Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1568

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1568 tal-15 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    ĠU L 238, 16.9.2017, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1568/oj

    16.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/10


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1568

    tal-15 ta' Settembru 2017

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

    (2)

    Fil-11 ta' Settembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2375 (2017), li żiedet persuna u tliet entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


    ANNESS

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509.

    (a)   Persuni fiżiċi

     

    Isem

    Psewdonimu

    Identifikaturi

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU

    Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

    63.

    Pak Yon Sik

     

    Nazzjonalità: RDPK

    Sena tat-twelid: 1950

    11.9.2017

    Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki militari tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari tar-RDPK, u jgħin fit-tmexxija tal-industriji tad-difiża militari tal-Istat.

    (b)   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

     

    Isem

    Psewdonimu

    Post

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU

    Informazzjoni oħra

    51.

    Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea (CMC)

     

    Pyongyang, RDPK

    11.9.2017

    Il-Kummissjoni Militari Ċentrali hija responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki militari tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari tar-RDPK, u jidderieġi l-industriji tad-difiża militari f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat.

    52.

    Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida (OGD)

     

    RDPK

    11.9.2017

    Id-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida huwa korp b'saħħtu ħafna tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Dan jidderieġi l-ħatriet prinċipali tal-persunal għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, il-forzi militari tar-RDPK u l-amministrazzjoni tal-gvern tar-RDPK. Għandu wkoll l-għan li jikkontrolla l-affarijiet politiċi kollha tar-RDPK u huwa strumentali fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' ċensura tar-RDPK.

    53.

    Dipartiment tal-Propaganda u l-Aġitazzjoni (PAD)

     

    Pyongyang, RDPK

    11.9.2017

    Id-Dipartiment tal-Propaganda u l-Aġitazzjoni għandu kontroll sħiħ tal-media, li jużaha bħala mezz biex jikkontrolla l-pubbliku f'isem it-tmexxija tar-RDPK. Id-Dipartiment tal-Propaganda u l-Aġitazzjoni jinvolvi ruħu wkoll fiċ-ċensura mill-Gvern tar-RDPK u huwa responsabbli għaliha, inkluża ċ-ċensura tal-gazzetti u x-xandir.


    Top