This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0141
Council Decision (CFSP) 2018/141 of 29 January 2018 amending Decision 2011/72/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Tunisia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad-29 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad-29 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
ĠU L 25, 30.1.2018, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32011D0072 | 30/01/2018 | 31/01/2019 | ||
Modifies | 32011D0072 | Sostituzzjoni | anness Test | 30/01/2018 | |
Modifies | 32011D0072 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 30/01/2018 |
30.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/141
tad-29 ta' Jannar 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1). |
(2) |
Il-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK japplikaw sal-31 ta' Jannar 2018. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2019. Jenħtieġ li tiġi emendata l-entrata ta' persuna waħda. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2019. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”. |
(2) |
l-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PORODZANOV
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).
ANNESS
L-entrata għall-persuna li ġejja li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt:
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
“5 |
Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI |
Tuneżin, twieled f'Tuneż fit-2 ta' Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur tal-NIC Nru 04682068 |
Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi Tuneżini minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex jikkawża telf lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika, l-ex President Ben Ali, bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u għal kompliċità fir-reat ta' riċezzjoni minn uffiċjal pubbliku ta' fondi pubbliċi li kien jaf li ma kinux dovuti, u li ġew użati għall-benefiċċju personali tiegħu jew ta' membri tal-familja tiegħu.” |