EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1603

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1603 tat-18 ta' Settembru 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili

ST/11351/2017/INIT

ĠU L 268, 26.10.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1603/oj

Related international agreement

26.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1603

tat-18 ta' Settembru 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2234 (2), il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili (minn hawn 'il quddiem, il-“Ftehim”) ġie ffirmat fil-5 ta' Diċembru 2016, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

L-istrateġija tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, li l-għan tagħha huwa, minn naħa waħda, li jiġi żviluppat l-użu ta' din it-teknoloġija u l-provvista ta' servizzi assoċjati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' servizz ta' awmentazzjoni bis-satellita (SBAS) awtonomu għall-benefiċċju tal-ASECNA u, min-naħa l-oħra u b'mod aktar ġenerali, li jiġi promoss l-użu tar-radjunavigazzjoni bis-satellita fil-kontinent Afrikan, hija segwita b'mod attiv fil-qafas tal-Ftehim.

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi assoċjati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili huwa approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jipproċedu għad-depożitu, f'isem l-Unjoni, tal-istrument ta' approvazzjoni (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  Approvazzjoni tat-3 ta' Lulju 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2234 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar- radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal- ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 1).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top