This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2056
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/2056 of 22 August 2017 amending Delegated Regulation (EU) No 522/2014 supplementing Regulation (EU) No 1301/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to the detailed rules concerning the principles for the selection and management of innovative actions in the area of sustainable urban development to be supported by the European Regional Development Fund
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2056 tat-22 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2056 tat-22 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
C/2017/5716
ĠU L 294, 11.11.2017, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0522 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 6 | 12/11/2017 |
11.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/26 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2056
tat-22 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 (2) jistabbilixxi li azzjonijiet innovattivi urbani jridu jiġu implimentati fi żmien perjodu massimu ta' tliet snin. Madankollu, perjodu itwal jista' jkun neċessarju biex jippermetti lill-awtoritajiet urbani biex jivverifikaw b'mod sħiħ l-aspetti kollha tas-soluzzjonijiet innovattivi proposti, biex jiġbru r-riżultati u biex jiżguraw it-trasferibbiltà tas-soluzzjonijiet lil awtoritajiet urbani oħra fl-Unjoni. |
(2) |
Sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni sħiħa ta' soluzzjonijiet innovattivi u kumplessi, b'tali mod li l-azzjonijiet innovattivi jipproduċu b'mod sħiħ il-valur miżjud tagħhom, il-qafas ta' żmien previst fir-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 jenħtieġ għalhekk li jiġi estiż b'sena. |
(3) |
Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-emenda tar-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 tiġi applikata fil-kuntest tas-sejħa li jmiss, li hija ppjanata għal Diċembru 2017, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6. Kull azzjoni innovattiva għandha tiġi implimentata fi żmien perjodu massimu ta' erba' snin”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 1).