This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2197
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2197 of 27 November 2017 on the reimbursement, in accordance with Article 26(5) of Regulation (EU) No 1306/2013 of the European Parliament and of the Council, of the appropriations carried over from financial year 2017
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2197 tas-27 ta' Novembru 2017 dwar ir-rimborż, b'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2017
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2197 tas-27 ta' Novembru 2017 dwar ir-rimborż, b'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2017
C/2017/8080
ĠU L 312, 28.11.2017, p. 86–88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/12/2017
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32018R1097 | Żieda | anness Test | 01/12/2017 |
28.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/86 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2197
tas-27 ta' Novembru 2017
dwar ir-rimborż, b'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2017
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(6) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-approprjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG), kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara. Dan ir-riport huwa limitat għal 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali u għall-ammont tal-aġġustament tal-pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li kien applikat matul is-sena finanzjarja ta' qabel. Dan jista' jwassal għal pagament addizzjonali lill-benefiċjarji finali li kienu soġġetti għal dak l-aġġustament. |
(2) |
Skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, b'deroga mill-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Istati Membri iridu jirrimborżaw dawk ir-riporti msemmija fl-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 lill-benefiċjarji finali li huma soġġetti għar-rata ta' aġġustament fis-sena finanzjarja li lejha jiġu riportati l-approprjazzjonijiet. Dan ir-rimborż japplika biss għall-benefiċjarji finali f'dawk l-Istati Membri fejn id-dixxiplina finanzjarja kienet tapplika (4) fis-sena finanzjarja preċedenti. |
(3) |
Meta jkun qed jiġi stabbilit l-ammont ta' riport li għandu jiġi rimborżat, skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu msemmija fl-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament li ma jkunux intużaw għall-miżuri għall-kriżijiet sa tmiem is-sena finanzjarja. |
(4) |
B'konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1948 (5), id-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja 2016 biex tiġi stabbilita riżerva għall-kriżijiet ta' EUR 450,5 miljun. Ir-riżerva għall-kriżijiet ma ntużatx fis-sena finanzjarja tal-2017. |
(5) |
Sabiex ikun żgurat li r-rimborż lill-benefiċjarji finali tal-approprjazzjonijiet li ma ntużawx minħabba l-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja jibqa' proporzjonat mal-ammont tal-aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja, jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammonti disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż. Madankollu, fil-każ tar-Rumanija, id-dikjarazzjoni ddettaljata tan-nefqa ma tqisx bis-sħiħ il-limitu ta' EUR 2 000 li japplika għad-dixxiplina finanzjarja skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Għalhekk, bil-ħsieb li jkun hemm ġestjoni finanzjarja tajba, f'dan l-istadju ebda ammont ma għandu jsir disponibbli lir-Rumanija għar-rimborż. |
(6) |
Sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jkollhom jagħmlu pagament addizzjonali għal dan ir-rimborż, dan ir-Regolament irid japplika mill-1 ta' Diċembru 2017. Għaldaqstant, l-ammonti stabbiliti minn dan ir-Regolament huma definittivi u japplikaw, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' tnaqqis skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal kull korrezzjoni oħra kkunsidrata fid-deċiżjoni dwar il-pagament ta' kull xahar li tikkonċerna n-nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għal Ottubru 2017, b'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u għal kull tnaqqis u pagament supplimentari li jrid isir skont l-Artikolu 18(4) ta' dak ir-Regolament, jew għal kull deċiżjoni li se tittieħed fil-qafas tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. |
(7) |
B'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Għalhekk jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi d-dati ta' eliġibilità għan-nefqa tal-Istati Membri b'rabta mar-rimborż skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, filwaqt li tqis is-sena finanzjarja agrikola kif iddefinita fl-Artikolu 39 ta' dak ir-Regolament. |
(8) |
Sabiex jitqies il-perjodu qasir taż-żmien bejn il-komunikazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-2017 taħt ġestjoni konġunta għall-perjodu mis-16 ta' Ottubru 2016 sal-15 ta' Ottubru 2017 mill-Istati Membri u minħabba l-ħtieġa li jiġi applikat dan ir-Regolament mill-1 ta' Diċembru 2017, jentħieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ammonti tal-approprjazzjonijiet li se jiġu riportati mis-sena finanzjarja tal-2017 b'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u li, b'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, qed isiru disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż lill-benefiċjarji finali li huma soġġetti għar-rata ta' aġġustament fis-sena finanzjarja tal-2018, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
L-ammonti li se jiġu riportati huma soġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riporti b'konformità mal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 2
In-nefqa tal-Istati Membri b'rabta mar-rimborż tal-approprjazzjonijiet riportati għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament tal-Unjoni jekk l-ammonti rilevanti jkunu tħallsu lill-benefiċjarji qabel is-16 ta' Ottubru 2018.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(4) Id-dixxiplina finanzjarja ma tapplikax fis-sena finanzjarja tal-2017 fil-Kroazja skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1948 tas-7 ta' Novembru 2016 dwar l-adattament tar-rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2016 u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1153 (ĠU L 300, 8.11.2016, p. 10).
ANNESS
L-ammonti disponibbli għar-rimborż tal-approprjazzjonijiet riportati
(ammonti f'EUR) |
|
Il-Belġju |
6 129 769 |
Il-Bulgarija |
7 720 511 |
Ir-Repubblika Ċeka |
10 764 025 |
Id-Danimarka |
10 476 968 |
Il-Ġermanja |
58 035 302 |
L-Estonja |
1 288 878 |
L-Irlanda |
13 229 176 |
Il-Greċja |
16 182 344 |
Spanja |
54 860 187 |
Franza |
89 884 134 |
L-Italja |
37 765 185 |
Ċipru |
355 813 |
Il-Latvja |
1 952 848 |
Il-Litwanja |
3 923 157 |
Il-Lussemburgu |
406 406 |
L-Ungerija |
14 828 231 |
Malta |
33 643 |
In-Netherlands |
8 821 818 |
L-Awstrija |
6 908 717 |
Il-Polonja |
24 870 087 |
Il-Portugall |
6 699 290 |
Is-Slovenja |
931 120 |
Is-Slovakkja |
5 554 196 |
Il-Finlandja |
5 885 783 |
L-Iżvezja |
7 897 927 |
Ir-Renju Unit |
37 930 754 |