This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1516
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1516 of 31 August 2017 amending for the 276th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaida organisations
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1516 tal-31 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-276 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1516 tal-31 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-276 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
C/2017/6049
ĠU L 226, 1.9.2017, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Sostituzzjoni | anness I Test | 02/09/2017 |
1.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/24 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1516
tal-31 ta' Awwissu 2017
li jemenda għall-276 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fis-27 ta' Awwissu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”, id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrata:
“Kevin Guiavarch. Data tat-twelid: 12.3.1993. Post tat-twelid: Pariġi, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Tagħrif ieħor: Jinsab fis-Sirja sa mill-2012. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”
tinbidel b'dan li ġej:
“Kevin Jordan Axel Guiavarch. Data tat-twelid: 12.3.1993. Post tat-twelid: Pariġi, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Nru tal-passaport Franċiż 12CP63882.3FRA, maħruġ fil-31.7.2012 (validu sat-30.7.2022). Nru tal-identità nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità Franċiża 070275Q007873, maħruġa fis-16.2.2007 (valida sal-15.2.2017). Indirizz: a) Grenoble, Franza (domiċilju mill-1993 sal-2012), b) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm bejn l-2012 u l-2016), c) it-Turkija (minn Ġunju 2016 sa Jannar 2017) d) Franza (detenzjoni minn Jannar 2017). Informazzjoni oħra: Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”