Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018Q0925(01)

Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

ĠU L 240, 25.9.2018, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2018/925(1)/oj

25.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/67


EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,

wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b'mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

wara li rat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 63 tiegħu,

billi tqis li minħabba l-implementazzjoni tar-riforma tal-arkitettura ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tirriżulta mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1) u mir-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza f'tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (2), huwa meħtieġ li jiġu adattati r-regoli proċedurali li jiddeterminaw l-eżerċizzju tal-funzjonijiet mogħtija lill-Viċi President tal-Qorti Ġenerali,

bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja,

bil-kunsens tal-Kunsill mogħti fis-16 ta' Lulju 2018,

TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2015 (3) huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 3(3), il-kliem “, tal-Viċi President” huma mħassra.

2.

Fl-Artikolu 28(2), il-kliem “, il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali” huma miżjuda wara “L-awla li lilha tkun assenjata l-kawża”.

Artikolu 2

Dawn l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 tal-imsemmija regoli, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħhom.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-31 ta' Lulju 2018.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


(1)  ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14.

(2)  ĠU L 200, 26.7.2016, p. 137.

(3)  ĠU L 105, 23.4.2015, p. 1.


Top