Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1611

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1611 tal-25 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

    ST/12713/2018/INIT

    ĠU L 268, 26.10.2018, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1611/oj

    26.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1611

    tal-25 ta' Ottubru 2018

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

    (2)

    Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, jenħtieġ li dawk il-miżuri restrittivi jiġu estiżi sas-27 ta' Ottubru 2019.

    (3)

    Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-grad militari ta' tnejn mill-persuni elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi aġġornata.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 8(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta' Ottubru 2019. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, skont kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

    (2)

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BOGNER-STRAUSS


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).


    ANNESS

    ANNESS

    LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 4

     

    Isem

    (u psewdonomi possibbli)

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Kaptan Moussa Dadis CAMARA

    d.t.t: 1.1.64 jew 29.12.68

    Pass: R0001318

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    2.

    Kurunell Moussa Tiégboro CAMARA

    d.t.t: 1.1.68

    Pass: 7190

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    3.

    Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

    d.t.t: 26.2.57

    Pass: 13683

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    4.

    Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ

     

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    5.

    Kurunell Jean-Claude PIVI (psewdonomu Coplan)

    d.t.t: 1.1.60

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea


    Top