sistema tal-informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni.

    TAQSIMA II

    IL-PENALI

    Artikolu 46

    Il-penali u l-irkupru tal-ispejjeż għat-tħawwil mhux awtorizzat

    L-Istati Membri għandhom jimponu penali finanzjarji fuq il-produtturi li ma jikkonformawx mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    L-ammont minimu tal-penali finanzjarja għandu jkun:

    (a)

    EUR 6 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha mħawla mingħajr l-awtorizzazzjoni, fi żmien erba' xhur mid-data meta jkun ġie nnotifikat bl-irregolarità, kif imsemmi fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (b)

    EUR 12 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha mħawla mingħajr l-awtorizzazzjoni, matul l-ewwel sena wara l-iskadenza tal-perjodu ta' erba' (4) xhur;

    (c)

    EUR 20 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha mħawla mingħajr l-awtorizzazzjoni, wara l-ewwel sena mill-iskadenza tal-perjodu ta' erba' (4) xhur.

    Jekk l-introjtu annwali miksub fiż-żona tal-vinji kkonċernati jkun stmat li jaqbeż is-EUR 6 000 għal kull ettaru, l-Istati Membri jistgħu jżidu l-ammonti minimi stabbiliti fit-tieni subparagrafu proporzjonalment mal-introjtu medju annwali għal kull ettaru stmat għal dik iż-żona.

    Jekk l-Istat Membru jiżgura li juża l-mezzi tiegħu biex jinqalgħu d-dwieli li ma kinux awtorizzati biex jitħawlu, l-ispiża rilevanti imposta fuq il-produttur skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi kkalkulata b'mod oġġettiv u b'mod li jitqiesu l-ispejjeż tax-xogħol, l-użu tal-makkinarju u t-trasport jew spejjeż oħra mġarrba. Dik l-ispiża għandha tiżdied mal-penali applikabbli.

    Artikolu 47

    Penali b'rabta mad-dokumenti ta' akkumpanjament u d-dokumenti VI-1 għan-nuqqas ta' konformità ma' ċerti regoli tal-Unjoni

    1.   L-applikazzjoni tal-Artikoli 10, 11 u 12 tista' tiġi sospiża għall-operaturi msemmija fl-Artikolu 8(1), meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jsibu jew jissuspettaw li l-prodotti tal-inbid kienu soġġetti għal falsifikazzjoni li aktarx twassal għal riskju għas-saħħa lill-konsumaturi, jew li mhumiex konformi mal-Artikolu 80 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    2.   L-applikazzjoni tal-Artikoli 26 u 27 tista' tiġi sospiża fil-każ tas-sejbiet jew tas-suspetti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-inbejjed importati.

    Artikolu 48

    Penali għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi li jinżamm reġistru tad-dħul u l-ħruġ, jitressqu d-dikjarazzjonijiet jew isiru n-notifiki

    1.   L-operaturi li jeħtiġilhom iżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ, li jeħtiġilhom iressqu d-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni, tal-ħażniet jew tal-ħsad, jew li jeħtiġilhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30(2) u li ma jżommux dan ir-reġistru, ma jressqux dawn id-dikjarazzjonijiet sad-dati msemmija fl-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274 jew li ma jagħmlux dawn in-notifiki sad-data stabbilita mill-Istat Membru skont l-Artikolu 30(2) ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal penali amministrattivi.

    2.   Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-għamla ta' pagament ta' ammont u għandhom jiġu stabbiliti u applikati mill-Istati Membri abbażi tal-valur tal-prodotti, l-istima tal-benefiċċji finanzjarji jew id-dannu ekonomiku kkawżat mill-frodi.

    3.   F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità serju jew ripetut mal-obbligu li jitressqu d-dikjarazzjonijiet sad-dati msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur ikkonċernat ma għandux jibbenefika mill-miżuri ta' appoġġ previsti fl-Artikoli 47 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-sena finanzjarja inkwistjoni jew għas-sena finanzjarja ta' wara, u soġġett għal dan li ġej:

    (a)

    meta d-dati msemmija fl-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274 jinqabżu, iżda b'mhux aktar minn 15-il jum tax-xogħol, għandhom jiġu applikati biss il-penali amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

    (b)

    meta l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 titqies mhux kompluta jew mhux preċiża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u meta l-għarfien tal-informazzjoni nieqsa jew mhux preċiża tkun essenzjali għall-applikazzjoni korretta tal-miżuri previsti fl-Artikoli 47 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-appoġġ li jrid jitħallas għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat b'ammont stabbilit mill-awtorità kompetenti skont il-gravità tal-ksur.

    Artikolu 49

    Ċirkostanzi eċċezzjonali u żbalji ovvji

    1.   Il-penali previsti f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw f'ċirkostanzi eċċezzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

    2.   Kull komunikazzjoni, pretensjoni jew talba mressqa lil Stat Membru skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu adattati fi kwalunkwe ħin wara s-sottomissjoni tagħhom jekk ikun hemm żbalji evidenti rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

    KAPITOLU VIII

    IN-NOTIFIKI

    Artikolu 50

    In-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata

    1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan:

    (a)

    il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottaw skont l-Artikolu 120(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274;

    (b)

    l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex iwettqu l-analiżi uffiċjali, il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni amministrattiva u l-kontrolli relatati mar-reġistri u d-dokumenti ta' akkumpanjament;

    (c)

    l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, u tal-awtoritajiet responsabbli biex iżommu u jaġġornaw ir-reġistru tal-vinji u biex iressqu inventarju aġġornat tal-potenzjal tal-produzzjoni;

    (d)

    il-limiti msemmija fil-punti (1) u (2) tal-ewwel subparagrafu tat-Taqsima H tal-Anness II;

    (e)

    il-miżuri li ttieħdu biex jiġi implimentat il-Kapitolu VII, meta n-notifika ta' dawk il-miżuri tkun rilevanti għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, u l-isem u l-indirizz tal-korp ta' kollegament maħtur minn kull Stat Membru;

    (f)

    il-kundizzjonijiet applikati għat-tfassil tad-dokumenti ta' akkumpanjament imsemmija fil-punti (a)(iii) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

    (g)

    il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid ikkonċernati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 81 u tal-Artikolu 120(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull tibdil fl-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi ta' kollegament notifikati lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

    3.   In-notifika prevista fil-paragrafu 1 għandha ssir skont l-Artikolu 34 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274.

    Artikolu 51

    Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata

    1.   Abbażi tan-notifiki mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna l-listi li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-isem u l-indirizz tal-korpi kompetenti fil-pajjiż tal-oriġini tal-prodott li huma responsabbli għall-ħruġ tad-dokumenti VI-1;

    (b)

    l-isem u l-indirizz tal-korpi u d-dipartimenti maħtura mill-pajjiż tal-oriġini jew, meta ma jkunx hemm fil-pajjiż tal-oriġini, l-isem u l-indirizz ta' laboratorju diġà awtorizzat minn barra l-pajjiż tal-oriġini tal-prodott, inkarigati biex jimlew it-taqsima tar-rapport ta' analiżi tad-dokumenti VI-1;

    (c)

    l-isem, l-indirizz u n-numru uffiċjali tar-reġistrazzjoni tal-produtturi u l-proċessuri tal-inbid awtorizzati mill-pajjiż tal-oriġini tal-prodott biex ifasslu d-dokumenti VI-1;

    (d)

    l-isem u l-indirizz ta' korp ta' kollegament wieħed maħtur f'kull pajjiż terz biex jirċievi u jibgħat it-talbiet għall-assistenza amministrattiva u biex jirrappreżenta lil pajjiżu fir-rigward tal-Kummissjoni u l-Istati Membri.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 50(1)(b) u (c), l-informazzjoni dwar il-potenzjal tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 50(1)(c), l-isem u l-indirizz tal-korp ta' kollegament imsemmija fl-Artikolu 50(1)(e), il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 50(1)(g) u l-listi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    KAPITOLU IX

    EMENDI, TĦASSIR, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 52

    Emendi fir-Regolament (KE) Nru 555/2008

    Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 hu emendat kif ġej:

    (1)

    Jitħassru l-Artikoli 1, 21, 22 u 23, 38 sa 54, 74, 83 sa 95a u 98 sa 102;

    (2)

    Jitħassru l-Annessi IX sa XIII u XVI sa XXI.

    Artikolu 53

    Emendi fir-Regolament (KE) Nru 606/2009

    Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 hu emendat kif ġej:

    (1)

    Jitħassru l-Artikoli 12 u 13;

    (2)

    Jiddaħħlu l-Artikoli 14a u 14b li ġejjin:

    “Article 14a

    Iffissar ta' persentaġġ minimu tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji

    1.   Soġġetti għall-punt 1 tat-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jiffissaw persentaġġ minimu għall-volum tal-alkoħol li għandu jkun hemm fil-prodotti sekondarji, wara s-separazzjoni tiegħu mill-inbejjed, f'relazzjoni ma' dak li jkun hemm fl-inbid prodott. L-Istati Membri jistgħu jimmodulaw il-persentaġġ minimu tal-alkoħol skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

    2.   Meta l-persentaġġ rilevanti ffissat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ma jintlaħaqx, l-operatur ikkonċernat għandu jikkonsenja kwantità ta' nbid mill-produzzjoni tiegħu li tkun tikkorrispondi għall-kwantità meħtieġa biex jintlaħaq il-persentaġġ minimu.

    3.   Għall-fini li jinstab il-volum tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji f'relazzjoni ma' dak li jkun hemm fl-inbid prodott, il-qawwiet standard tal-alkoħol naturali tal-inbid skont il-volum, li għandhom jiġu applikati fiż-żoni differenti tal-produzzjoni tal-inbid, għandhom ikunu:

    (a)

    8,0 % għaż-żona A;

    (b)

    8,5 % għaż-żona B;

    (c)

    9,0 % għaż-żona C I;

    (d)

    9,5 % għaż-żona C II;

    (e)

    10,0 % għaż-żona C III.

    Artikolu 14b

    Ir-rimi tal-prodotti sekondarji

    1.   Il-produtturi għandhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi pproċessar ieħor tal-għeneb bis-sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, soġġetti għar-rekwiżiti tal-ġarr u r-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (*1) u l-Artikolu 14(1)(b) (vii) u l-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 (*2), rispettivament.

    2.   L-irtirar għandu jsir mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena tal-inbid li matulha jinkisbu l-prodotti sekondarji, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli, b'mod partikolari rigward l-ambjent.

    3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-produtturi li matul is-sena tal-inbid ikkonċernata ma jipproduċux aktar minn 50 ettolitru ta' nbid jew ta' most għalihom stess fl-istabbiliment tagħhom stess, mhumiex obbligati jirtiraw il-prodotti sekondarji tagħhom.

    4.   Il-produtturi jistgħu jissodisfaw l-obbligu li jarmu parti mill-prodotti sekondarji jew il-prodotti sekondarji kollha tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi pproċessar ieħor tal-għeneb, billi jwasslu l-prodotti sekondarji għad-distillazzjoni. Dan ir-rimi tal-prodotti sekondarji għandu jiġi ċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

    5.   L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li t-twassil lejn id-distillazzjoni ta' parti mill-prodotti sekondarji jew tal-prodotti sekondarji kollha tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi pproċessar ieħor tal-għeneb isir obbligatorju għal parti mill-produtturi tagħhom jew għall-produtturi tagħhom kollha, skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

    (*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1)."

    (*2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 60).”"

    Artikolu 54

    Emenda fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009

    Jitħassar l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009.

    Artikolu 55

    Tħassir

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 huma mħassra.

    Artikolu 56

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f'dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta' tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti ta' akkumpanjament fil-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).

    (8)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 (ara l-paġna 60 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

    (11)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

    (12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

    (13)  Id-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' prodotti soġġetti għas-sisa (ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5).

    (14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).

    (15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar dokument ta' sostenn simplifikat għall-ispostament ta' ġewwa l-Komunità ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa li ġew mogħtija għall-konsum fl-Istat Membru ta' dispaċċ (ĠU L 369, 18.12.1992, p. 17).

    (16)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    (17)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

    (18)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).


    ANNESS I

    IR-REGOLI MARBUTA MAL-KRITERJU TAL-ELIĠIBBILTÀ ELENKAT FL-ARTIKOLU 64(1)(c) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1308/2013 U MAL-KRITERJU ADDIZZJONALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4(1) TA' DAN IR-REGOLAMENT

    A.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    iż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-DOP speċifika taż-żona kkonċernata; jew,

    (2)

    meta ż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-DOP speċifika, l-applikant għandu jwettaq l-impenji li ġejjin:

    (a)

    la juża u lanqas ma jikkummerċjalizza l-għeneb imkabbar f'dawk iż-żoni li jkun għadhom kif tħawlu għall-produzzjoni tal-inbejjed b'DOP, meta dawn iż-żoni jkunu qegħdin fiż-żoni eliġibbli għal dak il-għan;

    (b)

    la jaqla' u lanqas ma jerġa' jħawwel bil-għan li ż-żona mħawla mill-ġdid jagħmilha eliġibbli għall-produzzjoni tal-għeneb għall-inbejjed bid-DOP speċifika.

    L-applikanti għandhom iwettqu l-impenji msemmija fil-punt (2) għal perjodu taż-żmien limitat li għandu jiġi ffissat mill-Istat Membru u li ma jistax jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.

    B.   Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament

    Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies issodisfat jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    iż-żona/i li jridu jitħawlu mill-ġdid huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-IĠP speċifika taż-żona kkonċernata; jew,

    (2)

    meta ż-żona/i li jridu jitħawlu mill-ġdid huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-IĠP speċifika, l-applikant għandu jwettaq dawn l-impenji:

    (a)

    la juża u lanqas ma jikkummerċjalizza l-għeneb imkabbar f'dawk iż-żoni li jkun għadhom kif tħawlu għall-produzzjoni tal-inbejjed b'IĠP, meta dawn iż-żoni jkunu qegħdin fiż-żoni eliġibbli għal dak il-għan;

    (b)

    la jaqla' u lanqas ma jerġa' jħawwel bil-għan li ż-żona mħawla mill-ġdid jagħmilha eliġibbli għall-produzzjoni tal-għeneb għall-inbejjed bl-IĠP speċifika.

    L-applikanti għandhom iwettqu l-impenji msemmija fil-punt (2) għal perjodu taż-żmien limitat li għandu jiġi ffissat mill-Istat Membru u li ma jistax jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.


    ANNESS II

    IR-REGOLI MARBUTA MAL-KRITERJI TA' PRIJORITÀ ELENKATI FL-ARTIKOLU 64(2)(a) SA (h) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1308/2013 U L-KRITERJI ADDIZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3) TA' DAN IR-REGOLAMENT

    A.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    (1)

    Il-persuni ġuridiċi, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, għandhom jitqiesu konformi ma' dan il-kriterju, jekk jissodisfaw waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)

    persuna fiżika li qed tistabbilixxi tħawwil tad-dwieli għall-ewwel darba u li hija l-kap tal-impriża (“parteċipant ġdid”) teżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika f'termini ta' deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni, il-benefiċċji u r-riskji finanzjarji. Meta fil-kapital jew fil-ġestjoni tal-persuna ġuridika jkunu qed jieħdu sehem diversi persuni fiżiċi, inkluż persuni li mhumiex parteċipanti ġodda, il-parteċipant il-ġdid għandu jkun kapaċi jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul bħal dan, waħdu jew b'mod konġunt ma' persuni oħrajn; jew

    (b)

    meta persuna ġuridika tkun qed tiġi kkontrollata waħedha jew b'mod konġunt minn persuna ġuridika oħra, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) għandhom japplikaw għal kull persuna fiżika li għandha kontroll fuq dik il-persuna ġuridika l-oħra.

    Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' grupp ta' persuni fiżiċi irrispettivament mill-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali.

    (2)

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-kundizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika li fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni ma jkollhiex aktar minn 40 sena (“produttur żagħżugħ”).

    Il-persuni ġuridiċi msemmija fil-punt (1) għandhom jitqiesu konformi mal-kundizzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, jekk fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, il-persuna fiżika msemmija fil-punti (1)(a) u (b) ma jkollhiex aktar minn 40 sena.

    Il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-grupp ta' persuni fiżiċi msemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt (1).

    (3)

    L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-applikanti jimpenjaw ruħhom li matul perjodu ta' ħames snin la jikru u lanqas ma jbigħu ż-żoni li għadhom kif tħawlu lil persuna fiżika jew ġuridika oħra.

    Meta l-applikant ikun persuna ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li matul perjodu ta' ħames snin, l-applikant ma jittrasferix l-eżerċizzju ta' kontroll effettiv u fit-tul tal-impriża f'termini ta' deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni, il-benefiċċji u r-riskji finanzjarji lil persuna/i oħrajn, sakemm dik il-persuna jew dawk il-persuni ma jkunux issodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punti (1) u (2) li applikaw meta ngħataw l-awtorizzazzjonijiet.

    B.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    l-applikant jimpenja ruħu li għal perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin jikkonforma mar-regoli dwar il-produzzjoni organika stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1) u meta applikabbli r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2) fir-rigward taż-żona/i li jridu jitħawlu mill-ġdid jew għall-impriża kollha. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.

    L-Istati Membri jistgħu jqisu dan il-kriterju bħala ssodisfat jekk l-applikanti jkunu diġà vitikulturi waqt is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, u jkunu applikaw b'mod effettiv ir-regoli dwar il-produzzjoni organika msemmija fl-ewwel subparagrafu għaż-żona kollha mħawla bid-dwieli fl-impriża rispettiva għal mill-inqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

    (2)

    l-applikant jimpenja ruħu li jikkonforma ma' waħda minn dawn il-linji gwida jew l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin li fi kwalunkwe każ ma jaqbiżx il-31 ta' Diċembru 2030:

    (a)

    il-linji gwida speċifiċi għall-għelejjel jew għas-setturi għall-ġestjoni integrata tal-pesti li huma adegwati għat-tkabbir tad-dwieli, skont l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), meta dawn il-linji gwida jkunu jeżistu;

    (b)

    l-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni għall-produzzjoni integrata li huma adegwati għall-produzzjoni tal-inbid;

    (c)

    l-iskemi nazzjonali jew reġjonali taċ-ċertifikazzjoni ambjentali li jiċċertifikaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali b'rabta mal-kwalità tal-ħamrija u/jew tal-ilma, il-bijodiversità, il-konservazzjoni tal-pajsaġġ, u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u/jew l-adattament għat-tibdil fil-klima, u li huma rilevanti għall-produzzjoni tal-inbid.

    L-iskemi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jiċċertifikaw li l-bidwi jimxi bi prattiki fl-impriża tiegħu li jikkonformaw mar-regoli definiti b'mod nazzjonali għall-produzzjoni integrata jew għall-għanijiet imsemmija fil-punt (c). Din iċ-ċertifikazzjoni għandhom jagħmluha l-korpi taċ-ċertifikazzjoni akkreditati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u konformi mal-istandards armonizzati rilevanti għal “Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi” jew għal “Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għal korpi li jipprovdu l-awditjar u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni”.

    L-Istati Membri jistgħu jqisu dan il-kriterju bħala ssodisfat jekk l-applikanti jkunu diġà vitikulturi waqt is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, u jkunu applikaw b'mod effettiv il-linji gwida jew l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għaż-żona kollha mħawla bid-dwieli fl-impriża rispettiva għal mill-inqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

    (3)

    meta l-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri jkunu jinkludu tip speċifiku ta' operazzjonijiet “agroambjentali klimatiċi” kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li jkun applikabbli għaż-żoni mħawlin bid-dwieli b'rilevanza għaż-żona speċifika indikata fl-applikazzjoni, u diment li jkun hemm biżżejjed fondi, l-applikant hu eliġibbli u jimpenja ruħu li japplika għal dak it-tip ta' operazzjonijiet għaż-żona li trid titħawwel mill-ġdid u li jikkonforma mal-impenji stabbiliti fil-programmi tal-iżvilupp rurali rispettivi għal dawk it-tipi speċifiċi ta' operazzjonijiet “agroambjentali klimatiċi”.

    (4)

    il-ħbula tar-raba' speċifiċi identifikati fl-applikazzjoni jinsabu fuq għoljiet imtarrġa.

    L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li matul perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin, il-produtturi jimpenjaw ruħhom li la jaqilgħu d-dwieli u lanqas ma jħawluhom mill-ġdid f'żoni li mhumiex konformi ma' dawn il-kundizzjonijiet. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.

    C.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    il-ħbula tar-raba' speċifiċi identifikati fl-applikazzjoni jkunu ġew fil-pussess tal-applikant bi skambji ma' ħbula tar-raba' oħrajn imħawla bid-dwieli fil-qafas ta' proġetti tal-konsolidazzjoni tal-art;

    (2)

    il-ħbula tar-raba' identifikati fl-applikazzjoni ma jkunux tħawlu bid-dwieli, jew tħawlu bid-dwieli li jokkupaw superfiċje iżgħar minn dik mitlufa minħabba l-implimentazzjoni ta' dak il-proġett tal-konsolidazzjoni tal-art;

    (3)

    iż-żona kollha li għaliha tkun intalbet l-awtorizzazzjoni ma għandhiex taqbeż id-differenza, jekk ikun hemm, bejn iż-żona mħawla bid-dwieli fil-ħbula tar-raba' li qabel kienu proprjetà ta' xi ħadd u dik iż-żona identifikata fl-applikazzjoni.

    D.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk il-ħbula tar-raba' speċifiċi identifikati fl-applikazzjoni jkunu qegħdin f'wieħed minn dawn it-tipi ta' żoni:

    (1)

    iż-żoni milquta min-nixfa, bi proporzjon tal-preċipitazzjoni annwali mal-evapotranspirazzjoni potenzjali annwali jkun inqas minn 0,5;

    (2)

    iż-żoni b'għeruq mhux fil-fond sa inqas minn 30 cm;

    (3)

    iż-żoni b'konsistenza tal-ħamrija u natura ġeblija mhux favorevoli, skont id-definizzjoni u l-limiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

    (4)

    iż-żoni b'għoljiet weqfin aktar minn 15 %;

    (5)

    iż-żoni li jinsabu fil-meded muntanjużi li għandhom altitudni ogħla minn 500 m, għajr il-pjanuri għoljin;

    (6)

    iż-żoni li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew fi gżejjer żgħar b'medda totali ta' art li ma taqbiżx il-250 km2 u kkaratterizzati minn limiti strutturali jew soċjoekonomiċi.

    L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li matul perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin, il-produtturi jimpenjaw ruħhom li la jaqilgħu id-dwieli u lanqas ma jħawluhom mill-ġdid f'żoni li ma jġarrbux limiti naturali jew speċifiċi. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sa mhux aktar tard mill-2018 li jeskludu waħda jew aktar miż-żoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-konformità ma' dan il-kriterju ta' prijorità meta ma jkunux f'pożizzjoni li jevalwaw din il-konformità b'mod effettiv.

    E.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk is-sostenibbiltà ekonomika tal-proġett rispettiv tkun stabbilita abbażi ta' waħda jew aktar minn dawn il-metodoloġiji standard ta' analiżi finanzjarja għall-proġetti ta' investiment agrikoli:

    (1)

    il-Valur Preżenti Nett (NPV);

    (2)

    ir-Rata tar-Redditu Interna (IRR);

    (3)

    il-Proporzjon tal-Ispiża u l-Benefiċċji (BCR);

    (4)

    il-Perjodu tar-Ripagament (PP);

    (5)

    il-Benefiċċju Nett Inkrementali (INB).

    Il-metodoloġija għandha tiġi applikata b'mod li tkun adattata għat-tip ta' applikant.

    L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-applikant jistabbilixxi t-tħawwil tad-dwieli ġodda skont il-karatteristiċi tekniċi identifikati fl-applikazzjoni.

    F.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(f) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk il-potenzjal għal aktar kompetittività jkun stabbilit abbażi ta' wieħed minn dawn l-elementi:

    (1)

    iż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid minn vitikultur eżistenti jistgħu jiġġeneraw l-ekonomiji ta' skala għax jonqsu ferm l-ispejjeż għal kull unità li huma speċifiċi għaż-żona mħawla mill-ġdid f'relazzjoni mal-medja tal-vinji li diġà jeżistu fl-impriża jew mal-qagħda medja tar-reġjun;

    (2)

    iż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid minn vitikultur eżistenti jistgħu jiġġeneraw adattament aħjar għad-domanda fis-suq għax jiżdiedu l-prezzijiet miksuba għall-prodotti mkabbra jew għax jiżdied is-suq disponibbli mal-medja tal-vinji li diġà jeżistu fl-impriża jew mal-qagħda medja tar-reġjun;

    (3)

    iż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid minn parteċipant ġdid fis-settur jistgħu jippermettu l-użu ta' mudell tal-produzzjoni agrikola li jħalli aktar qligħ mill-medja tar-reġjun.

    L-Istati Membri jistgħu jagħtu aktar dettalji dwar il-kunsiderazzjonijiet elenkati fil-punti (1), (2) u (3).

    L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-applikant jistabbilixxi t-tħawwil tad-dwieli ġodda skont il-karatteristiċi tekniċi identifikati fl-applikazzjoni.

    G.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk il-ħbula tar-raba' li jridu jitħawlu jkunu qegħdin fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni ta' DOP jew IĠP eżistenti, jekk l-għeneb li jrid jitkabbar ikun maħsub għal inbejjed b'DOP jew IĠP, u tintlaħaq xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    il-ħbula tar-raba' li jridu jitħawlu jkollhom karatteristiċi pedoklimatiċi aħjar, meta mqabbla ma' medja tal-ħbula tar-raba' l-oħrajn imħawla bid-dwieli li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika fl-istess reġjun;

    (2)

    il-varjetà(jiet) tal-għeneb jew il-kloni rispettivi li jridu jitħawlu huma adattati aħjar għall-karatteristiċi pedoklimatiċi speċifiċi tal-ħbula tar-raba' li jridu jitħawlu meta mqabbla mal-ħbula tar-raba' mħawla bid-dwieli li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika, b'karatteristiċi pedoklimatiċi simili u fl-istess reġjun, iżda stabbiliti b'varjetajiet oħrajn jew bi kloni oħrajn tal-istess varjetà(jiet);

    (3)

    il-varjetà(jiet) tal-għeneb jew il-kloni rispettivi li jridu jitħawlu jikkontribwixxu biex tiżdied id-diversità tal-varjetajiet tal-għeneb jew tal-kloni tal-varjetajiet eżistenti fl-istess żona ġeografika tal-produzzjoni tad-DOP jew tal-IĠP;

    (4)

    is-sistemi tat-taħriġ tad-dwieli li jridu jintużaw jew l-istruttura tal-vinja li trid tiġi stabbilita fiż-żoni mħawla mill-ġdid għandhom il-potenzjal li jwasslu għal kwalità aħjar tal-għeneb, meta mqabbla mas-sistemi tat-taħriġ u/jew strutturi li jintużaw l-aktar fl-istess żona ġeografika tal-produzzjoni tad-DOP jew tal-IĠP.

    L-Istati Membri jistgħu jagħtu aktar dettalji dwar il-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (1) sa (4).

    L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-applikant jistabbilixxi t-tħawwil tad-dwieli ġodda skont il-karatteristiċi tekniċi identifikati fl-applikazzjoni.

    L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan il-kriterju ta' prijorità għall-applikazzjonijiet tat-tħawwil ġdid f'żona li tkun ġiet demarkata fil-fajl tekniku li jakkumpanja applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni tal-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika li tkun fil-proċedura nazzjonali preliminari jew waqt il-perjodu tal-iskrutinju tal-Kummissjoni. F'dak il-każ, il-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (1) sa (4) japplikaw mutatis mutandis.

    H.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

    Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk id-daqs tal-impriża tal-applikant waqt l-applikazzjoni jkun konformi mal-limiti li għandhom jistabbilixxu l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali abbażi ta' kriterji oġġettivi. Dawn il-limiti għandhom jiġu stabbiliti bħala:

    (1)

    mhux inqas minn 0,5 ettaru għall-impriżi żgħar;

    (2)

    mhux aktar minn 50 ettaru għall-impriżi medji.

    L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li jkun hemm konformità ma' waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    se jiżdied id-daqs tal-impriża tal-applikant minħabba t-tħawwil il-ġdid;

    (2)

    l-applikant diġà jkollu żona mħawla bid-dwieli, li ma jkunx qed jibbenefika mill-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 62(4) tar-Regolament Nru 1308/2013, waqt is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

    I.   Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament

    I.    “L-imġiba preċedenti tal-produttur”

    Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies issodisfat jekk l-applikant ma jkollux dwieli mħawlin mingħajr l-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mingħajr id-dritt tat-tħawwil kif imsemmi fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li jkun hemm konformità ma' waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    l-ebda awtorizzazzjoni mogħtija lill-applikant skont l-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 1308/2013 ma tkun skadiet minħabba n-nuqqas ta' użu;

    (2)

    l-applikant ma jkunx naqas li jikkonforma ma' xi impenn minn dawk imsemmija fil-Taqsimiet A u B tal-Anness I, fit-Taqsimiet A, B, u D sa G ta' dan l-Anness u fil-punt II ta' din it-Taqsima;

    (3)

    l-applikant ma għandux żoni mħawlin bid-dwieli li ma jkunx għadhom fis-sistema tal-produzzjoni għal mill-inqas tmien snin.

    II.    “Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità”

    Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament (UE) għandu jitqies issodisfat jekk l-applikant ikun persuna ġuridika, irrispettivament mill-forma legali tiegħu, u jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    l-applikant ikun organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ li għandha biss l-għan soċjali bħala l-attività tagħha;

    (2)

    l-applikant juża l-art ikkonfiskata biss biex jilħaq l-għanijiet soċjali tiegħu skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

    L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li l-applikanti konformi ma' dan il-kriterju jimpenjaw ruħhom għal perjodu taż-żmien stabbilit mill-Istat Membru li matulu la jikru u lanqas ma jbigħu ż-żoni mħawla mill-ġdid lil xi persuna fiżika jew ġuridika oħra. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

    (3)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

    (6)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

    (7)  Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).


    ANNESS III

    L-INFORMAZZJONI MINIMA MOGĦTIJA U AĠĠORNATA FIR-REĠISTRU TAL-VINJI U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET MARBUTA MA' DIN L-INFORMAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7

    1.   IL-FAJL TAL-VITIKULTUR

    1.1.   Identifikazzjoni u l-post ġeografiku

    (1)

    L-identità tal-vitikultur (kompatibbli mas-sistema unika għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 68(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u mar-reġistri jew l-informazzjoni miżmuma mill-Istat Membru).

    (2)

    Lista u l-post ġeografiku tal-ħbula tar-raba' tal-vinji kollha li mhumiex meqjusa li għandhom biss żoni tat-tkabbir tad-dwieli mitluqin (identifikazzjoni kompatibbli mas-sistema tal-identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba' msemmija fl-Artikoli 68(1)(b) u 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013).

    1.2.   Il-karatteristiċi taż-żoni mħawla bid-dwieli fil-ħabel tar-raba' tal-vinji

    Din l-informazzjoni dwar kull ħabel tar-raba' tal-vinji għandha tidher b'mod separat fil-fajl tal-vitikultur. Iżda meta jkun possibbli minħabba n-natura uniformi tal-ħbula tar-raba' tal-vinji, l-informazzjoni tista' tkun marbuta ma' bosta ħbula tar-raba' ħdejn xulxin jew ma' parti(jiet) ta' ħbula tar-raba' ħdejn xulxin, diment li dik l-identifikazzjoni ta' kull ħabel tar-raba' tibqa' garantita.

    (1)

    L-identifikazzjoni tal-ħabel tar-raba' tal-vinji: is-sistema tal-identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba' tal-vinji għandha tiġi stabbilita abbażi ta' mapep, dokumenti tar-reġistrazzjonijiet tal-artijiet jew referenzi kartografiċi oħra. Għandhom jintużaw tekniki ta' sistemi kompjuterizzati tal-informazzjoni ġeografika, fosthom ortofotografija mill-ajru jew spazjali, bi standard omoġenju li jiżgura livell ta' preċiżjoni li mill-anqas ikun ekwivalenti għal dak tal-kartografija bi skala ta' 1:5 000 (jew 1:10 000 meta dawn ikunu nkisbu permezz ta' kuntratti fit-tul maqbula qabel Novembru 2012), filwaqt li jitqiesu l-perimetru u l-kundizzjoni tal-ħabel tar-raba'. Dan għandu jiġi stabbilit b'konformità mal-istandards eżistenti tal-Unjoni.

    (2)

    Iż-żona tal-ħabel tar-raba' tal-vinji

    Meta d-dwieli jitkabbru ma' wċuħ oħrajn:

    (a)

    iż-żona sħiħa tal-ħabel ikkonċernat;

    (b)

    iż-żona mħawla bid-dwieli espressa f'termini ta' għelejjel puri (għall-finijiet tal-konverżjoni għandhom jintużaw koeffiċjenti xierqa stabbiliti mill-Istat Membru).

    (3)

    Iż-żona tal-ħabel tar-raba' tal-vinji, jew jekk xieraq, iż-żona espressa f'termini ta' għelejjel puri, b'dan it-tqassim li ġej dwar iż-żoni mħawla bid-dwieli (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, u l-Parti I tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, li jekk tiġi applikata hi l-bażi għall-kalkolu ta' 1 % msemmi fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013):

    (a)

    żoni mħawla bid-dwieli li huma eliġibbli għall-produzzjoni tal-nbid b'DOP;

    (b)

    żoni mħawla bid-dwieli li huma eliġibbli għall-produzzjoni tal-nbid b'IĠP:

    li huma eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'DOP u tal-inbid mingħajr DOP/IĠP;

    li huma eliġibbli biss għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP u tal-inbid mingħajr DOP/IĠP;

    (c)

    żoni mħawla bid-dwieli li huma eliġibbli biss għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr DOP/IĠP iżda jinsabu f'żona ġeografika tal-produzzjoni ta' DOP/IĠP;

    (d)

    żoni mħawla bid-dwieli li huma eliġibbli biss għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr DOP/IĠP iżda jinsabu 'l barra minn żona ġeografika tal-produzzjoni ta' DOP/IĠP;

    (e)

    żoni mħawla bid-dwieli b'destinazzjoni oħra.

    (4)

    Il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid imkabbra, iż-żoni u l-proporzjonijiet korrispondenti stmati fil-ħabel tar-raba' tal-vinji kkonċernat, kif ukoll il-kulur tal-għeneb (informazzjoni kompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)).

    (5)

    Is-sena tat-tħawwil jew, fin-nuqqas tagħha, is-sena stmata tal-ħabel tar-raba' tal-vinji kkonċernat (informazzjoni kompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 1337/2011).

    (6)

    Iż-żona mħawla bid-dwieli li ġiet ristrutturata jew konvertita skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fit-tabelli fil-Partijiet IV, V u VI tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274).

    (7)

    Iż-żona mħawla bid-dwieli li kienet soġġetta għal ħsad bikri skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fit-tabelli fil-Partijiet IV, V u VI tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274).

    L-informazzjoni msemmija fil-punti (6) u (7) trid tinkludi wkoll il-ħbula tar-raba' kollha ristrutturati jew konvertiti jew soġġetti għal ħsad bikri skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Anness IV jew IVa u fl-Anness VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150) (2).

    Meta ż-żoni kollha mħawla bid-dwieli inklużi fil-fajl tal-vitikultur isiru mitluqa jew ikollhom użu ieħor għajr għall-produzzjoni tal-inbid, il-fajl għandu jitneħħa mir-reġistru tal-vinji jew jiġi mmarkat u ż-żoni rispettivi għandhom jitneħħew minn dawk imsemmija fil-punt 1.2 ta' dan l-Anness.

    1.3.   Id-dikjarazzjonijiet

    Id-dikjarazzjoni tal-ħsad (informazzjoni kompatibbli mad-dikjarazzjoni tal-ħsad imsemmija fl-Artikolu 33).

    2.   IL-FAJL TAL-PRODUZZJONI

    2.1.   Identifikazzjoni

    L-identifikazzjoni ta' kull persuna fiżika jew ġuridika jew tal-gruppi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li hija meħtieġa għad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni prevista fl-Artikolu 31.

    2.2.   Id-dikjarazzjonijiet

    (a)

    Id-dikjarazzjoni tal-produzzjoni (informazzjoni kompatibbli mad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 31).

    (b)

    Id-dikjarazzjoni tal-ħażniet (informazzjoni kompatibbli mad-dikjarazzjoni tal-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 32).


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7).

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 tal-15 ta' April 2016 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 23).


    ANNESS IV

    L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI MINIMA MOGĦTIJA FIR-REĠISTRU TAL-VINJI U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET MARBUTA MA' DIN L-INFORMAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7(1)

    1.   IL-FAJL TAL-VITIKULTUR

    1.1.   Identifikazzjoni u l-post ġeografiku

    (1)

    L-awtorizzazzjonijiet mitluba, mogħtija u mhux imħawla, u ż-żona speċifika rispettiva (informazzjoni kompatibbli man-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(2)(a) u fit-tabelli tal-Parti IV tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274).

    (2)

    Id-drittijiet tat-tħawwil miżmuma (għal kull tip) sal-iskadenza għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet kif deċiż mill-Istati Membri (informazzjoni kompatibbli man-notifika li riedet issir sal-1 ta' Marzu 2016 kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 (1) u fit-Tabella A tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament).

    1.2.   Il-karatteristiċi taż-żoni mħawla bid-dwieli fil-ħbula tar-raba' tal-vinji

    Din l-informazzjoni dwar kull ħabel tar-raba' tal-vinji għandha tidher b'mod separat fil-fajl tal-vitikultur. Iżda meta jkun possibbli minħabba n-natura uniformi tal-ħbula tar-raba' tal-vinji, l-informazzjoni tista' tkun marbuta ma' bosta ħbula tar-raba' ħdejn xulxin jew ma' parti(jiet) ta' ħbula tar-raba' ħdejn xulxin, diment li dik l-identifikazzjoni ta' kull ħabel tar-raba' tibqa' garantita.

    (1)

    Iż-żoni li jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin għall-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli:

    (a)

    iż-żoni mħawla jew imħawla mill-ġdid għal finijiet esperimentali (inkluż dawk b'varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li mhumiex klassifikati skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013);

    (b)

    iż-żoni mħawla jew imħawla mill-ġdid għall-mixtliet tat-tilqim.

    (2)

    Fiż-żoni mħawla bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjoni wara l-31 ta' Diċembru 2015, kif ukoll iż-żoni mhux awtorizzati li nqalgħu (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274 u fil-Parti III tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament).

    (3)

    Iż-żoni mħawla bid-dwieli mingħajr dritt tat-tħawwil qabel l-1 ta' Jannar 2016 u t-tħawwil illegali li nqala' (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 u fil-Tabelli 3 u 7 tal-Anness XIII ta' dak ir-Regolament).


    (1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 tas-7 ta' April 2015 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 12).


    ANNESS V

    ID-DOKUMENTI TA' AKKUMPANJAMENT

    A.   REKWIŻITI GĦALL-UŻU TA' DOKUMENT TA' AKKUMPANJAMENT

    L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2) għandha tiġi ppreżentata bil-għamla tal-entrati stabbiliti fil-kolonna 1 ta' din it-tabella li ġejja.

    Għad-dokumenti msemmija fil-punti (a)(i) u (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), dawn l-entrati huma identifikati bin-numri u bl-ittri li jidhru fil-kolonni A u B tat-tabelli fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 (il-kolonna 2 ta' din it-tabella li ġejja).

    Għad-dokumenti msemmija fil-punti (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), dawn l-entrati huma identifikati bin-numri u bl-ittri tar-Regolament (KEE) Nru 3649/92 (il-kolonna 3 ta' din it-tabella li ġejja).

    L-ordni u d-dettalji speċifiċi dwar il-format tal-entrati għandhom jiddeterminawhom l-Istati Membri, abbażi tar-regoli stabbiliti fit-Taqsima B ta' dan l-Anness.

    1

    2

    3

    In-numru ta' referenza: kull konsenja għandu jkollha numru ta' referenza li jidentifikaha fil-kontijiet tal-konsenjatur. Meta applikabbli, dan in-numru għandu jkun in-numru ARC, il-kodiċi MVV jew in-numru ta' referenza tad-dokument ta' akkumpanjament simplifikat assenjati lid-dokument ta' akkumpanjament fil-għamla amministrattiva jew kummerċjali tiegħu.

    Nru 1d

    Nru 2

    Il-konsenjatur: l-isem sħiħ u l-indirizz bil-kodiċi postali u meta xieraq, in-numru tas-sisa tal-magazzinier awtorizzat jew tal-konsenjatur reġistrat kif imdaħħal fis-Sistema tal-Iskambju tad-Dejta dwar is-Sisa (SEED).

    Nru 2

    Nru 1

    Il-post tad-dispaċċ: il-post proprja tad-dispaċċ, jekk l-oġġetti ma jitilqux mill-indirizz mogħti mill-konsenjatur.

    Nru 3

    Nru 1

    Id-destinatarju: l-isem sħiħ u l-indirizz bil-kodiċi postali u meta xieraq, in-numru tas-sisa tal-magazzinier awtorizzat jew tal-konsenjatur reġistrat kif imdaħħal fis-sistema SEED.

    Nru 5

    Nru 4

    Il-post tal-wasla: il-post proprja tal-wasla, jekk l-oġġetti ma jitwasslux fl-indirizz mogħti mid-destinatarju.

    Nru 7

    Nru 7

    L-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-dispaċċ: l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti responsabbli biex tivverifika t-tfassil tad-dokument ta' akkumpanjament fil-post tad-dispaċċ. Dan hu meħtieġ biss jekk id-dispaċċ ikun lejn Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni.

    Nru 10

    Kaxxa A

    It-trasportatur: l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli biex torganizza l-ewwel ġarr (jekk hu differenti mill-konsenjatur).

    Nru 15

    Nru 5

    Detallji oħra tal-ġarr: (A) it-tip tat-trasport użat (trakk, vann, tanker, karozza, vagun tal-ferrovija, tanker tal-ferrovija, ajruplan, bastiment); (B) in-numru tar-reġistrazzjoni jew, fil-każ ta' vapur, ismu (dettalji fakultattivi). Meta l-mezz tat-trasport jinbidel, fuq wara tad-dokument, it-trasportatur li jgħabbi l-prodott għandu jindika: — id-data tad-dispaċċ, — it-tip ta' mezz tat-trasport u n-numru tar-reġistrazzjoni għall-vetturi u l-isem għall-bastimenti, — isimhom, kunjomhom jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz bil-kodiċi postali. Meta jinbidel il-post tal-wasla: il-post proprja tal-wasla.

    Nru 16

    Nru 5

    Il-kodiċi NM

    Nru 17c

    Nru 9

    Deskrizzjoni tal-prodott: skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, b'mod partikolari l-indikazzjonijiet obbligatorji.

    Nru 17p

    Nru 8

    Deskrizzjoni tal-imballaġġi tal-oġġetti: in-numri tal-identifikazzjoni u l-għadd ta' imballaġġi, l-għadd ta' imballaġġi interni. Għal dokumenti oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), id-deskrizzjoni tista' titkompla fuq folja separata li tinhemeż ma' kull kopja. Għal dan il-għan tista' tintuża lista tal-imballaġġi.

    Nru 17.1

    Nru 8

    Għall-ġarr bl-ingrossa: — tal-inbid, il-qawwa alkoħolika proprja — tal-prodotti mhux iffermentati, l-indiċi rifrattiv jew id-densità, — tal-prodotti li jkunu qed jiffermentaw, il-qawwa alkoħolika totali — tal-inbejjed b'kontenut ta' zokkor residwu aktar minn erba' grammi kull litru, apparti l-qawwa alkoħolika proprja, il-qawwa alkoħolika totali.

    Nru 17 g u 17o

    Nru 8

    Indikazzjonijiet fakultattivi għall-ġarr bl-ingrossa: Għall-ġarr bl-ingrossa tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafi 1 sa 9, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-deskrizzjoni tal-prodott għandu jkollha d-dettalji fakultattivi stabbiliti fl-Artikolu 120 ta' dak ir-Regolament, diment li dawn ikunu jidhru fuq it-tikkettar jew ikun previst li jidhru fuq it-tikkettar.

    Nru 17p

    Nru 8

    Il-kwantità: — għall-prodotti bl-ingrossa, il-kwantità netta totali, — għall-prodotti ppakkjati, l-għadd ta' reċipjenti użati.

    Nru 17d/f u 17.l

    Nru 8

    Iċ-ċertifkazzjonijiet: iċ-ċertifikazzjoni tad-DOP, iċ-ċertifikazzjoni tal-IĠP jew iċ-ċertifikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew tal-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid: ara l-Artikoli 11 u 12

    Nru 17 l

    Nru 14

    Il-kategorija tal-prodott tal-inbid

    Nru 17.2a

    Nru 8

    Il-kodiċi taż-żona tal-produzzjoni tal-inbid

    Nru 17.2b

    Nru 8

    Il-kodiċi tal-operazzjoni tal-inbid

    Nru 17.2.1a

    Nru 8

    Ċertifikat — kontrolli waqt l-esportazzjoni, jekk ikun meħtieġ

    Nru 18

    A

    Id-data tad-dispaċċ u, meta jkun stabbilit mill-Istat Membru li l-operazzjoni tal-ġarr tibda fit-territorju tiegħu, il-ħin tad-dispaċċ.

    Nru 18

    Nru 15

    Il-viża tal-korp kompetenti tal-post tad-dispaċċ, għal dokumenti oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), jekk tkun meħtieġa.

    Nru 18

    Nru 15

    B.   STRUZZJONIJIET GĦAT-TFASSIL U L-UŻU TAD-DOKUMENTI TA' AKKUMPANJAMENT

    1.   Ir-regoli ġenerali

    1.1.

    Meta d-dokumenti msemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) ikollhom numru ARC mogħti mis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2008/118/KE, jew kodiċi MMV mogħti mis-sistema tal-informazzjoni stabbilita mill-Istat Membru tad-dispaċċ kif imsemmi fil-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima A għandha tinżamm fis-sistema użata.

    1.2.

    Id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) għandu jkollhom il-logo tal-Unjoni fuq nett bil-kliem “L-Unjoni Ewropea”, isem l-Istat Membru tad-dispaċċ, u l-arma jew il-logo li jidentifika l-Istat Membru tad-dispaċċ.

    Id-dokumenti msemmija fil-punti (a)(i) u (ii) u fl-ewwel inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) jistgħu jinkludu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt.

    1.3.

    Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom jimtlew b'mod leġibbli u li ma jitħassarx. Id-dokument ma għandux ikollu xi tħassir ta' kliem jew kliem miktub fuq xulxin.

    Kull kopja preskritta tad-dokument għandha tkun immarkata bħala “kopja” jew għandu jkollha marka ekwivalenti.

    1.4.

    Jista' jimtela dokument uniku biex jakkumpanja l-ġarr f'konsenja waħda mingħand l-istess konsenjatur waħdieni lill-istess destinatarju waħdieni ta':

    (a)

    diversi lottijiet tal-istess kategorija tal-prodott; jew

    (b)

    diversi lottijiet ta' kategoriji differenti tal-prodott, diment li jkunu f'reċipjenti tikkettati ta' volum nominali ta' mhux aktar minn 60 litru, magħluqa b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.

    1.5.

    Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 17(1) jew meta d-dokument ta' akkumpanjament fil-ġarr timlieh l-awtorità kompetenti, id-dokument għandu jkun validu biss jekk il-ġarr jibda sa mhux aktar tard mill-ħames jum tax-xogħol wara, skont il-każ, id-data tal-validazzjoni jew id-data meta jimtela.

    1.6.

    Meta l-prodotti jinġarru f'kompartimenti separati tal-istess kontejner jew jitħalltu waqt il-ġarr, għandu jimtela dokument ta' akkumpanjament fil-ġarr għal kull porzjon, kemm jekk jinġarru separatament kif ukoll jekk jitħalltu. Dawn id-dokumenti għandhom jindikaw, skont ir-regoli stabbiliti minn kull Stat Membru, l-użu tal-prodott imħallat.

    Iżda l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-konsenjaturi jew lil persuna approvata biex jimlew dokument ta' akkumpanjament wieħed biss għall-prodott kollu miksub mit-taħlit. F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina kif għandha tingħata l-evidenza dwar il-kategorija, l-oriġini u l-kwantità tat-tagħbijiet differenti.

    2.   Regoli speċjali

    2.1.   Indikazzjonijiet li jirreferu għad-deskrizzjoni tal-prodott

    (a)

    It-tip tal-prodott

    Indika t-tip tal-prodott permezz ta' espressjoni konformi mar-regoli tal-Unjoni li tagħti l-aktar deskrizzjoni preċiża tal-prodott, eż: inbid b'DOP/IĠP jew inbid mingħajr DOP/IĠP jew inbid varjetali mingħajr DOP/IĠP jew most tal-għeneb għall-inbid b'DOP/IĠP jew inbid ta' annata ta' kwalità mingħajr DPO/IĠP.

    (b)

    Il-ġarr bl-ingrossa

    Għall-ġarr bl-ingrossa tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafi 1 sa 9, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-deskrizzjoni tal-prodott għandu jkollha d-dettalji fakultattivi stabbiliti fl-Artikolu 120 ta' dak ir-Regolament, diment li dawn ikunu jidhru fuq it-tikkettar jew ikun previst li jidhru fuq it-tikkettar.

    (c)

    Il-qawwa alkoħolika u d-densità

    Għall-ġarr tal-prodotti bl-ingrossa jew f'reċipjenti mhux tikkettati ta' volum nominali sa 60 litru:

    (i)

    il-qawwa alkoħolika proprja tal-inbid, għajr l-inbejjed ġodda li jkunu qed jiffermentaw, jew il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid ġdid li jkun qed jiffermenta u tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat, għandhom jiġu espressi bħala % vol u għexur (10ths) ta' % vol.

    (ii)

    l-indiċi rifrattiv tal-most tal-għeneb għandu jinkiseb permezz tal-metodu tal-kejl rikonoxxut mill-Unjoni. Dan għandu jiġi espress bħala l-kontenut potenzjali tal-alkoħol f'% vol. Dan jista' jinbidel bid-densità espressa fi grammi għal kull cm3;

    (iii)

    id-densità tal-most tal-għeneb frisk b'fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda tal-alkoħol għandha tiġi espressa fi grammi għal kull cm3 u l-qawwa alkoħolika proprja ta' dak il-prodott għandha tiġi espressa f'% vol u għexur ta' % vol;

    (iv)

    il-kontenut taz-zokkor tal-most tal-għeneb ikkonċentrat, il-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat, u l-meraq tal-għeneb ikkonċentrat għandhom jiġu espressi permezz tal-kontenut taż-zokkor totali, fi grammi għal kull litru u għal kull kilogramma;

    (v)

    anki l-qawwa alkoħolika proprja tal-karfa tal-għeneb u tal-fond tal-għeneb tista' tingħata b'mod fakultattiv u tiġi espressa f'litri ta' alkoħol pur kull deċitunnellata.

    Din l-informazzjoni għandha tiġi espressa permezz tat-tabelli ta' ekwivalenza rikonoxxuti mill-Unjoni fir-regoli dwar il-metodi tal-analiżi.

    (d)

    It-tolleranzi

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jistabbilixxu l-limiti għal ċerti prodotti tal-inbid, għandhom ikunu permessi dawn it-tolleranzi li ġejjin:

    (i)

    għall-qawwa alkoħolika proprja jew totali, tolleranza ta' ± 0,2 % vol;

    (ii)

    għad-densità, tolleranza ta' sitt unitajiet aktar jew inqas mar-raba' ċifra wara l-punt deċimali (± 0,0006);

    (iii)

    għall-kontenut taz-zokkor, tolleranza ta' ± 3 %.

    (e)

    Indikazzjonijiet oħra għall-ġarr tal-prodotti bl-ingrossa:

    (i)

    Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid

    Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid imnejn joriġina l-prodott trasportat għandha tiġi indikata b'konformità mal-Appendiċi I tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, b'dawn l-abbrevjazzjonijiet: A, B, C I, C II, C III(a) u C III(b).

    (ii)

    L-operazzjonijiet imwettqa

    L-operazzjonijiet li jgħaddu minnhom il-prodotti trasportati għandhom jiġu indikati fil-parenteżi b'dawn in-numri li ġejjin:

    0.

    il-prodott ma għadda mill-ebda operazzjoni minn dawn li ġejjin;

    1.

    il-prodott sarlu arrikkiment;

    2.

    il-prodott ġie aċidifikat;

    3.

    il-prodott ġie deaċidifikat;

    4.

    il-prodott sar aktar ħelu;

    5.

    il-prodott ġie msaħħaħ għad-distillazzjoni;

    6.

    il-prodott ġie miżjud bi prodott li joriġina minn unità ġeografika oħra għajr dik indikata fid-deskrizzjoni;

    7.

    il-prodott ġie miżjud bi prodott miksub minn varjetà tad-dwieli oħra għajr dik indikata fid-deskrizzjoni;

    8.

    il-prodott ġie miżjud bi prodott imkabbar matul sena oħra għajr dik indikata fid-deskrizzjoni;

    9.

    il-prodott sar bl-użu ta' biċċiet tal-injam tal-ballut;

    10.

    Il-prodott sar bl-użu esperimentali ta' prattika enoloġika ġdida;

    11.

    il-kontenut tal-alkoħol tal-prodott ġie kkoreġut;

    12.

    operazzjonijiet oħra (speċifika). Eżempji:

    (a)

    għall-inbid li joriġina miż-żona B u li ġie msaħħaħ, indika B(5);

    (b)

    għall-most tal-għeneb li joriġina miż-żona C III(b) u li ġie aċidifikat, indika: C III(b)(2).

    Għandhom jingħataw l-indikazzjonijiet dwar iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid u l-operazzjonijiet imwettqa, apparti dawk dwar id-deskrizzjoni tal-prodott u fl-istess kamp viżiv.

    2.2.   Indikazzjonijiet li jirreferu għall-kwantità netta

    (a)

    tal-għeneb, tal-most tal-għeneb ikkonċentrat, tal-most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat, tal-meraq tal-għeneb ikkonċentrat, tal-karfa tal-għeneb u tal-fond tal-inbid f'tunnellati jew f'kilogrammi, għandhom jiġu espressi bis-simboli “t” jew “kg”;

    (b)

    ta' prodotti oħra f'ettolitri jew f'litri, għandhom jiġu espressi bis-simboli “hl” jew “l”.

    Għall-indikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti trasportati bl-ingrossa, hija permessa tolleranza ta' 1,5 % tal-kwantità netta totali.

    C.   IT-TIMBRU SPEĊJALI MSEMMI FIL-PUNT (b)(i) TAL-EWWEL SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 10(3)

    Image

    Image

    1.

    Simbolu tal-Istat Membru

    2.

    L-awtorità kompetenti responsabbli fit-territorju

    3.

    Awtentikazzjoni

    D.   L-INDIKAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 13(2):

    bil-Bulgaru

    :

    Изнесено: Декларация за износ № … от [дата]

    bil-Kroat

    :

    Izvezeno: Izvozna deklaracija br. ….[datum]

    biċ-Ċek

    :

    Vyvezeno: Vývozní prohlášení č. … ze dne [datum]

    bid-Daniż

    :

    Udførsel: Udførselsangivelse-nr.: … af [dato]

    bl-Olandiż

    :

    Uitgevoerd: Uitvoeraangifte nr. … van [datum]

    bl-Ingliż

    :

    Exported: Export declaration No … of [date]

    bl-Estonjan

    :

    Eksporditud: Ekspordideklaratsiooni nr …, … [kuupäev]

    bil-Finlandiż

    :

    Viety: Vienti-ilmoitus nro …, … [päiväys]

    bil-Franċiż

    :

    Exporté: Déclaration d'exportation no … du [date]

    bil-Ġermaniż

    :

    Ausgeführt: Ausfuhranmeldung Nr. … vom [Datum]

    bil-Grieg

    :

    Εξαχθέν: Δήλωση εξαγωγής αριθ. … της [ημερομηνία]

    bl-Ungeriż

    :

    Exportálva: Exportnyilatkozat-sz.: …, [dátum]

    bit-Taljan

    :

    Esportato: Dichiarazione di esportazione n. … del [data]

    bil-Latvjan

    :

    Eksportēts: [datums] Eksporta deklarācija Nr. …

    bil-Litwan

    :

    Eksportuota: Eksporto deklaracija Nr. …, [data]

    bil-Malti

    :

    Esportat: Dikjarazzjoni tal-esportazzjoni Nru … ta' [data]

    bil-Polakk

    :

    Wywieziono: Zgłoszenie eksportowe nr … z dnia [data]

    bil-Portugiż

    :

    Exportado: Declaração de exportação n.o … de [data]

    bir-Rumen

    :

    Exportat: Declarație de export nr. … din [data]

    bis-Slovakk

    :

    Vyvezené: Vývozné vyhlásenie č. … zo dňa [dátum]

    bis-Sloven

    :

    Izvoženo: Izvozna deklaracija št. … z dne [datum]

    bl-Ispanjol

    :

    Exportado: Declaración de exportación n.o … de [fecha]

    bl-Iżvediż

    :

    Exporterad: Export deklaration nr … av den [datum].


    ANNESS VI

    ĊERTIFIKAT TAL-ORIĠINI JEW PROVENJENZA U L-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTTI TAL-INBID, JEW IS-SENA TAL-QTUGĦ TAL-GĦENEB JEW IL-VARJETÀ(JIET) TAL-GĦENEB LI MINNHOM ISIRU L-PRODOTTI U D-DOP JEW L-IĠP TAL-INBEJJED TAL-UNJONI

    (L-Artikoli 11(1) u 12(1))

    PARTI I

    L-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 11(1) jew fl-Artikolu 12(1)(a)

    L-informazzjoni li trid tissemma fil-kaxxa 17 l tad-dokument ta' akkumpanjament jew fid-dokument kummerċjali użati skont l-Artikolu 21(6) tad-Direttiva 2008/118/KE jew skont l-Artikolu 12(1)(a) ta' dan ir-Regolament

    Jiena, hawn taħt iffirmat, responsabbli għall-prodotti elenkati hawn taħt, niċċertifika li ġew magħmulin u bbottiljati fi [Stat Membru jew l-Unjoni Ewropea] u li:

    (1)

    jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikkettar u l-preżentazzjoni b'rabta ma':

    (a)

    id-denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) jew l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) Nru […, …] irreġistrati fir-“reġistru E-Bacchus” stabbilit mill-Unjoni, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009;

    (b)

    is-sena tal-qtugħ tal-għeneb, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (c)

    il-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid (“l-inbejjed varjetali”), skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 81 u 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (2)

    kull prodott hu konformi mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni u r-rilaxx tal-prodotti għall-konsum dirett mill-bniedem skont il-liġi tal-Unjoni;

    (3)

    il-prodotti saru b'metodi tal-produzzjoni approvati u mhux speċifikament għall-fini tal-esportazzjoni; u

    (4)

    il-prodotti huma awtentiċi u tajbin għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni.

    Firma u Data

    L-isem u t-titlu tal-prodottur/proċessur

    Ir-referenza amministrattiva assenjata mill-awtorità kompetenti

    “In-numru ARC” jew “il-kodiċi MVV”

    PARTI II

    Ċertifikat speċifiku għall-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b)

    A.   MUDELL

    ĊERTIFIKAT GĦALL-ESPORTAZZJONI TAL-INBID

    Għall-inbejjed esportati mill-Unjoni Ewropea lejn …

    Dan hu ċertifikat b'diversi użi, stabbilit skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273 użat għal

    iċ-Ċertifikat tal-Oriġini, iċ-Ċertifikat tas-Saħħa u ċ-Ċertifikat tal-Awtentiċità

    L-Unjoni Ewropea

    Image

    2.

    Il-konsenjatur:

    2a.

    Identifikazzjoni:

    A.

    L-esportatur:

    Aa.

    Identifikazzjoni:

    3.

    Il-post tad-dispaċċ:

    A1.

    L-istabbiliment:

    5.

    L-identità tal-mezzi tat-trasport (in-natura):

    6.

    Referenza:

    B.

    L-importatur:

    Ba.

    Il-post tal-wasla:

    17p.

    Deskrizzjoni

    17df.

    Il-kwantità (litri)

    Dettalji

    17 l.

    Ċertifikazzjoni:

    Jiena, hawn taħt iffirmat, responsabbli għal dawn il-prodotti għall-esportazzjoni, nikkonferma din l-informazzjoni li ġejja:

    Il-prodotti elenkati hawn fuq ġew magħmulin u bbottiljati fl-Unjoni Ewropea/fi …

    Kull prodott hu konformi mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni u r-rilaxx tal-prodotti għall-konsum dirett mill-bniedem skont il-liġi tal-UE;

    Il-prodotti saru b'metodi tal-produzzjoni normali u approvati, u mhux speċifikament għall-fini tal-esportazzjoni u

    il-prodotti huma awtentiċi u tajbin għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni Ewropea.

    Il-prodotti elenkati hawn fuq ġew magħmulin u bbottiljati skont ir-regoli tal-UE bħall-inbejjed:

    b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) jew b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) irreġistrati fir-“reġistru E-Bacchus” stabbilit mill-UE skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009;

    b'indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    b'indikazzjoni tal-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid (“l-inbejjed varjetali”), skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 81 u 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    Ċertifikazzjoni kumplimentari (fakultattiva)

    Il-logo tal-lstat Membru

    10.

    L-awtoritajiet tal-kontrolli jikkonfermaw li l-konsenjatur tal-prodotti tal-inbid deskritti f'dan iċ-ċertifikat hu rreġistrat minn u marbut ma' … bl-obbligu li kull prodott tal-inbid jiġi rreġistrat u soġġett għas-superviżjoni u l-ispezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

    18.

    Firma

    Data:

    18a.

    Ir-referenza amministrattiva unika assenjata mill-awtorità kompetenti

    L-isem u t-titlu

    (il-punti (a)(i) u (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273)

    ARC/MVV

    Il-konsenjatur jew ir-rappreżentant li jiċċertifika l-informazzjoni ta' hawn fuq

    (l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273)

    B.   IR-REKWIŻITI GĦALL-UŻU TAĊ-ĊERTIFIKAT SPEĊIFIKU GĦALL-ESPORTAZZJONI

    L-informazzjoni li trid tingħata fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 12(1)(b) għandha tiġi ppreżentata bil-għamla tal-entrati stabbiliti fil-kolonna 1 ta' din it-tabella li ġejja.

    Dawk l-entrati huma identifikati bin-numri u bl-ittri li jidhru fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja:

    1

    2

    Il-konsenjatur: l-isem sħiħ u l-indirizz bil-kodiċi postali

    Identifikazzjoni: in-numru tas-sisa kif imdaħħal fis-Sistema tal-Iskambju tad-Dejta dwar is-Sisa (SEED), jew referenza għan-numru fil-lista jew fir-reġistru kif previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273

    Nru 2

    Il-post tad-dispaċċ: il-post proprja tad-dispaċċ, jekk l-oġġetti ma jitilqux mill-indirizz mogħti mill-konsenjatur.

    Nru 3

    L-esportatur: l-isem sħiħ u l-indirizz

    Nru A

    L-istabbiliment: il-post proprja tad-dispaċċ, jekk l-oġġetti ma jitilqux mill-indirizz mogħti mill-esportatur

    Nru A1

    L-identità tal-mezzi tat-trasport: kontejner, bastiment, ajruplan...

    Nru 5

    Referenza: l-isem u l-identità tal-mezzi tat-trasport

    Nru 6

    L-importatur: l-isem sħiħ u l-indirizz

    Nru B

    Il-post tal-wasla: il-post proprja tal-wasla, jekk l-oġġetti ma jitwasslux fl-indirizz mogħti mill-importatur.

    Nru Ba

    Il-logo tal-Istat Membru tad-dispaċċ u l-isem, l-indirizz u l-punt tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti responsabbli biex tivverifika l-konsenajtur fil-post tad-dispaċċ

    Rekwiżiti speċifiċi fakultattivi: konferma mill-awtoritajiet tal-kontrolli li “Ġie stabbilit kontroll intern tal-kwalità għall-konformità tal-prodotti.

    Nru 10

    Deskrizzjoni tal-prodott: skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, b'mod partikolari l-indikazzjonijiet obbligatorji. Id-dettalji tad-deskrizzjoni jistgħu jingħataw fid-dokumenti separati msemmija f'din il-kaxxa.

    Nru 17p

    Il-kwantità: — għall-prodotti bl-ingrossa, il-kwantità netta totali, — għall-prodotti ppakkjati, l-għadd ta' reċipjenti użati.

    Nru 17d/f

    Ċertifikazzjoni:

    Iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini jew il-provenjenza u l-konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni u r-rilaxx għall-konsum dirett mill-bniedem skont il-liġi tal-Unjoni u bi proċeduri u metodi tal-produzzjoni approvati (prattiki enoloġiċi, aġenti tal-ipproċessar u addittivi);

    Iċ-ċertifikazzjoni tad-DOP jew tal-IĠP, iċ-ċertifikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew tal-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid, skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    Ċertifikazzjoni kumplimentari (fakultattiva): tista' tinhemeż mill-konsenjatur fil-għamla ta' entrati fakultattivi kif ġej:

    Il-kumpanija tiegħi tħaddem sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità

    Il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti msemmija hawn fuq huma awtorizzati fl-UE skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u nazzjonali

    Il-kampjuni tal-prodotti jintgħażlu b'mod aleatorju u jiġu eżaminati f'laboratorji uffiċjali

    Abbażi ta' analiżi minn parti terza, il-livell tar-radjuattività f'termini ta' Caesium 134 + 137 għal dawn il-prodotti ma jaqbiżx [hu] ... Bq/kg (ara d-dokumentazzjoni, ir-rapporti tat-testijiet mehmuża)

    Ċertifikazzjoni oħra

    Nru 17 l

    Il-firma, l-isem u t-titlu tal-firmatarju u d-data tal-firma

    Nru 18

    In-numru ta' referenza: kull ċertifikat għandu jkollu numru ta' referenza li jidentifikah fil-kontijiet tal-konsenjatur. Meta applikabbli, dan in-numru għandu jkun in-numru ARC jew il-kodiċi MVV assenjati lid-dokument ta' akkumpanjament fil-għamla amministrattiva jew kummerċjali tiegħu.

    Nru 18 a


    ANNESS VII

    IR-REKWIŻITI GĦAD-DOKUMENT VI-1 U GĦALL-ESTRATTI VI-2

    PARTI I

    Mudell tad-dokument VI-1 imsemmi fl-Artikolu 22

    1.

    L-esportatur (l-isem u l-indirizz)

    IL-PAJJIŻ TERZ TAL-ĦRUĠ:

    VI-1

    In-numru tas-serje

    DOKUMENT GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-INBID, IL-MERAQ TAL-GĦENEB JEW IL-MOST TAL-GĦENEB FL-UNJONI EWROPEA

    2.

    Id-destinatarju (l-isem u l-indirizz)

    3.

    Timbru tad-dwana (għall-użu uffiċjali tal-UE biss)

    4.

    Il-mezzi tat-trasport u dettalji dwar il-ġarr

    5.

    Il-post tal-ħatt (jekk differenti minn 2)

    6.

    Deskrizzjoni tal-prodott importat

    7.

    Il-kwantità fi l/hl/kg (1)

    8.

    L-għadd ta' reċipjenti

    9.

    ĊERTIFIKAT

    Il-prodott deskritt hawn fuq (2) ☐ huwa/☐ mhuwiex maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem, jikkonforma mad-definizzjonijiet tal-Unjoni jew il-kategoriji ta' prodotti tal-għeneb, u ġie magħmul bi prattiki enoloġiċi (2) ☐ rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV/☐ awtorizzati mill-Unjoni.

    L-isem sħiħ u l-indirizz tal-korp kompetenti:

    Il-post u d-data:

    Timbru:

    Il-firma, l-isem u t-titlu tal-uffiċjal:

    10.

    RAPPORT TA' ANALIŻI (li jiddeskrivi l-karatteristiċi analitiċi tal-prodott deskritt hawn fuq)

    GĦALL-MOST TAL-GĦENEB U GĦALL-MERAQ TAL-GĦENEB

    Id-densità:

    GĦALL-INBID U GĦALL-MOST TAL-GĦENEB LI QED JIFFERMENTA

    Il-qawwa alkoħolika totali:

    Il-qawwa alkoħolika proprja:

    GĦALL-PRODOTTI KOLLHA

    L-estratt niexef totali:

    Id-diossidu tal-kubrit totali:

    L-aċidità totali:

    L-aċidità volatili:

    L-aċidità ċitrika:

    L-isem sħiħ u l-indirizz tal-korp jew dipartimenti maħtura (il-laboratorju):

    Timbru:

    Il-post u d-data:

    Il-firma, l-isem u t-titlu tal-uffiċjal:

    Attribuzzjoni (ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera u l-ħruġ ta' estratti)

    Kwantità

    11.

    In-numru u d-data tad-dokument doganali tar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera u tal-estratt

    12.

    L-isem sħiħ u l-indirizz tad-destinatarju (l-estratt)

    13.

    Timbru tal-awtorità kompetenti

    Disponibbli

     

     

     

    Attribwit

    Disponibbli

     

     

     

    Attribwit

    Disponibbli

     

     

     

    Attribwit

    Disponibbli

     

     

     

    Attribwit

    14.

    Rimarki oħrajn

    PARTI II

    Mudell tal-estratt VI-2 imsemmi fl-Artikolu 22

    L-UNJONI EWROPEA

    L-ISTAT MEMBRU TAL-ĦRUĠ:

    1.

    Il-konsenjatur (l-isem u l-indirizz)

    VI 2

    In-numru tas-serje

    ESTRATT TA' DOKUMENT GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-INBID, IL-MERAQ TAL-GĦENEB JEW IL-MOST TAL-GĦENEB FL-UNJONI EWROPEA

    2.

    Id-destinatarju (l-isem u l-indirizz)

    3.

    Estratt tad-dokument VI-1

    4.

    Estratt tal-estratt VI-2

    Nru

    Nru

    Maħruġ minn (isem il-pajjiż terz):

    Bit-timbru ta' (l-isem sħiħ u l-indirizza tal-uffiċċju doganali fl-Unjoni):

    Fi:

    Fi:

    5.

    Deskrizzjoni tal-prodott importat

    6.

    Il-kwantità fi l/hl/kg (3)

    7.

    L-għadd ta' reċipjenti

    8.

    DIKJARAZZJONI TAL-KONSENJATUR (4)

    Id-dokument VI-1 imsemmi fil-kaxxa 3 ☐/L-estratt imsemmi fil-kaxxa 4 ☐ imtela għad-dokument deskritt hawn fuq u jinkludi:

    ☐ ĊERTIFIKAT li jiddikjara li l-prodott deskritt hawn fuq ☐ huwa/☐ mhuwiex maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem, jikkonforma mad-definizzjonijiet tal-Unjoni jew il-kategoriji ta' prodotti tal-għeneb, u ġie magħmul bi prattiki enoloġiċi (4) ☐ rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV/☐ awtorizzati mill-Unjoni.

    ☐ RAPPORT TA' ANALIŻI li juri li l-prodott għandu dawn il-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:

    GĦALL-MOST TAL-GĦENEB U GĦALL-MERAQ TAL-GĦENEB

    Id-densità:

    GĦALL-INBID U GĦALL-MOST TAL-GĦENEB LI QED JIFFERMENTA

    Il-qawwa alkoħolika totali:

    Il-qawwa alkoħolika proprja:

    GĦALL-PRODOTTI KOLLHA

    L-estratt niexef totali:

    Id-diossidu tal-kubrit totali:

    L-aċidità totali:

    L-aċidità volatili:

    L-aċidità ċitrika:

    ☐ L-APPROVAZZJONI (4) tal-korp kompetenti li tiċċertifika li:

    l-inbid kopert b'dan id-dokument hu ċċertifikat li ġie magħmul fir-reġjun tal-produzzjoni tal-inbid u ngħata l-indikazzjoni ġeografika murija fil-kaxxa 5 skont id-dispożizzjonijiet tal-pajjiż tal-oriġini.

    l-alkoħol miżjud ma' dan l-inbid hu ċċertifikat bħala alkoħol tal-inbid.

    Firma:

    9.

    DWANA

    Id-dikjarazzjoni hi ċċertifikata bħala awtentika

    Il-post u d-data:

    Firma:

    Timbru:

    L-isem sħiħ u l-indirizza tal-uffiċċju doganali kkonċernat:

    Attribuzzjoni (ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera u l-ħruġ ta' estratti)

    Kwantità

    10.

    In-numru u d-data tad-dokument doganali tar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera u tal-estratt

    11.

    L-isem sħiħ u l-indirizz tad-destinatarju (l-estratt)

    12.

    Timbru tal-awtorità kompetenti

    Disponibbli

     

     

     

    Attribwit

    Disponibbli

     

     

     

    Attribwit

    Disponibbli

     

     

     

    Attribwit

    Disponibbli

     

     

     

    Attribwit

    13.

    Rimarki oħrajn

    PARTI III

    Struzzjonijiet biex jimtlew id-dokument VI-1 u l-estratti VI-2

    Id-dokument VI-1 u l-estratti VI-2 għandhom jimtlew b'mod elettroniku jew bl-idejn, jew b'xi mezz tekniku ekwivalenti rikonoxxut minn korp uffiċjali. L-estratti mimlija bl-idejn għandhom isiru bil-linka u b'ittri kbar. Ma għandu jitħalla l-ebda tħassir ta' kliem u l-ebda kliem ma għandu jinkiteb fuq xulxin. Kull tibdil għandu jsir bi qtugħ tad-dettalji skorretti u, meta meħtieġ, b'żieda ta' dettalji ġodda. Kull tibdil b'dan il-mod għandu jkun approvat mill-awtur tiegħu u ttimbrat, skont il-każ, mill-korp kompetenti, mil-laboratorju maħtur jew mill-awtoritajiet doganali.

    A.   L-istampar tad-dokument VI-1 u l-estratti VI-2

    1.

    Id-daqs tal-formoli għandu jkun madwar 210 × 297 mm.

    2.

    Id-dokument jew l-estratti għandhom jiġu stampati b'xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għall-estratti VI-2, il-lingwa tal-estratti għandha tiddeċidiha l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-estratti jridu jiġu ttimbrati.

    B.   It-tlestija tad-dokument VI-1 u tal-estratti VI-2

    Id-dokument jew l-estratti għandhom jimtlew bil-lingwa kif stampati.

    Kull dokument jew estratt għandu jkollu n-numru tas-serje allokat:

    (a)

    fil-każ tad-dokument VI-1, mill-korp kompetenti li jiffirma l-parti taċ-“ċertifikat”,

    (b)

    Fil-każ tal-estratti VI-2, mill-uffiċċju doganali li jittimbrahom.

    C.   Il-kontenut

    Kaxxa 1

    :

    Esportatur: l-isem u l-indirizz sħaħ fil-pajjiż terz ikkonċernat

    Kaxxa 2

    :

    Id-destinatarju: l-isem sħiħ u l-indirizz fl-UE

    Kaxxa 4

    :

    (id-dokument VI-1) Il-mezzi tat-trasport u dettalji dwar il-ġarr:

    Irreferi biss għat-trasport użat għall-ġarr lejn il-punt tad-dħul fit-territorju tal-UE

    Speċifika l-mezz tat-trasport (bil-baħar, bl-ajru, eċċ.), indika isem il-bastiment, eċċ.

    Kaxxa 6

    :

    (il-kaxxa 5 għall-VI-2) Deskrizzjoni tal-prodott importat:

    Id-deżinjazzjoni tal-bejgħ (kif jidher fuq it-tikketta, bħall-isem tal-produttur u r-reġjun tal-produzzjoni tal-inbid, il-marka kummerċjali, eċċ.),

    Isem il-pajjiż tal-oriġini,

    L-isem tal-indikazzjoni ġeografika, jekk l-inbid ikun jikkwalifika għall-indikazzjoni ġeografika,

    Il-qawwa alkoħolika proprja bil-volum,

    Il-kulur tal-prodott (indika “aħmar”, “rożè”, “roża” jew “abjad” biss),

    Il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċi NM).

    PARTI IV

    Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 21(b), l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27

    A.

    Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 21(b):

    L-Awstralja

    Iċ-Ċilì

    B.

    Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 26:

    L-Awstralja

    Iċ-Ċilì

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    C.

    Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 27:

    —.


    (1)  Ħassar kif xieraq.

    (2)  Ixħet salib “X” fil-kaxxa t-tajba.

    (3)  Ħassar kif xieraq.

    (4)  Ixħet salib “X” fil-kaxxa t-tajba.


    Top