This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0142
Commission Implementing Decision (EU) 2018/142 of 15 January 2018 amending Implementing Decision 2014/762/EU laying down rules for the implementation of Decision No 1313/2013/EU of the European Parliament and of the Council on a Union Civil Protection Mechanism (notified under document C(2018) 71) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/142 tal-15 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (notifikata bid-dokument C(2018) 71) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/142 tal-15 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (notifikata bid-dokument C(2018) 71) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/0071
ĠU L 25, 30.1.2018, p. 40–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014D0762 | Żieda | anness II SECTION 18 | 16/01/2018 | |
Modifies | 32014D0762 | Żieda | anness II SECTION 19 | 16/01/2018 | |
Modifies | 32014D0762 | Żieda | anness II SECTION 20 | 16/01/2018 | |
Modifies | 32014D0762 | Żieda | anness II SECTION 21 | 16/01/2018 | |
Modifies | 32014D0762 | Sostituzzjoni | anness III | 16/01/2018 | |
Modifies | 32014D0762 | Sostituzzjoni | anness V TABL | 16/01/2018 | |
Modifies | 32014D0762 | Sostituzzjoni | anness V Test | 16/01/2018 | |
Modifies | 32014D0762 | Sostituzzjoni | artikolu 16 punt 8 | 16/01/2018 | |
Modifies | 32014D0762 | Żieda | artikolu 2 punt 6 | 16/01/2018 |
30.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/40 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/142
tal-15 ta' Jannar 2018
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
(notifikata bid-dokument C(2018) 71)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (2) tiddefinixxi l-għanijiet ta' kapaċità, ir-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà u l-proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-Kapaċità Ewropea għar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (EERC) kif ukoll ir-rekwiżiti ġenerali għall-moduli tal-protezzjoni ċivili. |
(2) |
In-nuqqas serju ta' timijiet mediċi ta' emerġenza u timijiet ta' intervent oħrajn relatati mas-saħħa matul il-kriżi tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent wassal biex inħoloq il-kunċett ta' Korp Mediku Ewropew, li jiddeskrivi l-parti mill-EERC li tista' tiġi mobilizzata għal operazzjonijiet ta' reazzjoni f'każ ta' emerġenzi ta' mard u li jkollhom konsegwenzi fuq is-saħħa. L-għan huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni bħala tali li tirreaġixxi għal emerġenzi ta' mard u li jkollhom konsegwenzi fuq is-saħħa li jegħlbu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi affettwati waħedhom, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni. |
(3) |
Ir-rekwiżiti għal moduli ta' protezzjoni ċivili jeħtieġ li jieħdu kont ta' proċessi internazzjonali rikonoxxuti, bħalma huma l-inizjattiva tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa sabiex tikklassifika Timijiet Mediċi ta' Emerġenza u l-linji gwida stabbiliti permezz tal-Grupp Internazzjonali għall-Pariri dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ (INSARAG). |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE tinkariga lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tivvaluta l-adegwatezza tal-għanijiet ta' kapaċità tagħha, ir-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà kif ukoll il-proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni tar-riżorsi fl-EERC mill-inqas kull sentejn u biex tirrevedihom jekk ikun meħtieġ. Il-proċess ta' ċertifikazzjoni tar-riżorsi għandu jiġi aġġustati biex titqies l-esperjenza miksuba tul il-perjodu inizjali. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt (6) li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 8 jiġi ssostitwit b'dan li ġej: “8. Iċ-ċertifikazzjoni ta' modulu, skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċità oħra ta' reazzjoni jew espert għandha tiġi evalwata mill-ġdid mhux aktar tard wara li jkunu għaddew ħames (5) snin, jekk l-assi jiġi sottomess għar-reġistrazzjoni mill-ġdid fl-EERC.” |
(3) |
L-Anness II huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
(4) |
L-Anness III huwa sostitwit bit-test kif stipulat fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. |
(5) |
L-Anness V huwa emendat kif stipulat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Christos STYLIANIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE tas-16 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom (ĠU L 320, 6.11.2014, p. 1).
ANNESS I
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE qiegħed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Tiġi miżjuda t-taqsima (18) kif ġej: “18. Tim mediku ta' emerġenza (TME) tat-tip 1 (fiss): Kura ta' Emerġenza għal outpatients
|
(2) |
Tiġi miżjuda t-taqsima (19) kif ġej: “19. Tim mediku ta' emerġenza (TME) tat-tip 1 (mobbli): Kura ta' Emerġenza għal outpatients
|
(3) |
Tiġi miżjuda t-taqsima (20) kif ġej: “20. Tim Mediku ta' Emerġenza (TME) tat-Tip 2: Kura inpatient Kirurġika ta' Emerġenza
|
(4) |
Tiġi miżjuda t-taqsima (21) kif ġej: “21. Tim Mediku ta' Emerġenza (TME) tat-Tip 3: Kura inpatient b'riferiment
|
ANNESS II
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE qiegħed jiġi emendat kif ġej:
ANNESS III
L-GĦANIJIET TA' KAPAĊITÀ TAL-EERC
Moduli
Modulu |
Għadd ta' moduli disponibbli simultanjament għall-iskjerament (1) |
HCP (Ippumpjar ta' kapaċità għolja) |
6 |
MUSAR (Tfittix u salvataġġ urban medju — 1 għal kundizzjonijiet kesħin) |
6 |
WP (Purifikazzjoni tal-ilma) |
2 |
FFFP (Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ajruplani) |
2 |
AMP (Kariga medika avvanzata) |
2 (2) |
ETC (Kamp Temporanju ta' Emerġenza) |
2 |
HUSAR (Tiftix u salvataġġ urban intensiv) |
2 |
CBRNDET (Detezzjoni u kampjunar tas-CBRN) |
2 |
GFFF (Tifi tan-nar mill-art fil-foresti) |
2 |
GFFF-V (Tifi tan-nar mill-art fil-foresti bl-użu tal-vetturi) |
2 |
CBRNUSAR (USAR f'kundizzjonijiet CBRN) |
1 |
AMP-S (Kariga medika avvanzata bil-kirurġija) |
1 (2) |
FC (kontroll ta' għargħar) |
2 |
FRB (Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes) |
2 |
MEVAC (Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru) |
1 |
FHOS (Sptar fuq il-post) |
1 (2) |
FFFH (Modulu tat-tifi tan-nar mill-ajru fil-foresti bl-użu ta' ħelikopters) |
2 |
TME fiss tat-tip 1 (Tim mediku ta' emerġenza tat-tip 1: Kura ta' Emerġenza għal outpatients – fissa) |
5 |
TME mobbli tat-tip 1 (Tim mediku ta' emerġenza tat-tip 1: Kura ta' Emerġenza għal outpatients – mobbli) |
2 |
TME tat-tip 2 (Tim mediku ta' emerġenza tat-tip 2: Kura inpatient Kirurġika ta' Emerġenza |
3 |
TME tat-tip 3 (Tim mediku ta' emerġenza tat-tip 3: Kura inpatient b'riferiment) |
1 |
Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ
Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ |
Numru ta' TAST disponibbli simultanjament għall-iskjerament (1) |
TAST (Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ) |
2 |
Mezzi oħra ta' reazzjoni
Mezzi oħra ta' reazzjoni |
Numru ta' mezzi oħra ta' reazzjoni disponibbli simultanjament għall-iskjerament (1) |
Timijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-muntanji |
2 |
Timijiet ta' tiftix u salvataġġ fl-ilma |
2 |
Timijiet għal tiftix u salvataġġ fl-għerien |
2 |
Timijiet b'tagħmir speċjalizzat għal tiftix u salvataġġ, eż. robots ta' tiftix |
2 |
Timijiet b'vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ |
2 |
Timijiet ta' reazzjoni għal inċidenti marittimi |
2 |
Timijiet tal-inġinerija strutturali, li jwettqu valutazzjonijiet tal-ħsara u s-sikurezza, il-valutazzjoni ta' bini li għandu jitwaqqa/jissewwa, il-valutazzjoni ta' infrastruttura, irfid għal żmien qasir |
2 |
Appoġġ fl-evakwazzjonijiet: jinkludi timijiet għall-ġestjoni tal-informazzjoni u l-loġistika |
2 |
Tifi tan-nar: timijiet konsultattivi/ta' valutazzjoni |
2 |
Timijiet ta' dekontaminazzjoni CBRN |
2 |
Laboratorji mobbli għal emerġenzi ambjentali |
2 |
Timijiet jew pjattaformi ta' komunikazzjoni biex jerġgħu jkunu stabbiliti l-komunikazzjonijiet f'żoni remoti |
2 |
Mezzi separati għall-Evakwazzjoni Medika bl-ajru permezz ta' Ajruplani u Ħelikopter fl-Ewropa jew madwar id-dinja |
2 |
Kapaċità Miżjuda ta' Kenn: unitajiet għal 250 persuna (50 tinda); inkl. l-unità awtosuffiċjenti għall-ġestjoni tal-persunal |
100 |
Kit ta' Kenn b'Kapaċità Miżjuda: unitajiet għal 2 500 persuna (500 tinda); b'għodod li jistgħu jiġu akkwistati lokalment |
6 |
Pompi tal-ilma li kapaċi jippumpjaw mill-inqas 800 litru/min |
100 |
Ġeneraturi tal-enerġija ta' 5-150 kW Ġeneraturi tal-enerġija ta' aktar minn 150 kW |
100 10 |
Mezzi ta' kontra t-tniġġiż tal-baħar |
kif meħtieġ |
Timijiet mediċi ta' emerġenza għal kura speċjalizzata |
8 |
Laboratorji tal-bijosikurezza mobbli |
4 |
Kapaċità tal-Inġinerija Permanenti |
1 |
Kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskji identifikati |
kif meħtieġ |
(1) |
Biex tiġi żgurata din id-disponibbiltà, tkun possibbli l-għażla li wieħed jirreġistra għadd ogħla ta' mezzi fl-EERC (eż. f'każ ta' rotazzjoni). Bl-istess mod, f'każ li l-Istati Membri jagħmlu aktar mezzi disponibbli, jista' jiġi reġistrat numru ogħla fl-EERC. |
(2) |
Għal dan it-tip ta' modulu, l-għażla li wieħed jirreġistra għadd ogħla ta' mezzi fl-EERC m'għandhiex tkun possibbli. L-għan tal-kapaċità għal dan it-tip ta' modulu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019. |
ANNESS III
L-Anness V tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE qiegħed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej: “PROĊEDURA TA' ĊERTIFIKAZZJONI U REĠISTRAZZJONI GĦALL-EERC” |
(2) |
It-tabella fl-aħħar tal-anness tiġi sostitwita bit-test li ġej: “PASSI TA' ĊERTIFIKAZZJONI
|