Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1255

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1255 tat-18 ta' Settembru 2018 li taħtar tliet membri u erba' membri supplenti, proposti mir-Repubblika Slovakka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/11297/2018/INIT

    ĠU L 237, 20.9.2018, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1255/oj

    20.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 237/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1255

    tat-18 ta' Settembru 2018

    li taħtar tliet membri u erba' membri supplenti, proposti mir-Repubblika Slovakka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Slovakk,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar is-17 ta' Frar 2017, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/312 (4), is-Sur Radoslav ČUHA ġie sostitwit mis-Sur Miroslav BENKO bħala membru supplenti.

    (2)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Pavol FREŠO, is-Sur Augustín HAMBÁLEK u s-Sur István ZACHARIAŠ saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Martin BERTA, is-Sur Tibor MIKUŠ, is-Sur Miroslav BENKO u s-Sur Richard TAKÁČ saru vakanti s-siġġijiet ta' erba' membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

    (a)

    bħala membri:

    Is-Sur Juraj DROBA, Chairman of Bratislava Self-Governing Region,

    Is-Sur Rastislav TRNKA, Chairman of Košice Self-Governing Region,

    Is-Sur József BERÉNYI, Vice - Chairman of Trnava Self-Governing Region,

    (b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sinjura Erika JURINOVÁ, Chairman of Žilina Self-Governing Region,

    Is-Sur Jaroslav BAŠKA, Chairman of Trenčín Self-Governing Region,

    Is-Sur Ján BELJAK, Member of Banská Bystrica Regional Parliament,

    Is-Sur Jozef VISKUPIČ, Chairman of Trnava Self-Governing Region.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. BLÜMEL


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/312 tas-17 ta' Frar 2017 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Slovakka, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 45, 23.2.2017, p. 12).


    Top