Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0114

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/114 tas-16 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja (notifikata bid-dokument C(2018) 87) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/0087

    ĠU L 20, 25.1.2018, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/114/oj

    25.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 20/11


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/114

    tas-16 ta' Jannar 2018

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja

    (notifikata bid-dokument C(2018) 87)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 20(p) u (t) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li, għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal, il-kontenut tal-laħam dgħif irid jiġi vvalutat permezz ta' metodi ta' gradazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni u jistgħu jiġu awtorizzati biss metodi ta' valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta' parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-majjal. Jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tal-metodi ta' gradazzjoni tkun soġġetta għall-konformità ma' tolleranza massima għall-iżbalji statistiċi fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija ddefinita fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (2).

    (2)

    Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE (3), ġie awtorizzat l-użu ta' seba' metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja.

    (3)

    Spanja talbet lill-Kummissjoni tawtorizza metodu ieħor ġdid għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha, u ppreżentat deskrizzjoni ddettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, u indikat il-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dan il-metodu, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tiegħu u l-ekwazzjoni użata biex jiġi vvalutat il-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008.

    (4)

    Eżami ta' dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' dan il-metodu ta' klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li dan il-metodu ta' klassifikazzjoni jiġi awtorizzat fi Spanja.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE tiġi emendata kif xieraq.

    (6)

    Jenħtieġ li ma jkunux permessi l-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta' klassifikazzjoni, sakemm id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma tkunx tawtorizzahom b'mod espliċitu.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) fi Spanja:

    (a)

    l-apparat “Fat-O-Meat'er (FOM)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 1 tal-Anness;

    (b)

    l-apparat “Fully automatic ultrasonic carcase grading (Autofom)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness;

    (c)

    l-apparat “Ultrafom 300” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness;

    (d)

    l-apparat “Automatic vision system (VCS2000)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 4 tal-Anness;

    (e)

    l-apparat “Fat-O-Meat'er II (FOM II)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 5 tal-Anness;

    (f)

    l-apparat “AutoFOM III” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 6 tal-Anness;

    (g)

    il-“metodu manwali (ZP)” b'riga u l-metodi ta' valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 7 tal-Anness;

    (h)

    l-apparat “CSB-Image-Meater” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 8 tal-Anness.

    Il-metodu manwali ZP b'riga, imsemmi fil-punt (g) tal-ewwel paragrafu, għandu jiġi awtorizzat biss għall-biċċeriji:

    (a)

    li fihom ma jinqatlux iktar minn 500 majjal fil-ġimgħa fuq bażi medja annwali; u

    (b)

    li jkollhom linja tal-qatla li fiha ma jkunux jistgħu jiġu pproċessati aktar minn 40 majjal fis-siegħa.

    (*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).”."

    (2)

    l-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE tad-19 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 79).


    ANNESS

    Fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE, tiżdied il-Parti 8 li ġejja:

    Parti 8

    CSB-IMAGE-MEATER

    1.

    Ir-regoli previsti f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘CSB-Image-Meater’.

    2.

    Is-“CSB Image-Meater” jikkonsisti, b'mod partikulari, minn vidjowkamera, kompjuter mgħammar b'kard għall-analiżi tal-immaġni, skrin, printer, mekkaniżmu użat għall-kmand, mekkaniżmu għar-rata u interfaċċi. L-erba' fatturi varjabbli tas-“CSB Image-Meater” kollha jitkejlu f'nofs il-linja tal-parti tal-perżut (madwar il-muskolu msejjaħ gluteus medius); unità ċentrali taqleb il-valuri li jitkejlu fi stima tal-perċentwali tal-laħam dgħif.

    3.

    Il-kontenut tal-laħam dgħif ta' karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

    Ŷ = 68,39920953 – (0,39050694 × F) – (0,32611391 × V4F) + (0,07864716 × M) – (0,00762296 × V4M)

    fejn:

    Ŷ

    =

    il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f'karkassa;

    F

    =

    il-ħxuna tax-xaħam bħala l-irqaq saff fuq il-muskolu msejjaħ gluteus medius (f'millimetri);

    V4F

    =

    il-ħxuna medja tax-xaħam tas-saff kollu tal-bejken li jinsab fuq l-erba' vertebri lombari (imsejħin ‘VaF’, ‘VbF’, ‘VcF’ u ‘VdF’ rispettivament) (f'millimetri);

    M

    =

    il-ħxuna tal-laħam mit-tarf kranjali tal-muskolu msejjaħ gluteus medius sal-kanal vertebrali (f'millimetri);

    V4M

    =

    il-ħxuna medja tal-laħam 'il fuq mill-erba' vertebri lombari (imsejħin ‘VaM’, ‘VbM’, ‘VcM’ u ‘VdM’ rispettivament) (f'millimetri).

    Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramm (piż tal-karkassa sħuna).”


    Top