Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0684

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/684 tal-4 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/2629

    ĠU L 116, 7.5.2018, p. 47–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/684/oj

    7.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 116/47


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/684

    tal-4 ta' Mejju 2018

    li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu.

    Billi:

    (1)

    Il-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2) skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

    (2)

    Diversi Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni l-listi ta' faċilitajiet li jkunu awtorizzati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti. L-Istati Membri kkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni dejta aġġornata rigward faċilitajiet diġà inklużi f'dik il-lista.

    (3)

    Għalhekk huwa xieraq li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2323 tiġi emendata.

    (4)

    Fir-rigward tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiżi terzi li għalihom tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti u tal-evidenza ta' sostenn li tingħata jew tinġabar għadha għaddejja. Ladarba l-valutazzjoni tintemm, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni b'rabta ma' dawk il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu barra mill-Unjoni.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 qed jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).


    ANNESS

    IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA' RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 16(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013

    Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru tal-Unjoni

    Isem il-faċilità

    Il-metodu tar-riċiklaġġ

    It-tip u d-daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

    Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

    Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1)

    L-ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew rriċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità, espress bħala LDT (2)

    Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3)

    Il-BELĠJU

    NV Galloo Recycling Ghent

    Scheepszatestraat 9

    9000 Gent

    Il-Belġju

    Telefon: +32 92512521

    Posta elettronika: peter.wyntin@galloo.com

    Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 265 metru

     

    Il-wisa': 36 metru

     

    Il-pixka: 12,5 metru

     

    Approvazzjoni taċita, b'perjodu massimu ta' 30 jum

    34 000  (4)

    Il-31 ta' Marzu 2020

    ID-DANIMARKA

    Fornæs ApS

    Rolshøjvej 12-16

    8500 Grenå

    Id-Danimarka

    www.fornaes.dk

    L-iżmantellar mal-moll u l-iskreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 150 metru

     

    Il-wisa': 25 metru

     

    Il-pixka: 6 metri

     

    GT: 10 000

    Il-Muniċipalità ta' Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż f'faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

    Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

    30 000  (5)

    It-30 ta' Ġunju 2021

    Smedegaarden A/S

    Vikingkaj 5

    6700 Esbjerg

    Id-Danimarka

    www.smedegaarden.net

    L-iżmantellar mal-moll u l-iskreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 170 metru

     

    Il-wisa': 40 metru

     

    Il-pixka: 7,5 metru

     

    Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

    20 000  (6)

    Il-15 ta' Settembru 2021

    L-ESTONJA

    OÜ BLRT Refonda Baltic

    Fil-wiċċ mal-moll u dokk f'wiċċ l-ilma

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 197 metru

     

    Il-wisa': 32 metru

     

    Il-pixka: 9,6 metri

     

    GT: 28 000

    Il-permess għall-iskart Nru L.JÄ/327249. Il-liċenzja ta' ġestjoni tal-iskart perikoluż Nru 0222. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, Il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Is-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali, Il-Ġestjoni tal-Iskart tal-EP 4.4.6-1-13

    Il-faċilità tista' tirriċikla biss dawn il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata.

    Approvazzjoni taċita, b'perjodu massimu ta' 30 jum

    21 852  (7)

    Il-15 ta' Frar 2021

    SPANJA

    DDR VESSELS XXI, S.L.

    Il-port ta' “El Musel”

    Gijon

    Spanja

    Telefon: +34 630144416

    Posta elettronika: abarredo@ddr-vessels.com

    Rampa għall-iżmantellar

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013, ħlief bastimenti nukleari.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

    It-tul: 84,95 metru

    (Vapuri sa 169,9 metru li waqt it-tħaddim tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx, skont ir-riżultat ta' studju tal-vijabilità ddettaljat)

    Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

    Mhi definita l-ebda proċedura espliċita s'issa.

    0 (8)

    It-28 ta' Lulju 2020

    FRANZA

    Démonaval Recycling

    ZI du Malaquis

    Rue François Arago

    76580 LE TRAIT

    Telefon: + 33 769791280

    Posta elettronika: patrick@demonaval-recycling.fr

    Laterali, baċir imbattal mill-ilma

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

     

    It-tul: 140 metru

     

    Il-wisa': 25 metru

     

    Il-fond: 5 metri

    Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

    Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

    0 (9)

    Il-11 ta' Diċembru 2022

    GARDET & DE BEZENAC Recycling/Groupe BAUDELET ENVIRONNEMENT — GIE MUG

    616, Boulevard Jules Durand

    76600 Le Havre

    Franza

    Telefon: +33 235951634

    Posta elettronika: infos@gardet-bezenac.com

    F'wiċċ l-ilma u fl-iskal

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 150 metru

     

    Il-wisa': 18-il metri

     

    LDT: 7 000

    Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

    Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

    16 000  (10)

    It-30 ta' Diċembru 2021

    Grand Port Maritime de Bordeaux

    152, Quai de Bacalan — CS 41320 — 33082 Bordeaux Cedex

    Franza

    Telefon: +33 556905800

    Posta elettronika: maintenance@bordeaux-port.fr

    Laterali, baċir imbattal mill-ilma

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

     

    It-tul: 240 metru

     

    Il-wisa': 37 metru

     

    Il-fond: 17-il metru

    Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

    Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

    18 000  (11)

    Il-21 ta' Ottubru 2021

    Les Recycleurs tal-Bretagne

    Zone Industrielle de Kerbriant — 29 610 Plouigneau

    Franza

    Telefon: +33 298011106

    Posta elettronika: navaleo@navaleo.fr

    Laterali, baċir imbattal mill-ilma

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

     

    It-tul: 225 metru

     

    Il-wisa': 34 metru

     

    Il-fond: 27 metru

    Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

    Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

    5 500  (12)

    L-24 ta' Mejju 2021

    IL-LATVJA

    A/S “Tosmares kuģubūvētava”

    Ģenerāļa Baloža street 42/44, Liepaja, LV-3402

    Il-Latvja

    Telefon: +371 63401919

    Posta elettronika: shipyard@tosmare.lv

    L-iżmantellar ta' bastimenti (irmiġġ fl-ilma u baċir imbattal mill-ilma)

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 165 m

     

    Il-wisa': 22 m

     

    Il-fond: 7 m

     

    DWT:14 000

     

    GT: 200 — 12 000

     

    Il-piż: 100 — 5 000  tunnellati

     

    LDT: 100 -5 000

    Ara l-permess nazzjonali Nru LI10IB0024.

    Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

    0 (13)

    Il-Il-Ħamis, 11 ta' Ġunju 2020

    IL-LITWANJA

    UAB APK

    Minijos 180 (post ta' rmiġġ133 A), LT 93269, Klaipėda,

    Il-Litwanja

    Telefon: +370 46365776

    Faks: +370 46365776

    Posta elettronika: uab.apk@gmail.com

    Laterali (irmiġġ fl-ilma)

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 130 metru

     

    Il-wisa': 35 metru

     

    Il-fond: 10 metri

     

    GT: 3 500

    Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1–15/2015

    Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

    1 500  (14)

    Is-17 ta' Marzu 2020

    UAB Armar

    Minijos 180 (il-postijiet ta' rmiġġ 127 A, 131 A), LT 93269, Klaipėda,

    Il-Litwanja

    Telefon: +370 68532607

    Posta elettronika: armar.uab@gmail.com; albatrosas33@gmail.com

    Laterali (irmiġġ fl-ilma)

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (post ta' rmiġġ 127 A):

     

    It-tul: 80 metru

     

    Il-wisa': 16-il metru

     

    Il-fond: 6 metri

     

    GT: 1 500

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (post ta' rmiġġ 131 A):

     

    It-tul: 80 metru

     

    Il-wisa': 16-il metru

     

    Il-fond: 5 metri

     

    GT: 1 500

    Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-16/2015 (post ta' rmiġġ 127 A)

    Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

    3 910  (15)

    Is-17 ta' Marzu 2020

    (il-post ta' rmiġġ 127 A),

    Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 (post ta' rmiġġ 131 A)

    Id-19 ta' April 2022

    (il-post ta' rmiġġ 131 A),

    UAB Vakaru refonda

    Minijos 180 (il-postijiet ta' rmiġġ 129, 130, 131 A, 131, 132, 133 A), LT 93269, Klaipėda,

    Il-Litwanja

    Telefon: +370 (46) 483940/483891

    Faks: +370 (46) 483891

    Posta elettronika: refonda@wsy.lt

    Laterali (irmiġġ fl-ilma)

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 230 metru

     

    Il-wisa': 55 metru

     

    Il-fond: 14-il metru

     

    GT: 70 000

    Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015

    Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

    20 140  (16)

    Il-21 ta' Mejju 2020

    IN-NETHERLANDS

    Keppel-Verolme

    Prof. Gerbrandyweg 25

    3197 KK Rotterdam-Botlek

    In-Netherlands

    Telefon: +31 181234353

    Posta elettronika: mzoethout@keppelverolme.nl

    Tkissir ta' bastimenti

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 405 metri

     

    Il-wisa': 90 metru

     

    Il-fond: 11,6 metru

    Is-sit għadu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

    Approvazzjoni espliċita

    52 000  (17)

    Il-21 ta' Lulju 2021

    Scheepssloperij Nederland B.V.

    Havenweg 1; 3295 XZ s-Gravendeel

    Postbus 5234; 3295 ZJ s-Gravendeel

    In-Netherlands

    Telefon: +31 786736055

    Posta elettronika: info@sloperij-nederland.nl

    Tkissir ta' bastimenti

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 200 metru

     

    Il-wisa': 33 metru

     

    Il-fond: 6 metri

     

    Għoli: 45 metru (Botlekbridge)

    L-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ jibdew fuq l-ilma biex il-buq jitħaffef; il-winċ biex iqandel il-vapuri għal fuq ir-rampa jiflaħ 2 000  tunnellata.

    Is-sit għadu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

    Approvazzjoni espliċita

    9 300  (18)

    Is-27 ta' Settembru 2021

    IL-POLONJA

    ALMEX Sp. Z o.o.

    ul. Ks. Stanislawa Kujota 1

    70-605 Szczecin

    Il-Polonja

    Telefon: +48 914624862

    indirizz elettroniku: biuro@almex-recycling.pl

    almex-recycling.pl

    Mollijiet u postijiet tar-riċiklaġġ fuq l-interfaċċja bejn l-art u l-baħar

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 120 metru

     

    Il-wisa': 20 metru

     

    Il-fond: 6 metri

     

    DWT: 6 000

     

    GT: 2 500

     

    LDT: 2 500

    Ara l-permess WOŚ.II.7243.7.4.2014.IB

    Approvazzjoni espliċita

    4 000  (19)

    It-28 ta' April 2018

    Stocznia Marynarki Wojennej S.A.

    ul. Śmidowicza 48,

    81-127 Gdynia

    Il-Polonja

    Telefon: +48 586258318

    indirizz elettroniku: mrybka@navship.pl

    www.navship.pl

    Irmiġġ fl-ilma, baċir imbattal mill-ilma, mollijiet u postijiet tar-riċiklaġġ fuq l-interfaċċja bejn l-art u l-baħar

    Bastimenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 100 m

     

    Il-piż: 2 500  tunnellata

    (bastimenti itqal għandhom bżonn li jiġu parzjalment żmantellat. L-iżmantellar parzjali jibda fuq l-ilma biex il-qoxra titħaffef)

    Ara l-permess DROŚ S.7243.24.2016.EB

    Approvazzjoni espliċita

    5 000  (20)

    It-28 ta' April 2018

    IL-PORTUGALL

    Navalria — Docas, Construções e Reparações Navais

    Porto Comercial, Terminal Sul, Apartado 39, 3811-901 Aveiro

    Il-Portugall

    Telefon: +351 234378970, +351 232767700

    Posta elettronika: info@navalria.pt

    Żarmar fil-baċir imbattal mill-ilma,

    id-dekontaminazzjoni u l-iżmantellar fuq pjan orizzontali u inklinat, skont id-daqs tal-bastiment

    Il-kapaċità nominali tal-pjan orizzontali: 700 tunnellata

    Il-kapaċità nominali tal-pjan inklinat: 900 tunnellata

     

    Il-kundizzjonijiet applikati għall-attività huma definiti fl-ispeċifikazzjonijiet annessi mat-Titolu (AL nru 5/2015/CCDRC, tas-26 ta' Jannar 2016)

    1 900  tunnellata (21)

    Is-26 ta' Jannar 2020

    IR-RENJU UNIT

    Able UK Limited

    Teesside Environmental Reclamation and Recycling Centre

    Graythorp Dock

    Tees Road

    Hartlepool

    Cleveland

    TS25 2DB

    Ir-Renju Unit

    Telefon: +44 1642806080

    Posta elettronika: info@ableuk.com

    L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

    Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 337,5 metru

     

    Il-wisa': 120 metru

     

    Pixka: 6,65 metri

    Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

    Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/VP3296ZM) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

    Approvazzjoni espliċita

    66 340  (22)

    Is-6 ta' Ottubru 2020

    Harland and Wolff Heavy Industries Limited

    Queen's Island

    Belfast

    BT3 9DU

    Ir-Renju Unit

    Telefon: +44 2890458456

    Posta elettronika: trevor.hutchinson@harland-wolff.com

    L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

    Kull bastiment bid-dimensjonijiet iddettaljati fil-Pjan ta' Ħidma miftiehem.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

    Il-baċir prinċipali (l-ikbar) huwa ta' 556 m × 93 m × 1,2 m DWT, u jista' jieħu bastimenti li ma jaqbżux dan il-qies. Dan l-akbar baċir imbattal mill-ilma huwa ta' 1,2 miljun DWT.

    Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

    Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' liċenzja għall-ġestjoni tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/07/21/V2 li tillimita l-operazzjonijiet u tagħmel kundizzjonjiet fuq l-operatur tal-faċilità.

    Approvazzjoni espliċita

    13 200  (23)

    It-3 ta' Awwissu 2020

    Swansea Drydock Ltd

    Prince of Wales Dry Dock

    Swansea

    Wales

    SA1 1LY

    Ir-Renju Unit

    Telefon: +44 1792654592

    Posta elettronika: info@swanseadrydocks.com

    L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

    Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

    Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

     

    It-tul: 200 metru

     

    Il-wisa': 27 metru

     

    Pixka: 7 metri

    Is-sit għandu Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

    Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/UP3298VL) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

    Approvazzjoni espliċita

    7 275  (24)

    It-2 ta' Lulju 2020


    (1)  Kif hemm referenza fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

    (2)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

    (3)  Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.

    (4)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

    (5)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

    (6)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

    (7)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

    (8)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 60 000 LDT fis-sena.

    (9)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

    (10)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 18 000 LDT fis-sena.

    (11)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 23 000 LDT fis-sena.

    (12)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 10 000 LDT fis-sena.

    (13)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

    (14)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.

    (15)  Skont il-permessi tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 12 000 LDT fis-sena (6 000 LDT post ta' rmiġġ).

    (16)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 45 000 LDT fis-sena.

    (17)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 100 000 tunnellata fis-sena.

    (18)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 45 000 LDT fis-sena.

    (19)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 10 000 LDT fis-sena.

    (20)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 10 000 LDT fis-sena.

    (21)  Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti.

    (22)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 230 000 tunnellata fis-sena.

    (23)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 300 000 tunnellata fis-sena.

    (24)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 74 999 tunnellata fis-sena.


    Top