EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0009

Deċiżjoni (UE) 2018/9 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017

ĠU L 3, 6.1.2018, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/9/oj

6.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/7


DEĊIŻJONI (UE) 2018/9 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 14, it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġini ta' Kontinġenza sal-livell ta' 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġini ta' Kontinġenża għall-2017 (3).

(3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill immobilizzaw il-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 li jippermetti l-finanzjament 'il fuq mil-livelli limiti ta' impenn ta' EUR 1 906 150 960, li minnhom EUR 1 1176 030 960 għall-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).

(4)

Il-baġit għall-2018 jirrikjedi żieda fil-flessibbiltà u għalhekk it-tpaċija tal-Marġini ta' Kontinġenza immobilizzat fl-2017 hu aġġustat biex inaqqas l-ammont ta' tpaċija fl-Intestatura 5 fl-2018 u jintroduċi kumpens korrispondenti fl-Intestatura 5 fl-2020,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/344 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017 (4) hu emendat kif ġej:

(a)

fis-sentenza introduttorja “2019” hi mibdula b'“2020”;

(b)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

2018: Intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 318 000 000;”;

(c)

għandu jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

2020: Intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 252 000 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistipula l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-30 ta' Ġunju 2016 dwar aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f'konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING (COM(2016) 311).

(4)  ĠU L 50, 28.2.2017, p. 57.


Top