This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D2012
Council Decision (CFSP) 2018/2012 of 17 December 2018 amending Decision (CFSP) 2015/1333 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2012 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2012 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ST/14809/2018/INIT
ĠU L 322, 18.12.2018, p. 51–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32015D1333 | Sostituzzjoni | artikolu 6 paragrafu 1 | 19/12/2018 | |
Modifies | 32015D1333 | Sostituzzjoni | artikolu 8 paragrafu 1 | 19/12/2018 | |
Modifies | 32015D1333 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 1 | 19/12/2018 |
18.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/2012
tas-17 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. |
(2) |
Fil-5 ta' Novembru 2018 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2441 (2018), fejn afferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu favur is-sovranità, l-indipendenza, l-integrità territorjali u l-unità nazzjonali tal-Libja u ddetermina li s-sitwazzjoni fil-Libja għadha tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. |
(3) |
Il-KSNU ddeċieda li l-awtorizzazzjonijiet previsti fir-Riżoluzzjoni 2146 (2014) tal-KSNU u l-miżuri imposti b'dik ir-Riżoluzzjoni japplikaw fir-rigward ta' bastimenti li jgħabbu, jittrasportaw jew iħottu l-petroleum, inkluż żejt mhux maħdum u prodotti tal-petroleum raffinat, esportati jew li sar tentattiv biex jiġu esportati b'mod illeċitu mil-Libja. |
(4) |
Il-KSNU speċifika wkoll li atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw l-eżitu pożittiv tat-tranżizzjoni politika tal-Libja, jistgħu ukoll jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista. |
(5) |
Hija neċessarja azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri f'din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-paragrafi 5 sa 9 tal-UNSCR 2146 (2014), mal-paragrafu 2 ta' UNSCR 2362 (2017) u mal-paragrafu 2 ta' UNSCR 2441 (2018), jispezzjonaw il-bastimenti ddeżinjati fl-ibħra miftuħa, bl-użu tal-miżuri kollha li jikkorrispondu għaċ-ċirkostanzi speċifiċi, f'konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, skont kif applikabbli, jagħmlu tali spezzjonijiet u jordnaw il-bastiment biex jieħu azzjonijiet adatti sabiex, bil-kunsens tal-Gvern tal-Libja u f'koordinazzjoni miegħu, jirritorna l-petroleum, inkluż żejt mhux maħdum u prodotti tal-petroleum raffinat, lil-Libja.”; |
(2) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta' persuni ddeżinjati u soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 ta' UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 23 ta' UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 ta' UNSCR 2174 (2014), il-paragrafu 11 ta' UNSCR 2213 (2015), il-paragrafu 11 ta' UNSCR 2362 (2017) u l-paragrafu 11 tal-UNSCR 2441 (2018), kif elenkat fl-Anness I.”; |
(3) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej: “1. Għandhom jiġu ffriżati l-fondi, assi finanzjarji oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati minn, direttament jew indirettament, persuni u entitajiet iddeżinjati u soġġetti għal iffriżar tal-assi mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 ta' UNSCR 1970 (2011), il-paragrafi 19 u 23 ta' UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 ta' UNSCR 2174 (2014), il-paragrafu 11 ta' UNSCR 2213 (2015), il-paragrafu 11 ta' UNSCR 2362 (2017) u l-paragrafu 11 ta' UNSCR 2441 (2018), kif elenkat fl-Anness III.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KÖSTINGER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).