Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1524

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1524 tal-5 ta' Settembru 2017 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

    C/2017/5972

    ĠU L 230, 6.9.2017, p. 11–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1524/oj

    6.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 230/11


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1524

    tal-5 ta' Settembru 2017

    li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/367 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-skadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (6), u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Infurmat lill-Istati Membri,

    Billi:

    A.   IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN

    (1)

    Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (7), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin (“moduli”) u fuq komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

    (2)

    Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlet. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

    (3)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (8), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (9), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

    (4)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati.

    (5)

    Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (10), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn:

    (a)

    Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B799 (“AE Solar”)

    (b)

    Wuxi Saijing Solar Co. Ltd koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B890 (“Wuxi Saijing”).

    (6)

    Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (11), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa, minn hemm 'il quddiem, “miżuri”.

    (7)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (12), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi.

    (8)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (13), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

    (9)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (14), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

    (10)

    Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (15) fil-5 ta' Diċembru 2015.

    (11)

    Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (16) fil-5 ta' Diċembru 2015.

    (12)

    Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u l-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (17) fil-5 ta' Diċembru 2015.

    (13)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (18), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

    (14)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (19), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkunsinjati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

    (15)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (20), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-prodott ikkunsinjati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

    (16)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (21), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

    (17)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (22) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

    (18)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (23), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra.

    (19)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1998 (24) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

    (20)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 (25), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi oħra.

    (21)

    Wara l-iskadenza u r-rieżami interim imsemmija fil-premessi (10)-(12), il-Kummissjoni żammet il-miżuri fis-seħħ bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u (UE) 2017/367.

    (22)

    Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali dwar il-forma tal-miżuri permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (26) fit-3 ta' Marzu 2017.

    (23)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/454 (27), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal erba' produtturi esportaturi.

    (24)

    Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/615 (28), il-Kummissjoni aċċettat proposta mingħand grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME rigward l-implimentazzjoni tal-impenn.

    (25)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/941 (29), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

    (26)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1408 (30), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi oħra.

    (27)

    Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1497 (31), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

    B.   TERMINI TAL-IMPENN

    (28)

    Il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott kopert lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni inqas minn ċertu prezz minimu tal-importazzjoni (minimum import price, “l-MIP”), sal-limitu tal-livell annwali assoċjat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (“il-livell annwali”) stipulat fl-impenn. L-MIP huwa stabbilit fuq bażi ekwivalenti ta' flus. Jekk it-terminu ta' pagament huwa differenti mill-bażi ekwivalenti ta' flus, jiġi applikat ċertu tnaqqis għall-valur tal-fattura meta titqabbel il-konformità mal-MIP.

    (29)

    Il-produtturi esportaturi qablu wkoll li jbigħu l-prodott kopert biss permezz ta' bejgħ dirett. Għall-fini tal-impenn, bejgħ dirett huwa ddefinit bħala bejgħ jew lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta' parti relatata fl-Unjoni elenkata fl-impenn.

    (30)

    L-impenn jikkjarifika wkoll, f'lista mhux eżawrjenti, dak li jikkostitwixxi ksur tal-impenn. Il-lista tinkludi, b'mod partikolari, li jsiru arranġamenti ta' kumpens mal-klijenti u l-parteċipazzjoni f'sistema ta' kummerċ li tista' twassal għal riskju ta' evażjoni. Il-lista tinkludi wkoll bejgħ indirett lejn l-Unjoni minn kumpaniji oħra għajr dawk elenkati f'dan l-impenn. Minbarra dan, li jingħataw deskrizzjonijiet qarrieqa tal-karatteristiċi tal-moduli wkoll jikkostitwixxi ksur.

    (31)

    L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, fuq bażi trimestrali (“ir-rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-dejta ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati jkunu totalment konformi mat-termini tal-impenn. Ir-rappurtar ta' bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni huwa obbligu partikolari meta l-prodott ikkonċernat jinbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti permezz ta' importatur relatat. Huma biss dawn ir-rapporti li jippermettu lill-Kummissjoni timmoniterja jekk il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti ikunx skont l-MIP.

    (32)

    Il-produttur esportatur huwa responsabbli għall-ksur ta' kwalunkwe parti relatata, sew jekk tkun elenkata fl-impenn kif ukoll jekk le.

    (33)

    Il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom ukoll li jikkonsultaw mal-Kummissjoni rigward kull diffikultà jew kwistjoni, teknika jew ta' xort'oħra, li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni tal-impenn.

    C.   MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI

    (34)

    Waqt il-monitoraġġ tal-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata minn AE Solar u Wuxi Saijing li kienet rilevanti għall-impenn. Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar l-istruttura korporattiva ta' AE Solar.

    (35)

    Il-Kummissjoni talbet ukoll assistenza u rċeviet evidenza mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikoli 8(9) u 14(7) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikoli 13(9) u 24(7) tar-Regolament antisussidji bażiku.

    (36)

    Is-sejbiet elenkati fil-premessi minn (37) sa (42) jindirizzaw il-problemi identifikati għal AE Solar u Wuxi Saijing li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dawn iż-żewġ produtturi esportaturi.

    D.   RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN

    (a)   AE Solar

    (37)

    Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, AE Solar kienet irrapurtat bosta tranżazzjonijirt ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni u ħarġet fatturi ta' impenn. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut fit-tranżazzjoni msemmija hawn fuq kien madankollu relatat ma' AE Solar. Isem l-importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni huwa kważi identiku għal dak ta' AE Solar. Huma għandhom l-istess struttura tal-indirizz web u jikkondividu l-istess logo. Barra minn hekk, il-paġna tal-web tal-importatur allegatament mhux relatat tirreferi għas-sit tal-produzzjoni tiegħu fl-Asja. Il-kuntatt tal-web tad-direttur tal-bejgħ ta' AE Solar jitrasferixxi b'mod awtomatiku lejn is-sit web tal-importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni, u dan jissuġġerixxi li din il-parti hija marbuta ma' AE Solar skont l-Artikolu 127(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (32) (“Att ta' Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”). Barra minn hekk, fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, AE Solar allokat lill-importatur imsemmi hawn fuq allegatament mhux relatat biex jirrapporta l-bejgħ lil klijenti differenti fl-Unjoni, u dan ipoġġi f'dubju l-korrettezza tar-rapporti kif imsemmija fil-premessa (30). Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tissuġġerixxi li dan l-aħħar konsumatur fl-Unjoni huwa parti relatata ta' AE Solar ukoll. L-isem tal-persuna ta' kuntatt ta' dan il-klijent fl-Unjoni huwa identiku għal dak tad-direttur tal-bejgħ ta' AE Solar, u għalhekk relatat ma' AE Solar skont l-Artikolu 127(1)(a) tal-Att ta' Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Billi l-ebda wieħed minn dawn l-importaturi ma huwa elenkat bħala parti relatata fl-impenn, AE Solar kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi minn (28) sa (30).

    (38)

    L-ebda mill-bejgħ mill-ġdid mill-importaturi relatati ma kien irrappurtat lill-Kummissjoni. Għalhekk, AE Solar kisret ukoll it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessa (31) u (32).

    (b)   Wuxi Saijing

    (39)

    Abbażi ta' evidenza li rċeviet mingħand l-awtoritajiet doganali, Wuxi Saijing kienet stabbilixxiet sistema ta' negozjar ma' importatur mhux relatat wieħed sabiex tbigħ moduli solari inqas mill-MIP sa mid-dħul fis-seħħ tal-impenn. Wuxi Saijing ħarġet fatturi ta' impenn li jirrispettaw l-MIP lil dan il-klijent u l-klijent l-ewwel ħallas il-valur nominali dovut għal dawn it-tranżazzjonijiet lil Wuxi Saijing.

    (40)

    Madankollu, Wuxi Saijing u l-klijent mhux relatat tagħha msemmi fil-premessa (39) żammew rekord ta' bejgħ parallel li jittraċċa d-differenza bejn il-valur nominali tal-prezzijiet tal-fattura tal-impenn u l-prezzijiet attwali tal-bejgħ, fejn dawn tal-aħħar kienu sistematikament taħt l-MIP. Wuxi Saijing ikkumpensat lill-klijent mhux relatat tagħha għad-differenza bejn il-valur nominali u l-prezz tal-bejgħ attwali permezz ta' ħlasijiet ta' fatturi privati. Dan il-proċess jikkostitwixxi ksur tal-impenn kif imsemmi fil-premessi (28) u (30).

    (41)

    Wuxi Saijing kisret ukoll l-obbligu ta' rappurtar tagħha kif deskritt fil-premessa (31) billi ma rappurtatx il-benefiċċji msemmija hawn fuq mogħtija lill-klijent mhux relatat tagħha.

    (42)

    Fl-aħħar nett, abbażi tal-evidenza riċevuta mingħand l-awtoritajiet doganali, Wuxi Saijing ħarġet diversi fatturi tal-impenn għal moduli li magħhom ġew marbuta hekk imsejħa ottimizzatturi. Dawn il-prodotti huma klassifikabbli taħt il-kodiċi NM ex 8501 31 00, u mhumiex koperti mill-impenn. Wuxi Saijing kienet iddikjarat dawn il-prodotti bħala pannelli solari taħt il-kodiċi NM ex 8541 40 90 u kienet kisbet ċertifikati ta' impenn ta' esportazzjoni għal dawn il-prodotti. Din il-prattika tikkostitwixxi wkoll ksur tal-impenn kif deskritt fil-premessa (30) peress li l-karatteristiċi tal-prodotti kienu deskritti b'mod qarrieqi.

    E.   INVALIDAZZJONI TAL-FATTURI TAL-IMPENN

    (43)

    It-tranżazzjonijiet ta' bejgħ indirett magħmula minn AE Solar huma marbutin mal-fatturi ta' impenn li ġejjin:

    Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

    Data

    AE-20150703-AE

    20.7.2015

    AE-20151026-AE

    14.11.2015

    PRAF02316001-1

    31.3.2016

    AE-20160513-AE

    1.6.2016

    AE-20160530-AE

    15.6.2016

    PRAF02316001-2

    22.4.2016

    AE2017051002

    15.5.2017

    (44)

    It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ magħmul minn Wuxi Saijing lill-klijent mhux relatat imsemmi fil-premessa (39) huma marbuta ma' dawn il-fatturi tal-impenn:

    Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

    Data

    PI-EC130821KR

    21.8.2013

    PI-EC130924KR

    24.9.2013

    PI-EC130909KR-1

    9.9.2013

    PI-EC130909KR-2

    9.9.2013

    PI-EC130930KR

    24.10.2013

    PI-EC131008KR

    4.11.2013

    PI-EC140222KR

    4.3.2014

    PI-EC140114KR

    22.1.2014

    PI-EC140207KR

    4.3.2014

    PI-EC140513KR

    18.6.2014

    PI-EC140416KR

    24.4.2014

    PI-EC140919KR

    23.9.2014

    PI-EC140623KR

    8.7.2014

    PI-EC140821KR

    8.9.2014

    PI-EC140714KR

    23.7.2014

    PI-EC140804KR

    25.8.2014

    PI-EC140919KR-M

    30.10.2014

    PI-EC140925KR

    11.10.2014

    PI-EC150319KR-1

    24.3.2015

    PI-EC150113KR-55

    30.1.2015

    PI-EC150326KR

    26.3.2015

    PI-EC150319KR-2R

    24.3.2015

    PI-EC150109KR

    16.1.2015

    PI-EC150113KR-57

    16.3.2015

    PI-EC150429KR-1

    2.6.2015

    PI-EC150429KR-2

    2.6.2015

    PI-EC150113KR-57R

    26.5.2015

    PI-EC150617KR

    7.8.2015

    PI-EC15813KR

    6.9.2015

    PI-EC150907KR

    11.11.2015

    PI-EC15831KR

    12.10.2015

    PI-EC151013KR

    11.11.2015

    PI-EC150906KR

    1.11.2015

    PI-EC150918KR

    11.11.2015

    PI-EC150930KR

    1.11.2015

    PI-EC151025KR

    23.12.2015

    PI-EC160113KR

    28.1.2016

    PI-EC151224KR4

    18.1.2016

    PI-EC160111KR

    16.2.2016

    PI-EC160112KR

    16.2.2016

    PI-EC151224KR3

    18.1.2016

    PI-EC151224KR2

    13.1.2016

    PI-EC160115KR

    28.1.2016

    PI-EC160114KR

    16.2.2016

    PI-EC160202KR

    28.3.2016

    PI-EC151224KR1

    13.1.2016

    PI-EC160316KR-R

    12.4.2016

    PI-EC160320KR

    27.4.2016

    PI-EC160317KR-R

    14.4.2016

    PI-EC160401KR2

    12.5.2016

    PI-EC160408KR-R

    4.5.2016

    PI-EC160318KR-R

    22.4.2016

    PI-EC160401KR1

    12.5.2016

    PI-EC160407KR-R

    4.5.2016

    PI-EC160409KR

    31.5.2016

    PI-EC160410KR

    7.6.2016

    PI-EC160319KR

    25.4.2016

    PI-EC160428KR-1

    18.7.2016

    (45)

    Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, dawn il-fatturi huma ddikjarati invalidi. Id-dejn doganali mġarrab fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandu jiġi rkuprat mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont l-Artikolu 105 minn (3) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) meta jidħol fis-seħħ l-irtirar tal-impenn fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi. L-awtoritajiet doganali nazzjonali responsabbli għall-ġbir tad-dazji se jiġu infurmati kif xieraq.

    (46)

    F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3(1)(b) moqri flimkien mal-Anness III, punt 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu (2)(1)(b) moqri flimkien mal-Anness III, punt 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Artikolu 2(1)(b) moqri flimkien mal-Anness 2, punt 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, l-Artikolu 2(2)(b) moqri flimkien mal-Anness 2, punt 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-importazzjonijiet huma eżenti mid-dazji biss jekk il-fattura tindika l-prezz u tnaqqis possibbli għall-prodott kopert. Meta ma jinżammux dawn il-kundizzjonijiet, id-dazji huma dovuti, anki meta l-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti ma tkunx ġiet invalidata mill-Kummissjoni.

    F.   VALUTAZZJONI TAL-PRATTIKABBILTÀ TAL-IMPENN ĠENERALI

    (47)

    L-impenn jistipula li ksur minn produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għal irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dak il-ksur partikolari fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

    (48)

    Għalhekk il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-ksur minn AE Solar u Wuxi Saijing dwar il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

    (49)

    Ir-responsabbiltà għall-ksur hija biss tal-produtturi esportaturi inkwistjoni; il-monitoraġġ ma żvela l-ebda ksur sistematiku minn għadd kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME.

    (50)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-funzjonament ġenerali tal-impenn mhuwiex affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

    G.   SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ

    (51)

    Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jippreżentaw kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku. Iż-żewġ produtturi esportaturi u żewġ importaturi ppreżentaw kummenti.

    (52)

    Fir-rigward ta' AE Solar, l-importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni kkonferma r-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji, iżda allega li qatt ma kien biegħ moduli u ċelloli taħt l-MIP lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tqis li r-relazzjoni waħedha tikkostitwixxi ksur tal-impenn u li l-fatturi relatati mal-bejgħ indirett lil dan l-importatur ma sarux u ma ġewx irrapportati f'konformità tal-impenn. Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad dan l-argument. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-fatturi ppreżentati minn AE Solar ma jippruvawx li l-MIP ġie rrispettat għat-tranżazzjonijiet ta' hawn fuq għaliex il-fatturi tal-bejgħ mill-ġdid koprew kemm il-pannelli solari kif ukoll prodotti oħrajn.

    (53)

    Wuxi Saijing issottomettiet li qatt ma kienet ikkumpensat lill-importatur mhux relatat fl-Unjoni u ppreżentat dikjarazzjoni korrispondenti globali minn awditur. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din id-dikjarazzjoni globali li ma fihiex aktar evidenza dwar in-nuqqas ta' kumpens lill-importatur mhux relatat, b'mod partikolari sabiex jiġu rrifjutati l-argumenti u l-evidenza dwar il-kumpens divulgati lil Wuxi Saijing. Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad l-argument.

    (54)

    Kemm Wuxi Saijing kif ukoll l-importatur mhux relatat fl-Unjoni ssottomettew li l-prodotti msemmija fil-premessa (42) għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċi NM ex 8541 40 90, u jiġu riferuti għal diversi speċifikazzjonijiet tekniċi. Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument peress li l-klassifikazzjoni ta' prodotti ssir wara dikjarazzjoni tal-importatur u taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' awtoritajiet doganali nazzjonali li kienu kklassifikaw il-prodotti taħt il-kodiċi NM ex 8501 31 00. Kull nuqqas ta' qbil dwar il-klassifikazzjoni tal-prodott għandu, għalhekk, ikun indirizzat direttament lill-awtoritajiet doganali nazzjonali.

    (55)

    L-importatur mhux relatat ta' Wuxi Saijing talab aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali li kienet diġà ġiet divulgata lill Wuxi Saijing. Il-Kummissjoni tiċħad din it-talba għal divulgazzjoni billi l-importatur mhux relatat mhuwiex parti fl-impenn u għaliex id-divulgazzjoni fiha informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju ta' Wuxi Saijing.

    H.   IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI

    (56)

    Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, kif ukoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal AE Solar u Wuxi Saijing tiġi rtirata.

    (57)

    Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u miżmum mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-RPĊ u li huma magħmula minn AE Solar u Wuxi Saijing mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (58)

    Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'fattura tal-impenn ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jenħtieġ li huma jinvestigaw jekk kienx hemm ksur tar-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fl-irċevuti tal-impenn jew jekk il-prezz minimu tal-importazzjoni (MIP) ma jkunx ġie rispettat. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm ksur bħal dan jew jekk l-MIP ma ġiex rispettat, jenħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta' dan. Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jenħtieġ li f'sitwazzjonijiet bħal dawn il-Kummissjoni taqsam it-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra dwar l-impenn għall-iskop uniku ta' proċedimenti nazzjonali.

    (59)

    Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tal-kumpaniji li ġejjin hija b'dan irtirata:

    Isem il-kumpanija

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Alternative Energy (AE) Solar Co., Ltd

    B799

    Wuxi Saijing Solar Co., Ltd

    B890

    Artikolu 2

    1.   Il-fatturi tal-impenn elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament huma ddikjarati invalidi.

    2.   Id-dazji antidumping u kumpensatorji dovuti fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.

    Artikolu 3

    1.   Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat fuq fattura tal-impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366, maħruġa minn waħda mill-kumpaniji li l-impenn ġie inizjalment aċċettat minnha permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpaniji setgħu kisru l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta' proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex jivverifikaw il-prezz ta' importazzjoni minimu (“MIP”) applikabbli fil-jum meta nħarġet il-fattura tal-impenn.

    2.   Meta din il-verifika tiżvela li l-prezz imħallas huwa anqas mill-MIP, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037, għandhom jinġabru.

    Meta din il-verifika tiżvela li skontijiet u tnaqqis ma ġewx inklużi fil-fattura kummerċjali, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 għandhom jinġabru.

    3.   L-informazzjoni skont il-paragrafu 1 tista' tintuża biss għall-iskop tal-infurzar tad-dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta' dawn id-dazji b'din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tiegħu. Din l-informazzjoni taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha tiġi żvelata lil partijiet terzi.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

    (3)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

    (4)  ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131.

    (5)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

    (6)  ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1.

    (7)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

    (8)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

    (9)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

    (10)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

    (11)  ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

    (12)  ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

    (13)  ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

    (14)  ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.

    (15)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.

    (16)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.

    (17)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.

    (18)  ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.

    (19)  ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

    (20)  ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

    (21)  ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.

    (22)  ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.

    (23)  ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.

    (24)  ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8.

    (25)  ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4.

    (26)  ĠU C 67, 3.3.2017, p. 16.

    (27)  ĠU L 71, 16.3.2017, p. 5.

    (28)  ĠU L 86, 31.3.2017, p. 14.

    (29)  ĠU L 142, 2.6.2017, p. 43.

    (30)  ĠU L 201, 2.8.2017, p. 3.

    (31)  ĠU L 218, 24.8.2017, p. 10.

    (32)  ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558.

    (33)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.


    ANNESS I

    Lista ta' fatturi tal-impenn maħruġa minn Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd, li huma ddikjarati invalidi:

    Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

    Data

    AE-20150703-AE

    20.7.2015

    AE-20151026-AE

    14.11.2015

    PRAF02316001-1

    31.3.2016

    AE-20160513-AE

    1.6.2016

    AE-20160530-AE

    15.6.2016

    PRAF02316001-2

    22.4.2016

    AE2017051002

    15.5.2017

    Lista ta' fatturi tal-impenn maħruġa minn Wuxi Saijing Co. Ltd, li huma ddikjarati invalidi:

    Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

    Data

    PI-EC130821KR

    21.8.2013

    PI-EC130924KR

    24.9.2013

    PI-EC130909KR-1

    9.9.2013

    PI-EC130909KR-2

    9.9.2013

    PI-EC130930KR

    24.10.2013

    PI-EC131008KR

    4.11.2013

    PI-EC140222KR

    4.3.2014

    PI-EC140114KR

    22.1.2014

    PI-EC140207KR

    4.3.2014

    PI-EC140513KR

    18.6.2014

    PI-EC140416KR

    24.4.2014

    PI-EC140919KR

    23.9.2014

    PI-EC140623KR

    8.7.2014

    PI-EC140821KR

    8.9.2014

    PI-EC140714KR

    23.7.2014

    PI-EC140804KR

    25.8.2014

    PI-EC140919KR-M

    30.10.2014

    PI-EC140925KR

    11.10.2014

    PI-EC150319KR-1

    24.3.2015

    PI-EC150113KR-55

    30.1.2015

    PI-EC150326KR

    26.3.2015

    PI-EC150319KR-2R

    24.3.2015

    PI-EC150109KR

    16.1.2015

    PI-EC150113KR-57

    16.3.2015

    PI-EC150429KR-1

    2.6.2015

    PI-EC150429KR-2

    2.6.2015

    PI-EC150113KR-57R

    26.5.2015

    PI-EC150617KR

    7.8.2015

    PI-EC15813KR

    6.9.2015

    PI-EC150907KR

    11.11.2015

    PI-EC15831KR

    12.10.2015

    PI-EC151013KR

    11.11.2015

    PI-EC150906KR

    1.11.2015

    PI-EC150918KR

    11.11.2015

    PI-EC150930KR

    1.11.2015

    PI-EC151025KR

    23.12.2015

    PI-EC160113KR

    28.1.2016

    PI-EC151224KR4

    18.1.2016

    PI-EC160111KR

    16.2.2016

    PI-EC160112KR

    16.2.2016

    PI-EC151224KR3

    18.1.2016

    PI-EC151224KR2

    13.1.2016

    PI-EC160115KR

    28.1.2016

    PI-EC160114KR

    16.2.2016

    PI-EC160202KR

    28.3.2016

    PI-EC151224KR1

    13.1.2016

    PI-EC160316KR-R

    12.4.2016

    PI-EC160320KR

    27.4.2016

    PI-EC160317KR-R

    14.4.2016

    PI-EC160401KR2

    12.5.2016

    PI-EC160408KR-R

    4.5.2016

    PI-EC160318KR-R

    22.4.2016

    PI-EC160401KR1

    12.5.2016

    PI-EC160407KR-R

    4.5.2016

    PI-EC160409KR

    31.5.2016

    PI-EC160410KR

    7.6.2016

    PI-EC160319KR

    25.4.2016

    PI-EC160428KR-1

    18.7.2016


    ANNESS II

    Lista ta' kumpaniji:

    Isem tal-kumpanija

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

    B798

    Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

    B800

    Anji DaSol Solar Energy Science Technology Co. Ltd

    B802

    Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

    Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

    B801

    Anhui Titan PV Co. Ltd

    B803

    Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

    TBEA SOLAR CO. LTD

    XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

    B804

    Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

    B806

    Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

    B807

    CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

    B808

    ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B811

    CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

    ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

    HUOSHAN KEBO ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

    B812

    CSG PVtech Co. Ltd

    B814

    China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

    CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

    CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

    China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

    China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

    B809

    Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

    B816

    EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

    SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

    WANXIANG IMPORT EXPORT CO. LTD

    B817

    Zheijiang Era Solar Co. Ltd

    B818

    GD Solar Co. Ltd

    B820

    Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

    Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd.

    B821

    Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

    B822

    Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

    B824

    Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

    B826

    Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

    B827

    HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD.

    B828

    Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

    B829

    Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

    B831

    Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

    B832

    Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B833

    Jiangsu Runda PV Co. Ltd

    B834

    Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

    Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

    B835

    Jiangsu Shunfeng Photovoltic Technology Co. Ltd

    Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

    Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

    B837

    Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

    B838

    Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

    B839

    Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

    B840

    Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

    B841

    Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

    B793

    Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

    B843

    Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

    Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

    Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

    B795

    Juli New Energy Co. Ltd

    B846

    Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

    B847

    King-PV Technology Co. Ltd

    B848

    Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

    B849

    Lightway Green New Energy Co. Ltd

    Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

    B851

    Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

    B853

    NICE SUN PV CO. LTD

    LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

    B854

    Ningbo Jinshi Solar Electrical Science Technology Co. Ltd

    B857

    Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

    B858

    Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

    B861

    Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

    B862

    Ningbo Ulica Solar Science Technology Co. Ltd

    B863

    Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

    B864

    Perlight Solar Co. Ltd

    B865

    SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE TECHNOLOGY CO. LTD

    SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

    B870

    Shanghai Chaori Solar Energy Science Technology Co. Ltd

    B872

    Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

    Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

    B873

    SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

    B874

    Shanghai ST Solar Co. Ltd

    Jiangsu ST Solar Co. Ltd

    B876

    Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

    B878

    Sopray Energy Co. Ltd

    Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

    B881

    SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

    NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

    Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

    B882

    SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

    B883

    TDG Holding Co. Ltd

    B884

    Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

    Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

    Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

    B885

    Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

    B886

    Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

    B877

    Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

    B879

    Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

    B889

    Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

    B891

    Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

    B892

    Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

    China Machinery Engineering Wuxi Co.Ltd

    Wuxi Taichen Machinery Equipment Co. Ltd

    B893

    Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation, li hija mmexxija mill-Istat

    Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B896

    Yuhuan Sinosola Science Technology Co. Ltd

    B900

    Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

    B902

    Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

    B903

    Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B904

    Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

    B905

    Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

    Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

    B906

    Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

    B907

    Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

    B908

    Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

    Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

    B910

    Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B911

    Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

    B912

    Zhejiang Sunflower Light Energy Science Technology Limited Liability Company

    Zhejiang Yauchong Light Energy Science Technology Co. Ltd

    B914

    Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

    B915

    Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

    B916

    Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

    Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

    B917

    Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

    WANXIANG IMPORT EXPORT CO LTD

    B918

    ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

    B920


    Top