This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2295
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/2295 of 4 September 2017 supplementing Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for disclosure of encumbered and unencumbered assets (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2295 tal-4 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2295 tal-4 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/5959
ĠU L 329, 13.12.2017, p. 6–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 27/06/2021; Imħassar b' 32021R0637
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Completion | 32013R0575 | 02/01/2018 | |||
Completion | 32013R0575 | 02/01/2019 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32021R0637 | 28/06/2021 |
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2295
tal-4 ta' Settembru 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 443 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ħarġet linji gwida dwar id-divulgazzjoni ta' assi gravati u assi mhux gravati fis-27 ta' Ġunju 2014 (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida tad-Divulgazzjoni tal-EBA” (2)). It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprevedi li l-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-divulgazzjoni tal-valur tal-karta tal-bilanċ għal kull skopertura mqassmin skont il-kwalità tal-assi u l-ammont totali tal-valur tal-karta tal-bilanċ li mhux gravat, b'kont meħud tar-Rakkomandazzjoni ESRB/2012/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-finanzjament ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (“Rakkomandazzjoni ESRB/2012/2”) (3) u skont il-konsiderazzjoni tal-EBA fir-rapport tagħha li tali divulgazzjoni addizzjonali toffri informazzjoni affidabbli u sinifikanti. Ir-rapport tal-EBA dwar l-aggravar ta' assijiet (4) ikkonkluda li d-divulgazzjoni ta' aggravar fl-Unjoni hija importanti peress li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq li jifhmu u janalizzaw aħjar il-profili ta' likwidità u ta' solvenza tal-istituzzjonijiet u jqabblu dawn il-profili fl-Istati Membri kollha b'mod ċar u konsistenti. Fuq il-bażi ta' dawn il-konklużjonijiet, l-EBA żviluppat abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex jiġi żgurat approċċ totalment armonizzat għad-divulgazzjoni tal-aggravar ta' assijiet. |
(2) |
Il-Linji Gwida ta' Divulgazzjoni tal-EBA jkopru kemm assi gravati u dawk mhux gravati. Dan huwa minħabba li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi li r-Rakkomandazzjoni ESRB/2012/2, u b'mod partikolari r-Rakkomandazzjoni D - Trasparenza tas-swieq dwar l-aggravar ta' assijiet (“ir-Rakkomandazzjoni D”) tiġi kkunsidrata. Il-punt 1(a) tar-Rakkomandazzjoni D jirrakkomanda d-divulgazzjoni ta' assi gravati u dawk mhux gravati. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistipula wkoll li r-Rakkomandazzjoni ESRB/2012/2 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-iżvilupp tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmija f'dak is-subparagrafu. Barra minn hekk, assi gravati għandhom jiġu inklużi f'tali standards biex jiġi żgurat li d-divulgazzjoni obbligatorja toffri informazzjoni affidabbli u sinifikanti. Għalhekk, kemm assi gravati u dawk mhux gravati u għandhom jiġu divulgati. |
(3) |
L-EBA kienet irrakkomandata fir-Rakkomandazzjoni D biex tiżgura li fl-iżvilupp tal-Linji Gwida ta' Divulgazzjoni tal-EBA, li l-livell u l-evoluzzjoni ta' assi gravati għal banek ċentrali, kif ukoll l-ammont ta' assistenza ta' likwidità mogħtija minn banek ċentrali, ma jistgħux jiġu skoperti. Dak il-parir tqies ukoll f'dan ir-Regolament. |
(4) |
Assi gravati jew kollateral riċevut u elementi oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu mirhuna biex jassiguraw il-finanzjament. Għalhekk, sabiex tippermetti lill-parteċipanti fis-suq li jifhmu u janalizzaw aħjar il-profili ta' likwidità u ta' solvenza tal-istituzzjonijiet u aċċess għall-informazzjoni dwar assi biex jiġi żgurat finanzjament, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiddivulgaw l-aggravar tta' assijiet tal-assi kollha fil-karta tal-bilanċ u l-gravami tal-elementi li mhumiex fil-karta tal-bilanċ separatament. Id-divulgazzjoni għandha tkun relatata mat-tipi kollha ta' kollateral riċevut, li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet kollha fi u mhux fil-karta tal-bilanċ indipendentement mill-maturità tagħhom, inklużi l-operazzjonijiet kollha ma' banek ċentrali. Filwaqt li l-assi divulgati bħalaassi gravati jinkludu assi gravati bħala riżultat tal-operazzjonijiet kollha ma' kull kontroparti (inklużi l-banek ċentrali), m'hemmx bżonn li jiġi divulgat l-aggravar li jirriżulta minn operazzjonijiet ma' banek ċentrali separatament mill-aggravar li jirriżulta minn operazzjonijiet ma' kontropartijiet oħra. Dan huwa bla ħsara għal-libertà għall-banek ċentrali li jistabbilixxu l-modalitajiet għad-divulgazzjoni ta' assistenza ta' likwidità f'emerġenza. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi promossa l-komparabbiltà u t-trasparenza, id-dispożizzjonijiet relatati mal-mudelli ta' divulgazzjoni dwar l-aggravar jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet tar-rappurtar dwar il-gravami previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (5). Madankollu, sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati (bħal pereżempju l-abbiltà li jiġi identifikat finanzjament ta' emerġenza mill-bank ċentrali), xi devjazzjonijiet huma meħtieġa. B'mod partikolari, u b'kont meħud tar-Rakkomandazzjoni D, id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar l-ammont ta' assi gravati u mhux gravati jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valuri medji aktar milli fuq valuri f'punt ta' żmien partikolari kif meħtieġ fl-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Bl-istess mod, il-livell ta' granularità tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata għal valuri speċifiċi u tranżazzjonijiet jenħtieġ li jkun inqas minn dak tar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 680/2014. Barra minn hekk, peress li l-aggravar ta' assijiet jiddependi ħafna fuq il-profil tar-riskju u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni kkonċernata, id-dejta kwantitattiva jenħtieġ li tkun issupplimentata b'informazzjoni narrattiva. |
(6) |
Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni għal assi gravati u mhux gravati u, b'mod partikolari, ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni fir-rigward ta' assi trasferiti, assi mirhuna u kollateral li ma jidhirx fil-karta bilanċjali u depożitat, għandhom japplikaw flimkien ma' kwalunkwe rekwiżiti ta' divulgazzjoni skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni proporzjonata tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet iżgħar li ma jkollhomx livelli materjali ta' aggravar ta' assijiet, informazzjoni dwar il-kwalità ta' assi gravati u mhux gravati m'għandhiex tkun mitluba minn tali istituzzjonijiet iżgħar. L-informazzjoni dwar il-kwalità tal-assi gravati u mhux gravati (“indikaturi tal-kwalità tal-assi”) hija bbażata fuq il-karatteristiċi tal-kwalità tal-assi attribwiti għal assi ta' likwidità estremament għolja u ta' kwalità ta' kreditu u assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin, kif definiti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (6). Hekk kif ditti tal-investiment li ma jifformawx parti minn grupp bankarju mhumiex koperti b'dak ir-Regolament ta' Delega u, peress li, meta kumpaniji tal-investiment jagħmlu parti minn grupp bankarju, l-informazzjoni rilevanti tiġi divulgata fuq bażi konsolidata, huwa xieraq ukoll li d-ditti ta' investiment ikunu eżenti milli jiddivulgaw informazzjoni dwar il-kwalità ta' assi gravati u mhux gravati, biex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati. |
(8) |
Minħabba n-novità tar-rekwiżit li tingħata informazzjoni dwar l-indikaturi tal-kwalità tal-assi, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni ta' tali indikaturi jenħtieġ li tiġi differita b'sena, biex tippermetti lill-istituzzjonijiet biex jiżviluppaw is-sistemi meħtieġa tal-IT. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-EBA lill-Kummissjoni. |
(10) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rekwiżiti ta' divulgazzjoni għall-istituzzjonijiet kollha
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' assi gravati u mhux gravati skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli skont it-tip ta' assi fil-kolonni C010, C040, C060 u C090, il-Formola A tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni tal-kollateral riċevut skont it-tip ta' assi fil-kolonni C010 u C040 tal-Formola B tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-obbligazzjonijiet assoċjati mal-assi gravati u l-kollateral riċevut kif stipulat fil-Formola C tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni narrattiva dwar l-impatt tal-mudell tan-negozju tagħhom fuq il-livell tagħhom ta' aggravar u l-importanza ta' gravami fil-mudell tan-negozju tagħhom kif stipulat fil-Mudell D tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 2
Rekwiżiti ta' divulgazzjoni addizzjonali għal ċerti istituzzjonijiet
1. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiddivulgaw:
(a) |
l-indikaturi tal-kwalità tal-assi skont it-tip ta' assi fil-kolonni C030, C050, C080 u C100, kif stipulat fil-Mudell A tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II; |
(b) |
l-indikaturi tal-kwalità tal-assi skont it-tipi ta' kollateral riċevut u titoli ta' dejn maħruġa, inklużi bonds koperti u titoli ggarantiti b'assi (ABSs) fil-kolonni C030 u C060 kif stipulat fil-Mudell B tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-assi totali tagħhom, ikkalkulati b'konformità mal-paragrafu 10 tal-punt 1.6 tal-Anness XVII għar-Regolament (UE) Nru 680/2014, jammonta għal aktar minn EUR 30 biljun; |
(b) |
Il-livell ta' aggravar ta' assijiet, ikkalkulat b'konformità mal-paragrafu 9 tal-punt 1.6 tal-Anness XVII għar-Regolament (UE) Nru 680/2014, huwa aktar minn 15 %. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 2 għandu japplika minn mit-2 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Linji gwida dwar id-divulgazzjoni tal-assi gravati u mhux gravati (EBA/GL/2014/03).
(3) ĠU C 119, 25.4.2013, p. 1.
(4) Ir-Rapport tal-EBA dwar l-interess ta' garanzija tal-assi, Settembru 2015.
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
Formoli ta' divulgazzjoni
Formola A: Assi gravati + mhux gravati
Formola A - Assi gravati + mhux gravati
|
Ammont riportat ta' assi gravati |
Il-valur ġust ta' assi gravati |
Ammont riportat ta' assi gravati |
Valur ġust ta' assi gravati |
|||||
|
li minnhom EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli |
|
li minnhom EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli |
|
li minnhom EHQLA u HQLA |
|
li minnhom EHQLA u HQLA |
||
010 |
030 |
040 |
050 |
060 |
080 |
090 |
100 |
||
010 |
Assi tal-istituzzjoni li tirrapporta |
|
|
|
|
|
|
|
|
030 |
Strumenti ta' ekwità |
|
|
|
|
|
|
|
|
040 |
Titoli ta' dejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
050 |
li minnhom: bonds koperti |
|
|
|
|
|
|
|
|
060 |
li minnhom: titoli garantiti b'assi |
|
|
|
|
|
|
|
|
070 |
li minnhom: maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
080 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji |
|
|
|
|
|
|
|
|
090 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
|
|
|
|
|
|
|
120 |
Assi oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
121 |
li minnhom: … |
|
|
|
|
|
|
|
|
Formola B: Kollateral irċevut
Formola B — Kollateral irċevut
|
Valur ġust ta' kollateral gravat irċevut jew titoli tad-dejn proprji maħruġa |
Mhux gravati |
|||
Valur ġust ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa disponibbli għal gravami |
|||||
|
li minnhom EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli |
|
li minnhom EHQLA u HQLA |
||
010 |
030 |
040 |
060 |
||
130 |
Kollateral irċevut mill-istituzzjoni li tirrapporta |
|
|
|
|
140 |
Self fuq talba |
|
|
|
|
150 |
Strumenti ta' ekwità |
|
|
|
|
160 |
Titoli ta' dejn |
|
|
|
|
170 |
li minnhom: bonds koperti |
|
|
|
|
180 |
li minnhom: titoli garantiti b'assi |
|
|
|
|
190 |
li minnhom: maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi |
|
|
|
|
200 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji |
|
|
|
|
210 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
|
|
|
220 |
Self u ħlas bil-quddiem li ma jkunx self fuq talba |
|
|
|
|
230 |
Kollateral irċevut ieħor |
|
|
|
|
231 |
li minnhom: … |
|
|
|
|
240 |
Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew titoli garantiti b'assi |
|
|
|
|
241 |
Bonds proprji koperti u titoli ggarantiti b'assi maħruġa u għadhom mhux mirhuna |
|
|
|
|
250 |
ASSI TOTALI, KOLLATERAL RIĊEVUT U TITOLI TA' DEJN PROPRJI MAĦRUĠA |
|
|
|
|
Formola C: Sorsi ta' gravami
Formola C — Sorsi ta' gravami
|
Obbligazzjonijiet imqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli mislufa |
Assi, kollateral irċevut u proprju titoli ta' dejn maħruġa għajr bonds koperti u ABSs gravati |
|
010 |
030 |
||
010 |
Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji |
|
|
011 |
li minnhom: … |
|
|
Formola D: Informazzjoni narrattiva ta' akkumpanjament
Formola D — Informazzjoni narrattiva ta' akkumpanjament
Informazzjoni narrattiva dwar l-impatt tal-mudell tan-negozju fuq assi gravati u l-importanza ta' gravami għall-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni, li jipprovdi lill-utenti l-kuntest għad-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-Formola A sa C.
ANNESS II
Struzzjonijiet għall-mili tal-formoli tad-divulgazzjoni
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-entrati msemmija fit-Tabelli 1 sa 7 bl-istess mod kif irrappurtat skont l-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014, sakemm ma jkunx previst mod ieħor b'mod speċifiku f'dawk it-tabelli. L-entrati msemmija fil-punt 1 għandhom jiġu divulgati bl-użu ta' valuri medji. Valuri medji għandhom ikunu medji kontinwi ta' kull tliet xhur matul it-tnax-il xahar preċedenti u għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' interpolazzjoni. Meta d-divulgazzjonijiet iseħħu fuq bażi konsolidata, il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni se jkun il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni prudenzjali kif definit fl-Ewwel Parti, Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Formola A - Assi gravati u mhux gravati
Tabella 1: Struzzjonijiet rigward ringieli speċifiċi tal-Formola A
Ringieli |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
010 |
L-assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar [Standards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1.9 (a), Gwida għall-Implimentazzjoni (IG) 6] Assi totali tal-istituzzjoni rreġistrata fil-karta bilanċjali tagħha, bl-eċċezzjoni ta' titoli ta' dejn proprji u strumenti ta' ekwità proprji meta l-istandards ta' kontabbiltà applikabbli jippermettu r-rikonoxximent tagħhom fil-karta bilanċjali. Il-valur iddivulgat f'din ir-ringiela jkun il-medjan tas-somom ta' erba' valuri fi tmiem kull tliet xhur matul it-tnax-il xahar preċedenti għar-ringieli 030, 040 u 120. |
030 |
Strumenti ta' ekwità Il-valuri medjani mill-entrata “Strumenti ta' ekwità” kif irrappurtati fir-ringiela 030 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti proprji ta' ekwità meta l-istandards ta' kontabbiltà applikabbli jippermettu r-rikonoxximent tagħhom fil-karta bilanċjali. |
040 |
Titoli ta' dejn Il-valuri medjani mill-entrata “Titoli ta' dejn” kif irrappurtati fir-ringiela 040 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, bl-eċċezzjoni tat-titoli ta' dejn proprji meta l-istandards ta' kontabbiltà applikabbli jippermettu r-rikonoxximent tagħhom fil-karta bilanċjali. |
050 |
li minnhom: bonds koperti Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: bonds koperti” kif irrappurtati fir-ringiela 050 fil-Mudell F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
060 |
li minnhom: titoli garantiti b'assi Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: titoli garantiti b'assi” kif irrappurtati fir-ringiela 060 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
070 |
li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi” kif irrappurtati fir-ringiela 070 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
080 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji” kif irrappurtati fir-ringiela 080 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
090 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji” kif irrappurtati fir-ringiela 090 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
120 |
Assi oħrajn Il-valur medjan tal-assi oħra tal-istituzzjoni rreġistrati fil-karta bilanċjali għajr dawk imsemmija fir-ringieli ta' hawn fuq u differenti minn titoli ta' dejn proprju u strumenti ta' ekwità ta' dejn proprju li ma jistgħux jiġu derikonoxxuti mill-karta bilanċjali permezz ta' istituzzjoni mhux tal-IFRS. F'dan il-każ, strumenti ta' dejn proprju jkunu inklużi fir-ringiela 240 tal-Formola B u l-istrumenti ta' ekwità proprja esklużi mir-rappurtar tal-interess ta' gravami. Assi oħrajn jinkludu flus fl-idejn (iż-żamma ta' karti tal-flus u muniti nazzjonali u barranin fiċ-ċirkolazzjoni li jintużaw b'mod komuni biex isiru pagamenti), self fuq talba [IAS 1.54 (i)] li jinkludi l-bilanċi riċevibbli fuq talba f'banek ċentrali u istituzzjonijiet oħra kif irrappurtat fil-Formola 020 fil-Mudell F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi oħra jinkludu wkoll self u avvanzi għajr self fuq talba, inkluż self ipotekarju kif irrapportat fir-ringieli 100 u 110 tal-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi oħra jistgħu jinkludu wkoll assi intanġibbli, inkluż avvjament, assi ta' taxxa differiti, assi ta' proprjetà, impjanti u assi fissi oħrajn, assi derivattivi, tranżazzjonijiet ta' retroriakkwist u self bl-istokk riċevibbli. Meta assi sottostanti u assi tal-aggregazzjoni ta' kopertura ta' titoli miżmuma abbażi ta' assi (ABS) u bonds koperti huma self fuq talba jew f'forma ta' self u avvanzi oħra għajr self fuq talba, huma għandhom ukoll ikunu inklużi f'din ir-ringiela. |
121 |
li minnhom: … Fejn rilevanti fil-kuntest tal-użu tagħhom ta' gravami fir-rigward tal-mudell tan-negozju tagħhom, l-istituzzjonijiet jistgħu jidentifikaw separatament il-valur medjan ta' xi komponent ta' “Assi oħrajn” bħal f'ringiela “li minnhom”. |
Tabella 2: Struzzjonijiet rigward kolonni speċifiċi tal-Formola A
Kolonni |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
010 |
Ammont riportat ta' assi gravati Il-valur medjan tal-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni li huma gravati skont il-punt 1.7 tal-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Ammont riportat tfisser l-ammont rappurtat fin-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali. |
030 |
li minnhom: EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli Il-valur medjan tal-ammont riportat ta' assi gravati li huma nozzjonalment eliġibbli għall-kwalifika ta' assi b'likwidità għolja ħafna u kwalità kreditizja għolja ħafna (EHQLA) u assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għolja (HQLA). Għall-fini ta' dan ir-Regolament, EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli huma dawk l-assi elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, li kieku ma kienx hemm l-istatus tagħhom bħala assi gravati skont l-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli se jkunu konformi wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti speċifiċi għall-klassi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. L-ammont riportat ta' EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli jkun l-ammont riportat qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
040 |
Il-valur ġust ta' assi gravati Il-valur medjan tal-entrata “Valur ġust għal assi gravati” kif irrappurtat fil-kolonna 040 tal-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Għal kull klassi ta' skopertura, il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa fil-kalkolu tal-medjan. |
050 |
li minnhom: EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli Il-valur medjan tal-valur ġust ta' assi gravati u li huma nozzjonalment eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala EHQLA u tal-HQLA. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli huma dawk l-assi elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, li kieku ma kienx hemm l-istatus tagħhom bħala assi gravati skont l-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli se jkunu konformi wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti speċifiċi għall-klassi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. Il-valur ġust ta' EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli jkun il-valur ġust qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
060 |
Ammont riportat ta' assi gravati Il-valur medjan tal-entrata “Ammont riportat għal assi mhux gravati” kif irrappurtat fil-kolonna 060 tal-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
080 |
li minnhom: EHQLA u HQLA Il-valur medjan tal-ammont riportat ta' EHQLA u HQLA mhux gravati kif elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 ta' dak ir-Regolament Delegat. L-ammont riportat ta' EHQLA u HQLA għandu jkun l-ammont riportat qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
090 |
Valur ġust ta' assi gravati Il-valur medjan tal-entrata “Valur ġust għal assi mhux gravati” kif irrappurtat fil-kolonna 090 tal-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Għal kull klassi ta' skopertura, il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa fil-kalkolu tal-medjan. |
100 |
li minnhom: EHQLA u HQLA Il-valur medjan tal-ammont riportat ta' EHQLA u HQLA mhux gravati kif elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 ta' dak ir-Regolament Delegat. Il-valur ġust ta' EHQLA u HQLA se jkun il-valur ġust qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
Formola B — Kollateral irċevut
Tabella 3: Struzzjonijiet rigward ringieli speċifiċi tal-Formola B
Ringieli |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
||||
130 |
Kollateral irċevut mill-istituzzjoni li tirrapporta Il-klassijiet kollha ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni. It-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli għandhom jiġu divulgati f'din ir-ringiela. Il-kollateral totali riċevut mill-istituzzjoni se jkun il-medjan tas-somom ta' erba' valuri fi tmiem kull tliet xhur matul it-tnax-il xahar preċedenti għar-ringieli 140 sa 160, 220 u 230. |
||||
140 |
Self fuq talba Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi self fuq talba għandhom se jiġi divulgat f'din ir-ringiela (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 120 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
150 |
Strumenti ta' ekwità Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi strumenti ta' ekwità (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 030 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
160 |
Titoli ta' dejn Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi titoli ta' dejn (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 040 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
170 |
li minnhom: bonds koperti Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi bonds koperti (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 050 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
180 |
li minnhom: titoli garantiti b'assi Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi titoli garantiti b'assi (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 060 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
190 |
li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 070 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
200 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li jinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 080 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
210 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li jinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 090 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
220 |
Self u ħlas bil-quddiem li ma jkunx self fuq talba Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li jinkludi self u avvanzi għajr self ieħor fuq talba (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 120 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
230 |
Kollateral riċevut ieħor Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi titoli assi oħrajn (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 120 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
231 |
li minnhom: … Fejn rilevanti fil-kuntest tal-użu tagħhom ta' gravami fir-rigward tal-mudell tan-negozju tagħhom, l-istituzzjonijiet jistgħu jidentifikaw separatament il-valur medjan ta' xi komponent ta' “Kollateral ieħor” bħal f'ringiela dedikata “li minnhom”. Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
240 |
Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew titoli garantiti b'assi (ABS) Il-valur medjan tal-entrata “Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew ABSs” kif irrappurtat fir-ringiela 240 tal-Formola F 32.02 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
||||
241 |
Bonds proprji koperti u titoli abbażi ta' assi maħruġa u għadhom mhux mirhuna Il-valur medjan tal-entrata “Bonds koperti proprji u titoli abbażi ta' assi maħruġa u għadhom mhux mirhuna” kif rappurtat fir-ringiela 010 tal-Formola F 32.03 (AE-NPL) tal-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 680/2014. Biex jiġi evitat l-għadd doppju, japplika dan li ġej f'dak li għandu x'jaqsam ma' bonds koperti proprji u titoli abbażi ta' assi maħruġa u miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar:
|
||||
250 |
Assi totali, kollateral riċevut u titoli ta' dejn proprji maħruġa L-assi kollha tal-istituzzjoni rreġistrati fil-karta bilanċjali tagħha, il-klassijiet kollha ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni u t-titoli ta' dejn proprji maħruġa miżmuma mill-istituzzjoni li mhumiex bonds koperti proprji maħruġa jew titoli garantiti b'assi proprji maħruġa. Din ir-ringiela hi l-medjan tas-somom ta' erba' valuri fi tmiem kull tliet xhur matul it-tnax-il xahar preċedenti għar-ringiela 010 fil-Formola A u r-ringieli 130 u 240 fil-Formola B. |
Tabella 4: Struzzjonijiet rigward ringieli speċifiċi tal-Formola B
Kolonni |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
010 |
Valur ġust ta' kollateral gravat irċevut jew titoli tad-dejn proprji maħruġa Il-medjan tal-valur ġust ta' kollateral riċevut, inkluż fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' arranġamenti ta' teħid ta' self ta' titoli, jew titoli ta' dejn proprji maħruġa/miżmuma mill-istituzzjoni li huma gravati skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-valur ġust ta' strument finanzjarju huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta' obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl (ara IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust). Għal kull entrata ta' skopertura, il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa għall-komputazzjoni tal-medjan. |
030 |
li minnhom: EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli Il-valur medjan tal-valur ġust ta' kollateral gravat riċevut, inkluż fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' arranġamenti ta' teħid ta' self ta' titoli, jew titoli ta' dejn proprji maħruġa/miżmuma mill-istituzzjoni li huma nozzjonalment eliġibbli għall-kwalifikazzjoni ta' EHQLA u HQLA. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli huma entrati ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn maħruġa proprji li jinżammu/miżmumin mill-istituzzjoni elenkata fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, li kieku ma kienx hemm l-istatus tagħhom bħala assi gravati skont l-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli ser ikunu konformi wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti speċifiċi għall-klassi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. Il-valur ġust ta' EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli jkun il-valur ġust qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
040 |
Valur ġust ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa disponibbli għal gravami Il-medjan tal-valur ġust tal-kollateral riċevut, inkluż f'arranġamenti ta' teħid ta' self ta' titoli, mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhuwiex gravat iżda disponibbli għal gravami minħabba li l-istituzzjoni tar-rappurtar titħalla tbigħ jew tirahnu mill-ġdid jekk ma jkunx hemm inadempjenza min-naħa tas-sid tal-kollateral. Dan jinkludi wkoll il-valur ġust ta' titoli ta' dejn proprji maħruġa, għajr bonds proprji koperti jew pożizzjonijiet ta' titolizzazzjonijiet li mhumiex gravati iżda disponibbli għal gravami. Għal kull entrata ta' skopertura, il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa għall-komputazzjoni tal-medjan. |
060 |
li minnhom: EHQLA u HQLA Il-valur medjan tal-valur ġust tal-kollateral mhux gravat riċevut jew ta' titoli ta' dejn maħruġa proprji li jinżammu/miżmuma mill-istituzzjoni għajr bonds koperti proprji jew pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni disponibbli għal gravami li jikkwalifikaw bħala EHQLA u HQLA kif elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 ta' dak ir-Regolament Delegat. Il-valur ġust ta' EHQLA u HQLA se jkun il-valur ġust qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
Formola C — Sorsi ta' gravami
Tabella 5: Struzzjonijiet rigward ringieli speċifiċi tal-Formola C
Ringieli |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
010 |
Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji Il-valur medjan tal-entrata “Ammont riportat għal obbligazzjonijiet finanzjarja” kif irrappurtat fir-ringiela 010 tal-Formola F 32.04 (AE-SOU) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
011 |
li minnhom: … Fejn rilevanti fil-kuntest tal-użu tagħhom ta' gravami fir-rigward tal-mudell tan-negozju tagħhom, l-istituzzjonijiet jistgħu jidentifikaw separatament il-valur medjan ta' kwalunkwe komponent ta' “Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji” f'ringiela dedikata “li minnhom”, speċjalment jekk parti mill-aggravar ta' assijiet hija assoċjata ma' obbligazzjonijiet u parti oħra ma tkunx. |
Tabella 6: struzzjonijiet rigward kolonni speċifiċi tal-Formola C
Kolonni |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
010 |
Obbligazzjonijiet mqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli mislufa Il-valuri medjani tal-entrata “Obbligazzjonijiet imqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli msellfa” kif irrappurtat fil-kolonna 010 tal-Formola F 32.04 (AE-SOU) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa fil-komputazzjoni tal-medjan. Obbligazzjonijiet mingħajr finanzjament assoċjat, bħal derivattivi, se jkunu inklużi. |
030 |
Assi, kollateral riċevut u titoli proprji maħruġa għajr bonds koperti u titoli garantiti b'assi gravati L-ammont tal-assi, kollateral riċevut u titoli proprji maħruġa għajr bonds koperti u titoli garantiti b'assi li huma gravati bħala riżultat tat-tipi differenti ta' tranżazzjonijiet speċifikati rrapportati hawn. Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kriterji fil-Formoli A u B, l-assi tal-istituzzjoni rreġistrati fil-karta bilanċjali se jiġu divulgati fil-valur medjan tal-ammont riportat tagħhom, filwaqt li kollateral użat mill-ġdid u t-titoli proprji gravati maħruġa għajr bonds koperti u titoli ggaranti b'assi se jiġu divulgati fil-valur medjan tal-valur ġust tagħhom. Il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa fil-komputazzjoni tal-medjan. Assi gravati mingħajr obbligazzjonijiet imqabbla għandhom ikunu inklużi wkoll. |
Formola D — Informazzjoni narrattiva ta' akkumpanjament
Tabella 7: Struzzjonijiet speċifiċi fir-rigward l-Formola D
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet
Sabiex titlesta l-Formola D, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija f'punti 1 u 2.
1. |
Informazzjoni narrattiva ġenerali dwar l-aggravar ta' assijiet, inklużi dawn li ġejjin:
|
2. |
Informazzjoni narrattiva relatata mal-impatt fuq il-mudell ta' negozju tal-istituzzjoni u l-livell ta'gravami u l-importanza ta' gravami fuq il-mudell ta' finanzjament tal-istituzzjoni, inklużi dawn li ġejjin:
|