EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1599

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1599 tal-15 ta' Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore

ST/7970/2018/INIT

ĠU L 267, 25.10.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1599/oj

Related international agreement

25.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1599

tal-15 ta' Ottubru 2018

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' April 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta' kummerċ ħieles (FTA) mal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN). Dik l-awtorizzazzjoni pprevediet il-possibbiltà ta' negozjati bilaterali.

(2)

Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tmexxi negozjati bilaterali dwar FTA ma' Stati Membri individwali tal-ASEAN, li jibdew b'Singapore, li kellhom isiru skont id-direttivi attwali ta' negozjar.

(3)

In-negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (il-Ftehim) ġew konklużi, u l-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal konklużjoni f'data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top